Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.
Documento 62007CN0500
Case C-500/07 P: Appeal brought on 19 November 2007 by Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) against the order made by the Court of First Instance (Fourth Chamber) on 17 September 2007 in Case T-175/07 Territorio Energia Ambiente SpA v Commission of the European Communities
Kawża C-500/07 P: Appell imressaq fid-19 ta' Novembru mit-Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħti fis- 17 ta' Settembru 2007 fil-Kawża T-175/07, Energia Ambiente SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Kawża C-500/07 P: Appell imressaq fid-19 ta' Novembru mit-Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħti fis- 17 ta' Settembru 2007 fil-Kawża T-175/07, Energia Ambiente SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU C 37, 9.2.2008, pagg. 3-4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
9.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 37/3 |
Appell imressaq fid-19 ta' Novembru mit-Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla) mogħti fis-17 ta' Settembru 2007 fil-Kawża T-175/07, Energia Ambiente SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-500/07 P)
(2008/C 37/04)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Territorio Energia Ambiente SpA (TEA) (rappreżentanti: E. Coffrini u F. Tesauro, avvocati)
Partijiet l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla u/jew tibdel in toto d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza li hija s-suġġett ta' dan ir-rikors fl-appell, b'kull deċiżjoni sussegwenti mogħtija mil-liġi u mill-ġustizzja. |
|
— |
tilqa' t-talbiet diġà ppreżentati fir-rikors fl-ewwel istanza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ġunju 2002 (1), rigward “l-għajnuna mogħtija mill-Istat fir-rigward ta' l-eżenzjonijiet fiskali u self b'kundizzjonijiet preferenzjali favur impriżi tas-servizz pubbliku fil-parti l-kbira b'kapital pubbliku”, ġiet iddikjarata li hija għajnuna mogħtija mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni s-sistema ta' eżenzjoni fiskali li saret disponibbli, permezz tas-sebgħin subparagrafu ta' l-Artikolu 3 tal-Liġi Nru 549/1995 u l-erbatax-il subparagrafu ta' l-Artikolu 66 tad-D.L. Nru 331/1999, kif mibdula u emendata, favur il-kumpannija b'sehem fil-maġġoranza pubbliku li teżerċita servizzi pubbliċi lokali. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma rrigwardatx kumpanniji partikolari, iżda kienet tapplika wkoll għall-kumpanniji stabbiliti skond l-Artikolu 22 tal-Liġi 241/1990, b'kapital fil-maġġoranza pubbliku. Għaldaqstant, ma kinitx ġiet innotifikata lil xi kumpannija waħda (u lanqas lir-rikorrenti) peress li ma kellhiex destinatarji individwati b'mod speċifiku. L-Istat Taljan, permezz tad-D.L. Nru 10 tal-15 ta' Frar 2007, implementa d-deċiżjoni msemmija iktar 'il fuq, fejn ta l-inkarigu ta' l-irkupru lill-Agenzie delle Entrate. B'konsegwenza, l-Agenzia delle Entrate ta' Mantova, fid-29 ta' Marzu 2007, innotifikat lill-kumpannija rikorrenti komunikazzjoni u inġunzjoni, għall-ammont prinċipali ta' EUR 1 748 289,75 barra l-interessi għal EUR 912 180,64.
Madankollu, il-kumpannija rikorrenti m'għandhiex sehem fil-maġġoranza pubbliku, iżda hija totalment pubblika, u b'hekk għaliha ma jistgħux japplikaw il-“kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni u d-deċiżjoni tagħha”.
Lilha ngħataw inkarigi ta' servizzi pubbliċi lokali in house, li l-ġestjoni tagħhom kienet diġà mogħtija mill-Comune ta' Mantova lill-impriża muniċipali (ASM), mibdula, skond il-L. 127/97, fil-kumpannija rikorrenti.
Din tmexxi wkoll is-servizzi pubbliċi fis-settur privat, f'kunest essenzjalment lokali, mingħajr ma tista' tinfluwenza l-kompetizzjoni libera, li ma tistax teżisti peress li ma jeżistix suq.
Kumpannija totalment b'kapital pubbliku mhijiex għajr korp indirett tal-Comuni sħab, li huma l-veri destinatarji ta' l-għajnuna fiskali, ikkontestata mill-Kummissjoni.
B'hekk, minħabba raġunijiet oġġettivi u suġġettivi, l-eżenzjoni fiskali mogħtija lir-rikorrenti ma tistax tiġi kklassifikata bħala għajnuna indebita mogħtija mill-Istat, li tmur kontra dak li jipprovdi l-Artikolu 87 tat-Trattat.
Minħabba r-raġunijiet mogħtija fil-qosor tressaq rikors quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija iktar 'il fuq, li jħassar il-kawża T-175/07, irrinvijata lir-Raba' Awla, li ġiet deċiża permezz ta' digriet ta' inammissibbilità tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Settembru 2007, li kienet motivatu b'nuqqas ta' osservanza tat-terminu msemmi fl-Artikolu 230(5) tat-Trattat KE, li skond dan ir-rikors għal annullament kellu jiġi ppreżentat fi żmien xahrejn li jiddekorru, skond il-każ, mill-pubblikazzjoni tal-miżura kkontestata, jew minn meta dan jiġi notifikat lir-rikorrent, jiġifieri, fin-nuqqas, mill-ġurnata li fiha r-rikorrent ikun sar jaf bih, skond l-Artikolu 102(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Din l-eċċezzjoni hija meqjusa mingħajr fundament, anki fid-dawl tas-sentenzi tas-17 ta' Settembru 1980 (730/79) (2); ta' l-14 ta' Novembru 1984 (323/82) (3); tat-12 ta' Diċembru 1996 (T-358/94) (4) u, b'mod partikolari, tad-deċiżjoni tat-Tielet Awla, tat-23 ta' Frar 2006, fil-kawża C-346/03 (5), u għaldaqstant, b'dan ir-rikors qed jintalab li tinbidel.
Fil-fatt, ir-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza ġie ppreżentat malli l-kumpannija rikorrenti saret taf li kienet fost id-destinatarji tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, jiġifieri meta rċeviet in-notifika ta' l-istima tad-dħul tat-taxxa maħruġa mill-Agenzia delle Entrate.
Sussegwentement, għandu jiġi kkunsidrat, bħala motiv ieħor ta' kontestatazzjoni tad-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza, li din il-miżura kienet applikat l-Artikolu 225 tat-Trattat b'mod żbaljat.
Fil-fatt, it-talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha titqies li hija marbuta fil-qrib mat-talba li ma tkunx suġġetta għall-istess deċiżjoni, u għaldaqstant qed jintalab li jindibel id-digriet ta' l-ewwel istanza, ukoll fid-dawl ta' l-inkompetenza ratione materiae, mill-istess korp ġuridiku.
(2) Ġabra 1980, p. 2671.
(3) Ġabra 1984, p. 3809.
(4) Ġabra 1996, p. II-2109.
(5) Ġabra 2005, p. I-6159.