EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0277

Kawża C-277/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tielet Awla) tad- 9 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Interboves GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas (Direttiva 91/628/KEE — Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni — Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport — Trasport bil-baħar tal-annimali tal-ifrat bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità — Vettura mgħobbija fuq bastiment mingħajr ma jinħattu l-annimali — Perijodu ta' mistrieħ ta' 12-il siegħa — Obbligu)

ĠU C 69, 21.3.2009, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tielet Awla) tad-9 ta' Ottubru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Interboves GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

(Kawża C-277/06) (1)

(Direttiva 91/628/KEE - Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport - Trasport bil-baħar tal-annimali tal-ifrat bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità - Vettura mgħobbija fuq bastiment mingħajr ma jinħattu l-annimali - Perijodu ta' mistrieħ ta' 12-il siegħa - Obbligu)

(2009/C 69/02)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Interboves GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-punt 48.7(a) u (b) tal-Kapitolu VII tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE, tad-19 ta' Novembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340 p. 17) — Ħtieġa li jiġi pprovdut perijodu ta' mistrieħ ta' 12-il siegħa wara t-trasport marittimu tal-annimali tal-ifrat bejn żewġ punti tal-Komunità permezz ta' vettura mgħobbija fuq bastiment mingħajr ma jinħattu l-annimali

Dispożittiv

Il-punt 48.7(a) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta' Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/29/KE, tad-29 ta' Ġunju 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għat-trasport bil-baħar, inkluż it-trasport b'bastiment roll-on/roll-off fuq rotta regolari u diretta bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità Ewropea permezz ta' vetturi mgħobbija fuq bastimenti mingħajr ma jinħattu l-annimali, bl-eċċezzjoni, għal dak li jirrigwarda dan it-tip ta' bastiment, tal-perijodi ta' mistrieħ mogħtija lill-annimali wara li jkunu nħattu, li huma previsti fil-punt 48.7(b) tal-imsemmi Anness.

B'mod konformi mad-dispożizzjoni msemmija l-aħħar, l-eżistenza ta' konnessjoni bejn il-perijodu ta' trasport bit-triq li jiġi qabel u dak li jiġi wara perijodu ta' trasport b'bastiment roll-on/roll-off fuq rotta regolari u diretta bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità Ewropea permezz ta' vetturi mgħobbija fuq bastimenti mingħajr ma jinħattu l-annimali tiddependi minn jekk ikunx inqabeż jew le l-perijodu massimu ta' 28 siegħa ta' trasport b'bastiment roll-on/roll-off previst fil-punt 48.4(d) tal-Anness tad-Direttiva 91/628.

Meta t-tul ta' żmien tat-trasport b'bastiment roll-on/roll-off fuq rotta regolari u diretta bejn żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità permezz ta' vetturi mgħobbija fuq bastimenti mingħajr ma jinħattu l-annimali ma jilħaqx il-perijodu massimu ta' 28 siegħa, perijodu ta' trasport bit-triq jista' jibda immedjatament wara li jinħattu l-annimali fil-port tad-destinazzjoni. Sabiex jiġi kkalkulat it-tul ta' żmien ta' dan il-perijodu, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat it-tul ta' żmien tal-perijodu tat-trasport bit-triq li jkun seħħ qabel it-trasport b'bastiment roll-on/roll-off, ħlief jekk perijodu ta' mistrieħ ta' mhux inqas minn 24 siegħa, b'mod konformi mal-punt 48.5 tal-Anness tad-Direttiva 91/628, ikun innewtralizza l-perijodu ta' trasport bit-triq li jkun seħħ qabel it-trasport bil-baħar. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fil-kawża prinċipali, il-vjaġġ inkwistjoni ssodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq.


(1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


Top