EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0343

Kawża C-343/08: Rikors ippreżentat fit- 23 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

ĠU C 272, 25.10.2008, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/10


Rikors ippreżentat fit-23 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-343/08)

(2008/C 272/16)

Lingwa tal-kawża: Ic-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Šimerdová, N. Yerrell, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi ma adattatx id-dispożizzjonijiet tagħha ta' dritt nazzjonali sabiex tikkonforma ruħha bis-sħiħ mad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta' Ġunju 2003, dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (1), u b'mod partikolari billi ma ttrasponietx l-Artikolu 8, l-Artikolu 9 fit-totalità tiegħu, u l-Artikoli 13, 15-18 u 20(2) u (4) tad-direttiva, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 22(1);

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sistema ġuridika nazzjonali skada fit-23 ta' Settembru 2005.


(1)  ĠU L 345, 23.9.2003, p. 10, Ħarġa speċjali 2004 bil-Malti Kapitolu 5, Volum 4, p. 350.


Top