Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TB0479

    Kawża T-479/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 3 ta' Settembru 2008 — Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Aċċess għad-dokumenti — Irtirar tad-deċiżjoni li rrifjutat l-aċċess — Żvelar ta' dokumenti kontra r-rieda espressa tal-awtur tagħhom — M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

    ĠU C 272, 25.10.2008, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 272/26


    Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Settembru 2008 — Nuova Agricast vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-479/07) (1)

    (“Rikors għal annullament - Aċċess għad-dokumenti - Irtirar tad-deċiżjoni li rrifjutat l-aċċess - Żvelar ta' dokumenti kontra r-rieda espressa tal-awtur tagħhom - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)

    (2008/C 272/51)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Nuova Agricast (Foggia, l-Italja) (rappreżentant: A. Calabrese, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u G. Conte, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2007 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għal xi documenti mibgħuta mill-awtoritajiet Taljani lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta' eżami ta' skema ta' għajnuna mill-Istat.

    Dispożittiv

    1)

    M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors u fuq it-talba tar-Renju tad-Danimarka sabiex jintervjeni.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 64, 9.3.2008.


    Top