Wählen Sie die experimentellen Funktionen, die Sie testen möchten.

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument C2007/235/53

    Kawża F-69/07: Rikors ippreżentat fit- 12 ta' Lulju 2007 — Sandor vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 235, 6.10.2007, S. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 235/29


    Rikors ippreżentat fit-12 ta' Lulju 2007 — Sandor vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-69/07)

    (2007/C 235/53)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: U (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J,-N. Louis u E. Marchal, avocats)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    li jiġu annullati d-deċiżjoniet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta' impjieg tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal bil-kuntratt inkwantu huma jipprovdu, minn naħa, għall-applikazzjoni tal-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 100 tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra (iktar 'il quddiem il-“KIU”) u l-Artikolu 1 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (iktar 'il quddiem ir-“Regolamenti”), u min-naħa l-oħra, it-tul ta' żmien tal-kuntratt bħala l-perijodu bejn is-16 ta' Settembru 2006 u l-15 ta' Settembru 2009;

    li l-konvenuta tiġi ordnata tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti, wara li ħadmet mal-Kummissjoni mill-1 ta' Mejju 2001 sal-15 ta' Settembru 2006 bħala membru tal-persunal lokali u membru tal-persunal awżiljari bis-saħħa ta' 14-il kuntratt ta' impjieg differenti suċċessivi, b'terminu ta' żmien fiss, ġiet impjegata bħala membru tal-persunal kuntrattwali, għall-perijodu bejn is-16 ta' Settembru 2006 u l-15 ta' Settembru 2009. Billi waqt l-eżami mediku li sar qabel l-impjieg, l-awtorità kompetenti sabiex tikkonkludi l-kuntratti, ikkonstatat li r-rikorrenti ssofri minn marda, din applikat il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 100 tal-KUI u fl-Artikolu 1 ta' l-Anness tar-Regolamenti.

    In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni, qabel kollox, li billi llimitat t-terminu ta' żmien tal-kuntratt tagħha bħala membru tal-persunal kuntrattwali, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' stabbiltà ta' impjieg li jirriżulta mill-prinċipji ġenerali tad-dritt dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema. Safejn huwa neċessarju, hija teċepixxi l-illegalità ta' l-Artikolu 88 tal-KUI.

    Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-klawżola ta' riżerva li ma tagħtihiex il-benefiċċji ggarantiti previsti fil-qasam ta' l-invalidità jew ta' mewt tikser il-portata ta' l-Artikolu 100 tal-KUI, safejn il-miżura jew l-amministrazzjoni timponilha perijodu ġdid ta' esklużjoni ta' 5 snin minkejja li ilha fis-servizz tal-Kummissjoni sa mill-1 ta' Mejju 2001. Safejn huwa neċessarju, hija teċepixxi l-illegalità ta' l-Artikolu 88 tal-KUI.


    nach oben