EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0351

Kawża C-351/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundessozialgericht (il-Ġermanja) fl- 4 ta' Awwissu 2008 — Christian Grimme vs Deutsche Angestellten-Krankenkasse

ĠU C 272, 25.10.2008, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/11


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundessozialgericht (il-Ġermanja) fl-4 ta' Awwissu 2008 — Christian Grimme vs Deutsche Angestellten-Krankenkasse

(Kawża C-351/08)

(2008/C 272/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundessozialgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christian Grimme.

Konvenuta: Deutsche Angestellten-Krankenkasse.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (ĠU 2002, L 114, p. 6) (1) u partikolarment l-Artikoli 1, 5, 7 u 16, kif ukoll l-Artikoli 12, 17, 18 u 19 tal-Anness I, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu li membru ta' bord tad-diretturi ta' kumpannija b'responsabbiltà limitata rreġistrata fl-Iżvizzera, impjegat fil-Ġermanja, jiġi obbligat jidħol fl-iskema tal-assigurazzjoni tal-pensjoni obbligatorja Ġermaniża, meta l-amministraturi ta' kumpanniji b'responsabbiltà limitata rreġistrati fil-Ġermanja mhumiex obbligati jidħlu fi skema tal-assigurazzjoni tal-invalidità/ pensjoni Ġermaniża?


(1)  ĠU 2002 L 114, p. 6.


Top