This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0414
Case C-414/08 P: Appeal brought on 23 September 2008 by Sviluppo Italia Basilicata SpA against the judgment delivered on 8 July 2008 in Case T-176/06 Sviluppo Italia Basilicata SpA v Commission of the European Communities
Kawża C-414/08 P: Appell ippreżentat fit- 23 ta' Settembru 2008 minn Sviluppo Italia Basilicata SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla), fit- 8 ta' Lulju 2008 , fil-kawża T-176/06, Sviluppo Italia Basilicata SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej
Kawża C-414/08 P: Appell ippreżentat fit- 23 ta' Settembru 2008 minn Sviluppo Italia Basilicata SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla), fit- 8 ta' Lulju 2008 , fil-kawża T-176/06, Sviluppo Italia Basilicata SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej
ĠU C 301, 22.11.2008, pp. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
22.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 301/23 |
Appell ippreżentat fit-23 ta' Settembru 2008 minn Sviluppo Italia Basilicata SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla), fit-8 ta' Lulju 2008, fil-kawża T-176/06, Sviluppo Italia Basilicata SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej
(Kawża C-414/08 P)
(2008/C 301/37)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: Sviluppo Italia Basilicata SpA (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u A. Neri, avukati)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunatijiet Ewropej
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza mogħtija fit-8 ta' Lulju 2008 fil-kawża T-176/06 (is-“sentenza kkontestata”), u tgħaddi lura l-kawża lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu fid-dawl tal-indikazzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja tista' tipprovdi; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż ta' din l-istanza kif ukoll ta' dawk fil-kawża T-176/06. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Bis-sentenza kkontestata, il-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors tal-appellanti intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 1706, tal-20 ta' April 2006, (id-“deċiżjoni kkontestata”), dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għotjiet globali għall-implementazzjoni ta' inċentivi għall-SMEs li joperaw fir-Reġjun ta' Basilicata fl-Italja, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-danni subiti minnha wara, u bħala effett, tal-adozzjoni tal-istess deċiżjoni.
Insostenn tat-talbiet tagħha, l-appellanti ssostni diversi żbalji ta' liġi mwettqa mill-Qorti tal-Prim'Istanza.
Fl-ewwel lok, l-appellanti ssostni li, bil-bdil tal-ordni tat-trattazzjoni tal-motivi ta' kontestazzjoni sostnuti fir-rikors promotur, il-Qorti tal-Prim'Istanza biddlet is-sens u l-portata komplessiva tar-rikors.
Fit-tieni lok, l-appellanti ssostni diversi żbalji ta' liġi fir-rigward tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-għotjiet globali, tal-konvenzjoni u tal-Iskeda Nru 19 tad-Deċiżjoni 97/322/KE (1). Skont l-appellanti, il-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat b'mod żbaljat liema huma, skont l-atti hawn fuq imsemmija, il-kontenut effettiv u l-għan tal-Miżura 2 tal-għotjiet globali. Konsegwentement, dan l-iżball serju preliminari vvizzja l-interpretazzjonijiet suċċessivi mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza b'riferiment għall-kunċetti rilevanti (pereżempju “impenn”, “spiża”, “tul ta' żmien”).
Fit-tielet lok, l-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza kellha tiddikjara l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata, inkwantu hija bbażata fuq l-allegat ksur ta' kundizzjoni (il-“kundizzjoni ta' utilità”) li la tidher fid-deċiżjoni tal-għoti tal-għajnuna u lanqas ma tidher fil-programm ta' għotjiet globali, u li toħloq problemi ta' ċertezza legali u ta' setgħa diskrezzjonali wiesgħa wisq fl-applikazzjoni tagħha.
Fir-raba' lok, l-appellanti ssostni l-interpretazzjoni żbaljata, u konsegwentement in-nuqqas ta' applikazzjoni, mill-Qorti tal-Prim'Istanza, tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-21 ta' Settembru 2000, kawża C-462/98 P, Mediocurso vs Il-Kummissjoni (2).
Fil-ħames lok, l-appellanti ssostni l-ksur tal-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament Nru 4253/88 (3) fil-kuntest tal-obbligi ta' sorveljanza u ta' kontroll imposti fuq il-Kummissjoni. L-affermazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza jwasslu, b'mod partikolari, għan-nuqqas ta' applikazzjoni u għan-nuqqas ta' osservanza tas-sistema ta' sorveljanza u kontroll prevista mir-regoli inkwistjoni.
Fis-sitt lok, l-appellanti ssostni l-ksur tal-prinċipji tal-aspettattivi leġittimi u taċ-ċertezza legali peress li l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet il-kritika tal-appellanti għar-raġuni żbaljata li l-aspettativa maħluqa mill-Kummissjoni (fost oħrajn, permezz tal-operat tal-Kumitat ta' Sorveljanza) kienet fi kwalunkwe każ tmur kontra d-dispożizzjonijiet applikabbli u għalhekk kienet mingħajr effett.
Fis-seba' lok, l-appellanti ssostni ż-żnaturament, min-naħa tal-Qorti tal-Prim'Istanza, tal-provi u l-ksur tal-prinċipji ġenerali fir-rigward tal-oneru tal-prova, peress li l-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli tikkunsidra bħala pprovati fatti li ma ġewx ikkontestati mill-konvenuta u l-provi mressqa mill-appellanti.
Fit-tmien lok, l-appellanti ssostni l-ksur tal-ġurisprudenza Komunitarja dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità f'każijiet ta' tnaqqis ta' għajnuna Komunitarja, peress li l-Qorti tal-Prim'Istanza ma kkunsidratx iċ-ċirkustanzi li setgħu jwasslu għal tnaqqis tal-korrezzjoni finanzjarja.
Fir-rigward tal-motivi tar-rikors dwar it-talba għal kumpens tad-danni, l-appellanti ssostni, fl-ewwel lok, il-motivazzjoni żbaljata u insuffiċjenti tas-sentenza kkontestata inkwantu hija tiċħad it-talba għal kumpens tad-danni attribwibbli lill-Komunità minħabba att illeċitu..
Fl-aħħar nett, l-appellanti ssostni l-motivazzjoni żbaljata u insuffiċjenti tas-sentenza kkontestata inkwantu hija tiċħad it-talba għall-kumpens tad-danni attribwibbli lill-Komunità minħabba att illeċitu (“responsabbiltà oġġettiva”).
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 1997 li temenda d-deċiżjonijiet ta' approvazzjoni tal- iskemi ta' għajnuna Komunitarji, tad-dokumenti uniċi ta' pprogrammar u tal-inizjattivi Komunitarji meħuda fil-konfront tal-Italja — ĠU L 146, p. 11.
(2) Ġabra 2000, p. I–7183.
(3) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta' Diċembru 1988 li jipprovdi dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 dwar il-koordinazzjoni tad-diversi attivitajiet tal-Fondi Strutturali bejniethom u bejn dawn u l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment u l-istrumenti finanzjarji eżistenti l-oħra [traduzzjoni mhux ufficiali] — ĠU L 374, p. 1.