Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0300

    Kawża T-300/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 10 ta' Settembru 2008 — Promat vs UASI ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Promat — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PROMA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 )

    ĠU C 272, 25.10.2008, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 272/23


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Promat vs UASI

    (Kawża T-300/06) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Promat - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PROMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94’)

    (2008/C 272/42)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Promat GmbH (Ratingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Krenzel u S. Beckmann, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

    Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Puertas Proma, SAL (Villancañas, Spanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta' Mejju 2006 (Każ R 1058/2005-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Puertas Proma, SAL u Promat GmbH.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Promat GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 310, 16.12.2006.


    Top