Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex
Dokument 62007TN0435
Case T-435/07: Action brought on 29 November 2007 — New Look v OHIM (NEW LOOK)
Kawża T-435/07: Rikors ippreżentat fid- 29 ta' Novembru 2007 — New Look vs L-UASI (NEW LOOK)
Kawża T-435/07: Rikors ippreżentat fid- 29 ta' Novembru 2007 — New Look vs L-UASI (NEW LOOK)
ĠU C 37, 9.2.2008, s. 25 – 26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
9.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 37/25 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta' Novembru 2007 — New Look vs L-UASI (NEW LOOK)
(Kawża T-435/07)
(2008/C 37/40)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: New Look Ltd (Weymouth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, u M. Blair u K. Gilbert, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tat-3 ta' Settembru 2007 fil-kawża R 670/2007-2. |
|
— |
tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “NEW LOOK” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 25, 26 u 35 — applikazzjoni Nru 2 932 606
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Rifjut ta' l-applikazzjoni
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li l-Bord ta' l-Appell i) wettaq żball meta talab li r-rikorrenti turi karattru distintiv miksub fi Stat Membru differenti mir-Renju Unit u l-Irlanda; ii) wettaq żball meta qies li l-provi tar-rikorrenti dwar l-użu ta' “NEW LOOK” b'forma stilizzata jew flimkien ma' sinjal distintiv ma kinux kapaċi li jagħtu karattru distintiv lit-trade mark; u iii) naqas milli jagħti bizzejjed valur lill-provi tar-rikorrenti dwar l-użu fir-Renju Unit u l-Irlanda.