EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0344

Kawża T-344/08: Rikors ippreżentat fil- 25 ta' Awwissu 2008 — EnBW Energie Baden-Württemberg vs Il-Kummissjoni

ĠU C 272, 25.10.2008, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/42


Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2008 — EnBW Energie Baden-Württemberg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/08)

(2008/C 272/83)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EnBW Energie Baden-Württemberg AG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Bach u A. Hahn, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea D(2008) 4931, tas-16 ta' Ġunju 2008, dwar talba għal aċċess għall-inkartament amministrattiv fil-każ COMP/F/38.899 (Switchgear iżolat bil-gass);

b'mod sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea D(2008) 4931, tas-16 ta' Ġunju 2008, dwar talba għal aċċess għall-inkartament amministrattiv fil-każ COMP/F/38.899 (Switchgear iżolat bil-gass), safejn il-Kummissjoni rrifjutat li tagħti lir-rikorrenti aċċess parzjali għad-dokumenti fl-inkartament;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontestata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ġunju 2008, li biha ġiet miċħuda t-tieni talba tagħha għal aċċess għad-dokumenti fl-inkartament tal-Kummissjoni fil-każ COMP/F/38.899 (Switchgear iżolat bil-gass).

Ir-rikorrenti tressaq tliet motivi in sostenn tar-rikors tagħha.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti tinvoka ksur tal-ewwel u tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) peress li l-eċċezzjonijiet li jinsabu f'dawn id-dispożizzjonijiet ġew interpretati b'mod żbaljat jew applikati b'mod żbaljat. It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 peress li inġustament ċaħdet li r-rikorrenti kellha interess pubbliku predominanti li tingħata aċċess għall-inkartament fil-każ COMP/F/38.899. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 peress li minn tal-inqas kellhom jiġu żvelati uħud mid-dokumenti fl-inkartament tal-każ COMP/F/38.899.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.


Top