Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TA0407

    Kawża T-407/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad- 9 ta' Ottubru 2008 — Miguelez Herreras vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Rikors għad-danni — Servizz pubbliku — Promozzjoni — Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità )

    ĠU C 313, 6.12.2008, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 313/26


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Ottubru 2008 — Miguelez Herreras vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-407/04) (1)

    (“Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Servizz pubbliku - Promozzjoni - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità’)

    (2008/C 313/45)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Benedicta Miguelez Herreras (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment M. van der Woude u V. Landes, imbagħad M. van der Woude, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment H. Tserepa-Lacombe u V. Joris, imbagħad V. Joris u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament:

    tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni li r-rikorrenti tingħata 2 punti ta' prijorità tad-Direttorat Ġenerali fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, li ġiet innotifikata fit-2 ta' Lulju 2003, u ġiet ikkonfermata minn deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ġiet innotifikata fis-16 ta' Diċembru 2003;

    tad-deċiżjonijiet li ġejjin: id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti tingħata total ta' 23 punt fil-proċedura ta' promozzjoni 2003; il-lista ta' mertu tal-uffiċjali tal-grad C 2 fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, ippubblikata fil-bullettin Informations administratives Nru 71-2003, tal-25 ta' Novembru 2003; il-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad C 1 fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, ippubblikata fil-bullettin Informations administratives Nru 76-2003, tat-3 ta' Diċembru 2003; fi kwalunkwe każ, id-deċiżjoni li l-isem tar-rikorrenti ma jiġix inkluż fl-imsemmija listi;

    sa fejn dan ikun neċessarju, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-17 ta' Ġunju 2004 li ċaħdet l-ilment imressaq mir-rikorrenti fl-24 ta' Frar 2004;

    tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-17 ta' April 2007 li r-rikorrenti ma tingħata ebda punt ta' prijorità addizzjonali fil-proċedura ta' promozzjoni 2003;

    u li għandha bħala għan li jiġu ddikjarati ineżistenti d-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu matul il-proċedura ta' promozzjoni 2003 li ġew ikkontestati f'dan ir-rikors u li ma ġewx issostitwiti fl-2007, u b'mod partikolari l-lista ta' mertu tal-uffiċjali tal-grad C 2 fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, ippubblikata fil-bullettin Informations administratives Nru 71-2003, tal-25 ta' Novembru 2003 u l-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad C 1 fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, ippubblikata fil-bullettin Informations administratives Nru 76-2003 tat-3 ta' Diċembru 2003 kif ukoll li jinkiseb kumpens għad-danni ta' EUR 5 000.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiffissaw it-total tal-punti ta' promozzjoni tar-rikorrenti għal 23 punt u li jirrifjutaw li hija tiġi inkluża fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad C 1 fil-proċedura ta' promozzjoni 2003 huma annullati.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 300, 4.12.2004.


    Top