Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0201

    Kawża T-201/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 10 ta' Settembru 2008 — Gerson vs UASI (Filtru taż-żebgħa parzjalment ta' kulur isfar) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Filtru taż-żebgħa parzjalment b'kulur isfar — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta' karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

    ĠU C 272, 25.10.2008, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 272/21


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Gerson vs UASI (Filtru taż-żebgħa parzjalment ta' kulur isfar)

    (Kawża T-201/06) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Filtru taż-żebgħa parzjalment b'kulur isfar - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94)

    (2008/C 272/38)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Louis M. Gerson Co., Inc. (Middleboro, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Mejju 2005 (Każ R 1387/2005-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' sinjal tridimensjonali, kompost minn filtru taż-żebgħa b'kulur isfar qrib il-ponta tiegħu, bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Louis M. Gerson CO., Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 224, 16.9.2006


    Top