Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0405

Kawża C-405/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (Id-Danimarka) fit- 18 ta' Settembru 2008 — Holst vs Dansk Industri

ĠU C 301, 22.11.2008, pp. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 301/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (Id-Danimarka) fit-18 ta' Settembru 2008 — Holst vs Dansk Industri

(Kawża C-405/08)

(2008/C 301/35)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Holst

Konvenuta: Dansk Industri

Domandi preliminari

1)

Jeżisti nuqqas ta' qbil bejn il-partijiet dwar jekk id-Direttiva 2002/14/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (1) ġietx implimentata korrettement fil-ftehim ta' kooperazzjoni bejn DA u LO. F'dan ir-rigward, ir-regoli Komunitarji jipprekludu l-implimentazzjoni ta' direttiva b'tali mod li gruppi ta' impjegati jkunu koperti minn ftehim kollettiv bejn partijiet li ma jirrappreżentawx il-grupp professjonali in kwistjoni u meta l-ftehim kollettiv ma jkoprix il-grupp professjonali tal-persuni in kwistjoni?

2)

Jekk id-Direttiva 2002/14/KE ġiet implimentata b'mod korrett għal BH fil-ftehim ta' kooperazzjoni bejn DA u LO, l-Artikolu 7 tad-Direttiva għandu jitqies bħala li ġie implimentat b'mod korrett jekk jiġi stabbilit li l-ftehim ta' kooperazzjoni ma jkollux livell għoli ta' protezzjoni kontra t-tkeċċija mix-xogħol għal ċerti gruppi professjonali?

3)

Jekk BH huwa kopert mill-implimentazzjoni leġiżlattiva tad-Direttiva, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva li jirrigwardaw “protezzjoni u garanziji adekwati biex ikunu jistgħu jwettqu d-doveri li jkunu ġew assenjati lilhom” jipprekludu l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva fl-Artikolu 8 tal-[Liġi dwar l-għoti ta' informazzjoni u dwar l-ikkonsultar mal-impjegati], li tgħid is-segwenti: “Ir-rappreżentanti li għandhom jiġu infurmati u kkonsultati f'isem l-impjegati għandhom ikunu protetti kontra t-tkeċċija mix-xogħol jew konsegwenzi ħżiena oħra fuq il-kundizzjonijiet tal-impjieg tagħhom bl-istess mod bħar-rappreżentanti tal-organizzazzjoni sindakali fl-istess qasam professjonali jew f'wieħed simili”, jekk l-implimentazzjoni ma jkunx fiha livell għoli ta' protezzjoni kontra t-tkeċċija mix-xogħol għall gruppi professjonali li mhumiex koperti minn ftehim kollettiv?


(1)  Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Marzu 2003, li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta' l-impjegati fil-Komunità Ewropea (ĠU L 80, p. 29).


Top