Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/117/46

    Kawża T-90/07 P: Appell imressaq fis- 26 ta' Marzu 2007 mir-Renju tal-Belgju kontra s-sentenza mogħtija fis- 16 ta' Marzu 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-92/05, Genette vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 117, 26.5.2007, p. 28–29 (MT)
    ĠU C 117, 26.5.2007, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 117/28


    Appell imressaq fis-26 ta' Marzu 2007 mir-Renju tal-Belgju kontra s-sentenza mogħtija fis-16 ta' Marzu 2007 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kawża F-92/05, Genette vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-90/07 P)

    (2007/C 117/45)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju tal-Belgju (rappreżentant: L. Van den Broeck, aġent)

    Il-partijiet l-oħra fil-kawża: Emmanuel Genette, Il-Kummissjoni tal-Komunita Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    Annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta' Jannar 2007 fil-kawża F-92/05

    Motivi u argumenti prinċipali

    Bis-sentenza tas-16 ta' Jannar 2007, mogħtija fil-kawża F-92/05, Genette vs Il-Kummissjoni, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) laqa' r-rikors mressaq minn E. Genette li għandu bħala suġġett l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Jannar 2005 li tiċħad, minn naħa, l-awtorizzazzjoni li jirtira t-talba għat-trasferiment tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni miksuba taħt l-iskema ta' pensjoni Belġjana, ippreżentata fl-2001, u, min-naħa l-oħra, l-awtorizzazzjoni li jitlob trasferiment mill-ġdid.

    In sostenn tar-rikors ta' l-appell tiegħu, ir-Renju tal-Belgju, intervenjent fl-ewwel istanza in sostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni, iqis l-ewwel nett li t-TSP mhuwiex kompetenti sabiex jevalwa l-ammissibbiltà fir-rigward tad-dritt Belġjan tat-talba għall-irtirar ta' talba li tfittex li tittrasferixxi lis-sistema Komunitarja d-drittijiet għal pensjoni miksuba taħt l-iskema ta' pensjoni Belġjana. Skond ir-rikorrenti, it-TSP qabeż il-kompetenzi tiegħu meta ddeċieda fuq il-portata tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali Belġjan li huma applikabbli f'din il-kawża.

    It-tieni nett, ir-Renju tal-Belġju jippretendi li t-TSP kiser id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet ta' l-Istatut, fl-evalwazzjoni tiegħu ta' l-ammissibbiltà li tiġi ppreżentata talba ġdida għal trasferiment.

    Barra minn dan, ir-Renju tal-Belġju jqis li t-TSP kiser id-dritt Komunitarju, bl-evalwazzjoni żbaljata tiegħu ta' l-eżistenza ta' fatt ġdid li, skond huwa, m'għandhux jiġi evalwat bi tqabbil mad-dħul fis-seħħ tar-riforma ta' l-Istatut, iżda fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-liġi Belġjana.

    Fl-aħħar nett, ir-Renju tal-Belġju jinvoka motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali.


    Top