This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007XC0908(01)
Notice of initiation of a partial interim review of the countervailing measures applicable to imports of polyester textured filament yarn (PTY) originating in India
Avviż ta' bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri ta' kontrobilanċ applikabbli għal importazzjonijiet tat-tertuqa ta' ħjut ta' suf sintetiku tal-filament tal-polyester tessutizzat (PTY) li toriġina mill-Indja
Avviż ta' bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri ta' kontrobilanċ applikabbli għal importazzjonijiet tat-tertuqa ta' ħjut ta' suf sintetiku tal-filament tal-polyester tessutizzat (PTY) li toriġina mill-Indja
ĠU C 210, 8.9.2007, p. 5–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 210/5 |
Avviż ta' bidu ta' reviżjoni interim parzjali tal-miżuri ta' kontrobilanċ applikabbli għal importazzjonijiet tat-tertuqa ta' ħjut ta' suf sintetiku tal-filament tal-polyester tessutizzat (PTY) li toriġina mill-Indja
(2007/C 210/04)
Il-Kummissjoni ddeċidiet fuq inizjattiva tagħha stess li tibda reviżjoni temporanja parzjali li hija limitata għal-livell ta' sussidji għal ċertu produtturi esportaturi mill-Indja skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-ħarsien minn importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1).
1. Il-Prodott
Il-prodott taħt reviżjoni huwa tertuqa ta' ħjut ta' suf sintetiku tal-filament tal-polyester tessutizzat (PTY) li toriġina mill-Indja (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa jista' jiġi kklassifikat fi ħdan il-kodiċi NM 5402 33 00. Din il-kodiċi NM qed tingħata biss bħala tagħrif.
2. Il-miżuri attwali
Il-miżuri li huma bħalissa infurzati huwa dazju definittiv ta' kumpens li huwa impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2094/2002 (2) fuq l-importazzjonijiet tat-tertuqa ta' ħjut ta' suf sintetiku tal-filament tal-polyester tessutizzat (PTY) li toriġina mill-Indja.
3. Ir-Raġunijiet għar-reviżjoni
Hemm biżżejjed evidenza prima facie disponibbli għall-Kummissjoni li ċ-ċirkostanzi rigward is-sussidjarjetà li fuqha l-miżuri li ġew stabbiliti, inbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura permanenti.
Filfatt, il-benefiċċji minn żewġ skemi ta' sussidju (id-Duty Entitlement Passbook Scheme (“DEPBS”) u l-Income Tax Exemption skond is-Sezzjoni 80 HHC ta' l-Att tat-Taxxa fuq id-Dħul (“ITES”) jidher li naqqsu b'mod konsiderevoli. Dan huwa minħabba modifika fil-liġijiet bażiċi ta' l-Indja li fuqhom huma bbażati dawn l-iskemi.
B'konsegwenza ta' dan, il-livell ta' sussidju huwa probabbli li jonqos għal dawk il-kumpaniji li l-miżuri tagħhom huma bbażati totalment jew parzjalment fuq benefiċċji miksuba minn wieħed jew miż-żewġ skemi li ssemmew fil-perjodu ta' l-investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li b'hekk wassal għall-osservanza tal-livell tal-miżuri eżistenti.
Dan jindika li l-miżuri li jissemmew fil-punt preċedenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt reviżjoni fil-livell preżenti tagħhom jistgħu ma jkunux iktar meħtieġa biex jopponu s-sussidji korrenti. B'hekk, il-miżuri għandhom jiġu rriveduti għal kumpaniji in kwestjoni.
Dawn il-kumpaniji jinkludu dawk li huma elenkati fl-Anness u kull produttur ieħor tal-prodott taħt reviżjoni li jista' jippreżenta lilu nnifsu lill-Kummissjoni fi żmien l-iskadenza stipulata fil-punt 5()b)(i) hawn isfel u juri li fi żmien l-istess skadenza (1) huwa bbenefika minn wieħed jew miż-żewġ skemi li jissemmew hawn fuq matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-osservanza tal-livell tal-miżura li għaliha huma suġġetti (l-1 ta' Ottubru 2000 — 30 ta' Settembru 2001), u li (2) fid-dawl tat-tibdil strutturali f'dawn l-iskemi kif jissemma hawn fuq, il-benefiċċju li jirriżulta minn dawn l-iskemi naqas.
Aktar minn hekk, jekk ir-reviżjoni ta' l-investigazzjoni turi jew kwalunkwe parti tipprovdi evidenza suffiċenti prima facie fi żmien l-iskadenza stipolata fil-punt 5(a)(i) hawn isfel li l-esportaturi tal-prodott ikkonċernat li huma kkonċernati bir-reviżjoni korrenti qed jibbenefikaw minn skemi ta' sussidji li mhumiex dawk li jissemmew hawn fuq, tista' ssir ukoll investigazzjoni ta' dawn l-iskemi fi ħdan il-qafas tar-reviżjoni korrenti.
Sakemm il-marġini ta' sussidju mmodifikati li jirriżultaw mill-investigazzjoni korrenti jistgħu ikollhom impatt fuq il-miżuri applikabbli għall-kumpaniji li qed jikkoperaw fl-investigazzjoni li stabbiliet il-livell tal-miżuri u/jew il-miżura residwa applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha, dawn ir-rati jistgħu jiġu rriveduti kif jixraq.
Għandu jkun innotat li, għal dawk il-kumpaniji li huma suġġetti għall-miżuri ta' antidumping u ta' kumpens, il-miżura antidumping tista' tiġi aġġustata kif jixraq jekk ikun hemm xi tibdil fil-miżura protettiva.
4. Il-Proċedura
Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi biex ikun iġġustifikat il-bidu ta' reviżjoni ex officio interim parzjali, il-Kummissjoni b'dan tagħti bidu għal reviżjoni skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.
L-investigazzjoni għandha tivvaluta l-bżonn ta' tkomplija, tneħħija jew emenda tal-miżuri eżistenti fir-rigward ta' dawk il-kumpaniji li jkunu bbenefikaw minn wieħed jew miż-żewġ skemi ta' sussidju li jissemmew hawn fuq u, għal dawk il-kumpaniji, fir-rigward ta' skemi oħrajn fejn hija pprovduta evidenza suffiċjenti kif jissemma fil-punt 3, il-paragrafu 6 hawn fuq. L-investigazzjoni għandha wkoll tivvaluta l-bżonn, skond is-sejbiet ta' l-investigazzjoni korrenti, li tirrivedi l-miżuri applikabbli għal kumpaniji oħrajn li kkoperaw fl-investigazzjoni li ffissat il-livell tal-miżuri eżistenti u/jew il-miżuri li jifdal li huma applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
(a) It-teħid ta' kampjuni
Fid-dawl tan-numru apparenti ta' partijiet involuti f'din il-proċedura, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika t-teħid ta' kampjuni, skond l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.
(i) Teħid ta' kampjuni għall-produtturi/esportaturi
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, tagħżel kampjun, l-esportaturi/il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f'isimhom, huma b'dan mitluba li jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni billi jikkuntattjawha u jipprovdulha t-tagħrif li ġej dwar il-kumpanija jew kumpaniji tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 5(b)(i) u fil-formati indikati fil-punt 6:
— |
isem, indirizz, indirizz elettroniku, telefown, u numri tal-fax u persuna ta' kuntatt, |
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007, |
— |
il-fatturat fil-munita lokali u l-volum ta' bejgħ f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fis-suq domestiku matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007, |
— |
jekk il-kumpanija hijiex beħsiebha titlob rata individwali ta' sussidju (rati individwali ta' sussidju jistgħu biss jintalbu minn produtturi) (3). |
— |
l-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-volum ta' produzzjoni f'tunnellati tal-prodott ikkonċernat, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-investimenti fil-kapaċità ta' produzzjoni matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007, |
— |
l-ismijiet u l-attivitajiet preċiżi tal-kumpaniji relatati (4) kollha involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (esportazzjoni u/jew domestiku) tal-prodott ikkonċernat, |
— |
jekk il-kumpanija tkunx irċeviet benefiċċji skond id-DEPBS u/jew l-ITES matul (i) il-perjodu ta' investigazzjoni użat fl-investigazzjoni li wasslet għall-osservanza tal-livell tal-miżura li bħalissa hija suġġetta għalih (l-1 ta' Ottubru 2000 — 30 ta' Settembru 2001) u/jew (ii) fil-perijodu bejn l-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007. |
— |
kull tagħrif ieħor rilevanti li jgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun. |
Billi tipprovdi l-informazzjoni msemmija hawn fuq, il-kumpanija taċċetta l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tifforma parti mill-kampjun, dan jimplika li l-kumpanija jkollha twieġeb għal kwestjonarju u taċċetta investigazzjoni fuq il-post dwar ir-reazzjoni tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx ma' l-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konsegwenzi għal nuqqas ta' kooperazzjoni huma stipulati fil-punt 7 hawn taħt.
Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta' esportaturi/produtturi, il-Kummissjoni, barra minn hekk, se tikkuntattja lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur, u lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta' esportaturi/produtturi.
(ii) Għażla aħħarija tal-kampjun
Il-partijiet kollha interessati li jixtiequ jressqu xi tagħrif rilevanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għażla tal-kampjun għandhom jagħmlu dan fil-limitu ta' żmien stipulat fil-punt 5(b)(ii).
Il-Kummissjoni beħsiebha tagħmel l-għażla aħħarija tal-kampjun wara li tkun ikkonsultat il-partijiet ikkonċernati li jkunu esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun.
Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun għandhom iwieġbu għal kwestjonarju fi ħdan il-limitu ta' żmien stabbilit fil-punt 5(b)(iii) u għandhom jikkooperaw fi ħdan il-qafas ta' l-investigazzjoni.
Jekk ma jkunx hemm kooperazzjoni biżżejjed, il-Kummissjoni tista' tibbaża s-sejbiet tagħha, skond l-Artikoli 27(4) u 28 tar-Regolament bażiku, fuq il-fatti disponibbli. Konklużjoni bbażata fuq fatti disponibbli tista' tkun anqas vantaġġuża għall-parti kkonċernata, kif spjegat fil-punt 7.
(b) Kwestjonarji
Biex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-kumpaniji li ġew ikkampjunati u lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat.
(ċ) Ġbir ta' informazzjoni u s-smigħ ta' seduti
Il-partijiet kollha interessati qegħdin b'dan jiġu mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jibagħtu tagħrif barra mit-tweġibiet għall-kwestjonarju u jipprovdu evidenza li tappoġġjah. Dan it-tagħrif u din l-evidenza ta' sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-punt 5(a)(i).
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' l-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba li fiha juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. Din it-talba għandha ssir fiż-żmien stipulat fil-punt 5(a)(ii).
5. Skadenzi taż-żmien
(a) Skadenzi ġenerali
(i) Għal partijiet li jridu jippreżentaw lilhom infushom, biex iressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju u kull tagħrif ieħor
Il-partijiet interessati kollha, jekk iridu li d-dikjarazzjonijiet tagħhom jiġu meqjusa matul l-investigazzjoni, iridu jippreżentaw lilhom infushom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom u jressqu t-tweġibiet tal-kwestjonarju, partikolarment l-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur ikkonċernat, jew kwalunkwe tagħrif ieħor, inkluż dak li jissemma fil-punt 3, fis-sitt paragrafu, fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Qiegħda tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha lill-Kummissjoni matul il-perjodu msemmi qabel.
(ii) Seduti
Il-partijiet interessati kollha jistgħu wkoll japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu ta' żmien ta' 40 jum.
(b) Il-limitu speċifiku ta' żmien fir-rigward tat-teħid ta' kampjuni
(i) |
L-informazzjoni speċifikata fil-punt 4(a)(i) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 15-il ġurnata mid-data ta' pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, billi l-Kummissjoni għandha l-ħsieb tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati li esprimew ir-rieda tagħhom li jkunu inklużi fil-kampjun fl-għażla finali tagħha fi żmien perjodu ta' 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
(ii) |
Kull informazzjoni oħra rilevanti għall-għażla tal-kampjun kif imsemmi fil-punt 4(a)(ii) għandha tasal għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
(iii) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-partijiet inklużi fil-kampjun għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tan-notifika ta' l-inklużjoni tagħhom fil-kampjun. |
6. Il-preżentazzjonijiet bil-miktub, it-tweġibiet għall-kwestjonarju u l-korrispondenza
Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, it-telefown u n-numri tal-fax tal-parti interessata. Kull sottomissjoni bil-miktub, inkluż it-tagħrif mitlub f'dan l-avviż, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun immarkata bħala “Limitata” (5) u, skond l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali, immarkata “GĦALL-ISPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI”.
L-Indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
Il-Kummissjoni Ewropea |
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ |
Id-Direttorat H |
Uffiċċju: J-79 4/23 |
B-1049 Brussell |
Fax (32-2) 295 65 05 |
7. Nuqqas ta' kooperazzjoni
F'każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta' żmien, jew b'mod sinifikanti tfixkel l-investigazzjoni, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha titwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b'mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.
8. Skeda ta' l-investigazzjoni
L-investigazzjoni se tiġi konkluża, skond l-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
9. Reviżjonijiet interim oħrajn skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku
L-ambitu tar-reviżjoni korrenti huwa kif spjegat fil-punt 4 hawn fuq. Kwalunkwe parti li titlob reviżjoni skond raġunijiet oħra tista' tagħmel hekk bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.
10. L-ipproċessar ta' data personali
Jekk jogħġbok kun af li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni tkun ittrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-ħarsien ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data (6).
(1) ĠU L 288, 21.10.97, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).
(2) ĠU L 323, 28.11.2002, p. 21.
(3) Marġni individwali jistgħu jintalbu skond l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku għal kumpaniji li mhumiex inklużi fil-kampjun.
(4) Għal aktar tagħrif dwar it-tifsira ta' kumpaniji relatati, jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253 tal-11.10.1993, p. 1).
(5) Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta' Kumpens.
ANNESS
— |
Indo Rama Synthetics Limited, 51-A, Industrial Area, Sector III, Pithampur, Dist. Dhar, Madhya Pradesh |
— |
Welspun Syntex Limited, Kamani Wadi, 1st floor, 542, Jaganath Shankar Sheth Road, Chira Bazar, Mumbai |