Wählen Sie die experimentellen Funktionen, die Sie testen möchten.

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument C2007/235/41

    Kawża T-302/07: Rikors ippreżentat fis- 6 ta' Awwissu 2007 — Motopress vs L-UASI — Sony Computer Entertainment Europe (BUZZ !)

    ĠU C 235, 6.10.2007, S. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 235/22


    Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2007 — Motopress vs L-UASI — Sony Computer Entertainment Europe (BUZZ !)

    (Kawża T-302/07)

    (2007/C 235/41)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Motopress Werbe- und Verlagsgesellschaft mbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: avv. L. Wiltschek)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Sony Computer Entertainment Europe Limited

    Talbiet tar-rikorrenti

    temenda d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Ġunju 2007 (Kawża R 1468/2006-2) b'mod li tiġi milqugħa l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal trade mark Nru 4 441 044;

    eventwalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrinvija l-kawża lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern;

    tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern sabiex ibati l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell u tal-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Sony Computer Entertainment Europe Limited.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “BUZZ !” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28 u 41 (applikazzjoni Nru 4 441 044).

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

    Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: trade mark denominattiva Awstrijaka “BUZZ !” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 u 38.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: ċaħda ta' l-oppożizzjoni.

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell.

    Motivi invokati: ksur ta' l-Art. 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), minħabba nuqqas ta' kunsiderazzjoni tal-provi dwar l-eżistenza tat-trade mark invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni.


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, paġ. 1).


    nach oben