EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0377

Kawża C-377/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 22 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — STEKO Industriemontage GmbH vs Finanzamt Speyer-Germersheim (Taxxa fuq il-kumpanniji — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Tnaqqis tad-deprezzament ta' ishma f'kumpanniji mhux residenti)

ĠU C 69, 21.3.2009, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — STEKO Industriemontage GmbH vs Finanzamt Speyer-Germersheim

(Kawża C-377/07) (1)

(Taxxa fuq il-kumpanniji - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Tnaqqis tad-deprezzament ta' ishma f'kumpanniji mhux residenti)

(2009/C 69/12)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: STEKO Industriemontage GmbH

Konvenuta: Finanzamt Speyer-Germersheim

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 56 KE — Taxxa fuq il-kumpanniji — Dispożizzjonijiet tranżitorji għas-sena 2001 li jipprojbixxu kumpannija milli tnaqqas id-deprezzament fil-valur tal-ishma li hija għandha f'kumpanniji mhux residenti

Dispożittiv

F'ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn kumpannija b'kapital azzjonarju residenti tipposjedi f'kumpannija b'kapital azzjonarju oħra sehem inferjuri għal 10 %, l-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li projbizzjoni milli jitnaqqas it-tnaqqis ta' profitti marbut ma' dan is-sehem tidħol fis-seħħ iktar kmieni għas-sehem f'kumpannija mhux residenti milli għas-sehem f'kumpannija residenti.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


Top