Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 62007TB0203

Kawża T-203/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 23 ta' Settembru 2008 — Cemex Polska vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra — Pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet għall-Polonja għall-perijodu mill-2008 sal-2012 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet taħt ċerti kundizzjonijiet — Kompetenza tal-Istati Membri fit-tqassim individwali tal-kwoti ta' emissjonijiet — Nuqqas ta' interess dirett — Inammissibbiltà )

ĠU C 301, 22.11.2008г., стр. 39—39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 301/39


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Settembru 2008 — Cemex Polska vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-203/07) (1)

(“Rikors għal annullament - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet għall-Polonja għall-perijodu mill-2008 sal-2012 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet taħt ċerti kundizzjonijiet - Kompetenza tal-Istati Membri fit-tqassim individwali tal-kwoti ta' emissjonijiet - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà’)

(2008/C 301/66)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Cemex Polska sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: F. Puel u M. Szpunar, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1295 finali, tas-26 ta' Marzu 2007, dwar il-pjan nazzjonali tal-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mir-Repubblika tal-Polonja għall-perijodu mill-2008 sal-2012, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva [tal-Kunsill] 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Cemex Polska sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


Нагоре