This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0312
Case T-312/08: Action brought on 13 August 2008 — Ellinikos Niognomon v Commission
Kawża T-312/08: Rikors ippreżentat fit- 13 ta' Awissu 2008 — Ellinikos Niognomon vs Il-Kummissjoni
Kawża T-312/08: Rikors ippreżentat fit- 13 ta' Awissu 2008 — Ellinikos Niognomon vs Il-Kummissjoni
ĠU C 272, 25.10.2008, p. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 272/33 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta' Awissu 2008 — Ellinikos Niognomon vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-312/08)
(2008/C 272/60)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ellinikos Niognomon AE (Piraeus, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
— |
tiddikjara nulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha skont l-Artikolu 230 KE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2008, li permezz tagħha ddeċidiet li ma testendix ir-rikonoxximent limitat mogħti lilha taħt id-Direttiva 94/57/KE (1), mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/890/KE (2) u li ġiet sussegwentement estiża mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/623/KE (3) tat-3 ta' Awwissu 2005.
Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser rekwiżit proċedurali sostanzjali billi ma segwitx il-proċedura tal-komitoloġija pprovduta fl-Artikoli 4 u 9 tad-Direttiva 94/57/KE.
Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li r-rifjut li tingħata estensjoni tar-rikonoxximent limitat huwa bbażat fuq evalwazzjonijiet imwettqa esklużivament mill-Kummissjoni u mhux flimkien mal-Istati Membri rispettivi skont l-Artikoli 4, 9 u 11 tad-Direttiva 94/57/KE.
Fit-tielet lok, ir-rikorrenti tafferma li d-deċiżjoni kkontestata ma tirrispettax id-drittijiet tad-difiża tagħha u hija kuntrarja għall-aspettativi leġittimi tagħha.
Fir-raba' lok, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-Direttiva billi tinterpretaha ħażin safejn il-kriterji applikabbli huma kkonċernati (dokumenti dwar is-sigurtà u l-prevenzjoni), billi ħalliet barra l-passi gradwali li kellha tieħu l-Kummissjoni qabel ma tasal għal deċiżjoni negattiva u billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ispezzjonijiet u r-rapporti maħruġa mill-Istati Membri kkonċernati, u għaldaqstant adottat raġunament illegali.
Fl-aħħar lok, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta' proporzjonalità kif ukoll il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba.
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE, tat-22 ta' Novembru 1994, dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjoniet marittimi (ĠU L 319, p.20).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 2001, dwar ir-rikonoxximent tal-“Hellenic Register of Shipping” skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2001) 4218) (ĠU L 329, p.72).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Awwissu 2005, fuq l-estensjoni ta' l-għarfien limitat tar-Reġistru Grieg tat-Tbaħħir (notifikata taħt id-dokument numru C(2005) 2940) (ĠU L 219, p. 43).