EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0284

Kawża T-284/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 10 ta' Settembru 2008 — Gualtieri vs Il-Kummissjoni (Espert nazjonali sekondat — Allowances ta' residenza — Post ta' residenza waqt is-sekondament — Eċċezzjoni ta' l-illegalità ta' l-Artikolu 20(3)(b) tad-deċiżjoni fuq esperti nazzjonali sekondati — Prinċipju ta' trattament ugwali)

ĠU C 272, 25.10.2008, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/22


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Gualtieri vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-284/06) (1)

(Espert nazjonali sekondat - Allowances ta' residenza - Post ta' residenza waqt is-sekondament - Eċċezzjoni ta' l-illegalità ta' l-Artikolu 20(3)(b) tad-deċiżjoni fuq esperti nazzjonali sekondati - Prinċipju ta' trattament ugwali)

(2008/C 272/41)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Claudia Gualtieri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Gualtieri u M. Gualtieri, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn G. Faedo, avocat)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2006 li tiirfjuta t-talba tar-rikorrenti għal aġġustament, wara d-divorzju tagħha, ta' l-ammont ta' l-allowances pagabbli taħt l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 1559 tat-30 ta' April 2002 li tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-espert nazzjonali, kif emendati

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud;

2)

Claudia Gualtieri hija kkundanata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 154, 1.7.2006 (qabel il-kawża F-53/06).


Top