Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/184/08

    Sejħa għal proposti — EACEA 21/08 — Għall-implimentazzjoni ta' It-Tieqa ta' Kooperazzjoni Esterna Erasmus Mundus Reġjun ta' l-Asja fis-sena akkademika 2008/2009 — Il-programm ta' Azzjoni tal-Komunità għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni għolja u għall-iskambju ta' studenti, riċerkaturi u persunal akkademiku mill-Istati Membri ta' l-UE u Pajjiżi Terzi

    ĠU C 184, 22.7.2008, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 184/32


    SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA 21/08

    Għall-implimentazzjoni ta' It-Tieqa ta' Kooperazzjoni Esterna Erasmus Mundus Reġjun ta' l-Asja fis-sena akkademika 2008/2009

    Il-programm ta' Azzjoni tal-Komunità għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni għolja u għall-iskambju ta' studenti, riċerkaturi u persunal akkademiku mill-Istati Membri ta' l-UE u Pajjiżi Terzi

    (2008/C 184/08)

    1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

    It-Tieqa ta' Kooperazzjoni Esterna Erasmus Mundus għandha fl-għan tagħha l-arrikkiment reċiproku u l-fehim aħjar bejn l-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi Terzi. Huwa maħsub biex irawwem kooperazzjoni istituzzjonali fil-qasam ta' l-edukazzjoni għolja bejn l-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi Terzi permezz ta' skema ta' mobilità indirizzata lejn l-iskambju ta' studenti u skambji akkademiċi għal skop ta' studju, tagħlim, taħriġ u riċerka.

    L-attivitajiet u l-ispejjeż li ġejjin se jkunu koperti mill-programm.

    It-tfassil ta' sħubiji istituzzjonali ta' istituzzjonijiet Ewropej ta' l-edukazzjoni għolja u ta' Pajjiżi Terzi biex ikopru ż-żewġ tipi ta' attivitajiet:

    l-organizzazzjoni tal-mobilità individwali ta' l-istudenti, ir-riċerkaturi u l-persunal akkademiku ta' l-edukazzjoni għolja,

    l-implimentazzjoni tal-mobilità individwali. It-tipi ta' mobilità u edukazzjoni li se jkunu ffinanzjati taħt din is-sejħa huma:

    studenti: opportunitajiet ta' mobilità għall-undergraduate, master, dottorat u post-dottorat,

    persunal akkademiku: skambju għal skopijiet ta' tagħlim, taħriġ prattiku u riċerka.

    2.   Applikanti eliġibbli u benefiċċjarji

    L-applikanti jridu jkunu minn Universitajiet Ewropej jew Istituzzjonijiet Ewropej ta' l-Edukazzjoni Għolja li jirrappreżentaw sħubija ta' mhux aktar minn 20 istituzzjoni imsieħba.

    Il-kompożizzjoni tas-sħubija trid tkun magħmula minn Istituzzjonijiet Ewropej ta' l-Edukazzjoni Għolja, li jkollhom fil-pussess tagħhom Erasmus Charter qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta' din is-Sejħa u Istituzzjonijiet ta' l-Edukazzjoni Għolja minn Pajjiżi Terzi rikonoxxuti u akkreditati mill-awtoritajiet nazzjonali.

    3.   Pajjiż eliġibbli

    Il-pajjiżi eliġibbli għall-attivitajiet koperti mis-sejħa huma:

    is-27 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea,

    il-pajjiżi Kandidati Ewropej il-Kroazja u t-Turkija u l-pajjiżi taż-ŻEE (l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja),

    il-pajjiżi Asjatiċi segwenti: l-Afganistan, il-Butan, in-Nepal, il-Pakistan, il-Bangladexx, il-Kambodja, is-Sri Lanka, l-Indja, l-Indoneżja, il-Malasja, il-Filippini, it-Tajlandja, iċ-Ċina, il-Korea ta' Fuq, il-Myanmar/Burma u l-Maldive.

    4.   Baġit disponibbli

    L-ammont indikattiv globali magħmul disponibbli għar-reġjun ta' l-Asja taħt din is-sejħa għall-proposti huwa ta' EUR 11 085 700.

    Tieqa ġeografika

    Numru ta' sħubiji maħsuba li jkunu finanzjati

    L-għotja massima stmata għal kull sħubija

    Reġjun ta' l-Asja

    2

    EUR 5 542 850

    5.   Dati ta' għeluq

    L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2008.

    6.   Aktar Informazzjoni

    It-test kollu tas-sejħa għall-proposti u l-formoli ta' l-applikazzjoni huma disponibbli mill-websajt:

    http://eacea.ec.europa.eu/extcoop/call/index.htm

    L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-test sħiħ u għandhom jiġu ppreżentati permezz tal-formola provvduta.


    Top