EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0230

Kawża C-230/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 9 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda ( Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2002/22/KE — Komunikazzjonijiet elettroniċi — Numru uniku Ewropew ta' sejħa ta' emerġenza — Lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata — Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst )

ĠU C 69, 21.3.2009, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda

(Kawża C-230/07) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Numru uniku Ewropew ta' sejħa ta' emerġenza - Lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst’)

(2009/C 69/07)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: W. Wils u M. Shotter, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Olanda (rappreżentant: C.M. Wissels, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (GU L 108, p. 51).

Dispożittiv

1)

Billi ma pprovdiex, fir-rigward tat-telefonati għan-numru uniku Ewropew ta' sejħa ta' emerġenza “112”, l-informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet li jimmaniġġjaw l-emerġenzi, safejn dan huwa teknikament possibbli, ir-Renju tal-Olanda naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali).

2)

Ir-Renju tal-Olanda huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 155, 7.7.2007.


Top