EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TA0465

Kawża T-465/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 10 ta' Settembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni ( Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja — Provvista ta' servizzi ta' l-informatika u provvisti relatati marbuta mas-sistemi ta' informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tas-Sajd — Ċaħda ta' l-offerta ta' offerent — Obbligu ta' motivazzjoni )

ĠU C 272, 25.10.2008, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/16


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-465/04) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta' servizzi ta' l-informatika u provvisti relatati marbuta mas-sistemi ta' informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tas-Sajd - Ċaħda ta' l-offerta ta' offerent - Obbligu ta' motivazzjoni’)

(2008/C 272/28)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel K. Banks, wara M. Wilderspin u E. Manhaeve, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta' Settembru 2004, li ma taċċettax l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti fir-rigward tal-provvista ta' servizzi ta' l-informatika u tal-provvisti relatati marbuta mas-sistemi ta' informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tas-Sajd, u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta magħmula minn Evropaïki DynamikiProigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti “FISH/2004/02” hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 57, 5.3.2005.


Top