Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0181

    Kawża T-181/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 10 ta' Settembru 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni ( FAEGG — Taqsima Garanzija — Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju — Korrezzjonijiet finanzjarji — Frott u ħaxix — Prodotti tal-ħalib — Uċuħ tar-raba' li jinħarat — Żvilupp rurali — Nuqqas ta' osservanza tat-termini ta' pagament )

    ĠU C 272, 25.10.2008, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 272/20


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-181/06) (1)

    (“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Korrezzjonijiet finanzjarji - Frott u ħaxix - Prodotti tal-ħalib - Uċuħ tar-raba' li jinħarat - Żvilupp rurali - Nuqqas ta' osservanza tat-termini ta' pagament’)

    (2008/C 272/37)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: G. Aiello, avvocato dello Stato)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u F. Jimeno Fernández, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avocat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/334/KE, tat-28 ta' April 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 124, p. 21), safejn din teskludi ċerti spejjeż magħmula mir-Repubblika Taljana fis-setturi tal-frott u ħaxix, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, tal-uċuh tar-raba', tal-iżvilupp rurali kif ukoll fil-qasam ta' terminu ta' pagament.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 212, 2.9.2006.


    Top