EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/272/04

Kriterji ta' assenjazzjoni tal-kawżi lill-Awli

ĠU C 272, 25.10.2008, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/4


Kriterji ta' assenjazzjoni tal-kawżi lill-Awli

(2008/C 272/04)

Fit-30 ta' Settembru 2008, skont l-Artikolu 4(4) tal-Anness tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u skont l-Artikolu 12(2) tar-Regoli tal-Proċedura, it-Tribunal iddeċieda li jżomm sat-30 ta' Settembru 2011 is-segwenti kundizzjonijiet għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-Awli:

ser jiġu assenjati lill-Ewwel Awla l-kawżi kollha, bl-eċċezzjoni ta' dawk li jikkonċernaw prinċipalment kwistjonijiet ta' reklutaġġ, ta' evalwazzjoni/promozzjoni u ta' tmien definittiv ta' servizz, li ser jiġu assenjati lit-Tieni Awla;

ċertu numru ta' kawżi ser jiġu assenjati lit-Tielet Awla, indipendentement mis-suġġetti kkonċernati, f'intervalli regolari li għandhom jiġu ddeterminati f'seduta plenarja;

jistgħu jsiru derogi mill-imsemmija regoli ta' assenjazzjoni għal raġunijiet ta' konnessjoni, kif ukoll sabiex jiġi assigurat xogħol ibbilanċjat u raġonevolment varjat.


Top