Wählen Sie die experimentellen Funktionen, die Sie testen möchten.

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument C2007/235/10

    Kawża C-382/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Kuntratti pubbliċi ta' servizzi — Direttiva 92/50/KEE — Kuntratti dwar it-trattament ta' skart urban — Kwalifika — Kuntratt pubbliku — Konċessjoni ta' servizzi — Miżuri ta' pubbliċità)

    ĠU C 235, 6.10.2007, S. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 235/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Lulju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

    (Kawża C-382/05) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Kuntratti pubbliċi ta' servizzi - Direttiva 92/50/KEE - Kuntratti dwar it-trattament ta' skart urban - Kwalifika - Kuntratt pubbliku - Konċessjoni ta' servizzi - Miżuri ta' pubbliċità)

    (2007/C 235/10)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: A. Aresu u X. Lewis, aġenti]

    Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. M. Braguglia u G. Fiengo, aġenti]

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 11, 15 u 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, p. 1) — Għoti ta' kuntratt mingħajr pubblikazzjoni ta' notifika xierqa — Konklużjoni ta' ftehim għall-użu tal-parti residwa ta' skart urban prodott fil-lokalitajiet tar-reġjun ta' Sqallija

    Dispożittiv

    1)

    Minħabba l-fatt li l-Presidenza del Consiglio dei Ministri — Dipartimento per la protezione civile — Ufficio del Commissario delegato per l'emergenza rifiuti e la tutela delle acque in Sicilia bdiet proċedura għall-għoti ta' kuntratti relatati ma' l-użu tal-parti residwa ta' skart urban, wara ġbir selettiv, prodott fil-lokalitajiet tar-reġjun ta' Sqallija u kkonkludiet dawn il-kuntratti mingħajr ma applikat il-proċeduri previsti mid-Direttiva tal-Kunsill 92/50KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 relatata mal-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, p. 1), kif emendata mid-Direttiva 2001/78/KE tat-13 ta' Settembru 2001 u, b'mod partikolari, mingħajr ma ppubblikat l-avviż ta' kuntratt xieraq fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha mill-imsemmija direttiva, u b'mod partikolari l-Artikoli 11, 15 u 17 tagħha.

    2)

    Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 22 tat-28.1.2006.


    nach oben