This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006SA0006
Special Report No 6/2006 concerning the environmental aspects of the Commission's development cooperation, together with the Commission's replies
Rapport Speċjali Nru 6/2006 dwar l-aspetti ambjentali tal-koperazzjoni fl-iżvilupp tal-Kummissjoni, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni
Rapport Speċjali Nru 6/2006 dwar l-aspetti ambjentali tal-koperazzjoni fl-iżvilupp tal-Kummissjoni, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni
ĠU C 235, 29.9.2006, pp. 1–39
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
|
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/1 |
RAPPORT SPEĊJALI Nru 6/2006
Dwar l-aspetti ambjentali tal-koperazzjoni fl-iżvilupp tal-Kummissjoni, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni
(skond l-Artikolu 248(4), it-tieni sotto-paragrafu, KE)
WERREJ
ABBREVJAZZJONIJIET U TERMINOLOĠIJA
|
I-VI |
SOMMARJU |
|
1-7 |
INTRODUZZJONI |
|
1-3 |
Sfond |
|
4-7 |
L-iskop u l-approċċ tal-verifika |
|
8-27 |
L-ISTRATEĠIJA TAL-KUMMISSJONI GĦALL-ASPETTI AMBJENTALI TA' L-GĦAJNUNA TAGĦHA GĦALL-IŻVILUPP |
|
8 |
Introduzzjoni |
|
9-13 |
Bżonn ta' strateġija ambjentali ċara u komprensiva |
|
14-27 |
Arranġamenti xierqa fit-tmexxija għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija għall-integrazzjoni ta' l-ambjent tal-Kummissjoni u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tagħha ta' l-għajnuna fl-iżvilupp għadhom iridu jsiru |
|
15-17 |
Mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' l-integrazzjoni ambjentali |
|
18-23 |
Il-bini tal-kapaċità tal-Kummissjoni biex timplimenta l-istrateġija ta' integrazzjoni ambjentali |
|
24-27 |
Sistemi biex jevalwaw il-prestazzjoni ambjentali ta' l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Kummissjoni |
|
28-46 |
EVALWAZZJONI TA' L-EFFETTIVITÀ TA' L-INTEGRAZZJONI AMBJENTALI TAL-KUMMISSJONI |
|
28 |
Introduzzjoni |
|
29-35 |
Fl-2005 sar progress fl-iżvilupp ta' analiżi ambjentali ta' pajjiż għad-Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż ġodda għalkemm l-impatt tiegħu għadu ma jistax ikun evalwat |
|
36-38 |
Ftit twettaq biex jiġi integrat l-ambjent fil-programmi ta' għajnuna baġitarja |
|
39-46 |
Proċeduri għall-integrazzjoni ambjentali fuq livell ta' proġett ma kinux sistematiċi biżżejjed |
|
47-81 |
EVALWAZZJONI TA' L-EFFETTIVITÀ TA' PROĠETTI AMBJENTALI U FATTURI LI JINFLUWENZAW L-EFFETTIVITÀ |
|
47 |
Introduzzjoni |
|
48-56 |
Evalwazzjoni ta' l-effettività ta' proġett |
|
57-81 |
Analiżi tal-fatturi li jolqtu l-effettività tal-proġetti ta' l-ambjent |
|
58-63 |
Disinni ta' proġetti ambizzjużi żżejjed |
|
64-67 |
Dewmien fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġett |
|
68-70 |
Progress limitat fil-bini tal-kapaċità istituzzjonali |
|
71-72 |
Il-bżonn għal iffukar akbar fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali mill-komunitajiet lokali |
|
73-77 |
Impatt insuffiċjenti tal-proġetti fuq il-politika u l-qafas legali |
|
78-81 |
Approċċ mhux realistiku lejn il-vijabilità finanzjarja |
|
82-101 |
KONLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
82-86 |
Konklużjonijiet |
|
87-101 |
Rakkomandazzjonijiet |
|
87-93 |
It-twaqqif ta' strateġija komprensiva għall-ambjent u s-segwitu ta' l-implimentazzjoni tagħha |
|
94-97 |
Titjib fl-effettività ta' l-integrazzjoni ambjentali |
|
98-101 |
Titjib fl-effettività tal-proġetti ambjentali |
ANNESS I — Kumitat ta' l-Assistenza għall-Iżvilupp ta' l-OECD — klassifikazzjoni ta' proġett
ANNESS II — Proġetti ta' l-ambjent eżaminati u evalwazzjoni ta' l-effettività tagħhom
ANNESS III — Analiżi ġenerali ta' l-effettività tal-proġett
Ir-risposti tal-Kummissjoni
ABBREVJAZZJONIJIET U TERMINOLOĠIJA ACP Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku firmatarji fil-Ftehim ta' Cotonou ALA Pajjiżi ta' l-Asja u l-Amerika Latina li qegħdin jiżviluppaw CEPs Profili ta' l-Ambjent tal-Pajjiż CSP Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż DFID Dipartiment Brittanniku għall-Iżvilupp Internazzjonali DĠ DEV Direttorat Ġenerali ta' l-Iżvilupp DĠ ENV Direttorat Ġenerali ta' l-Ambjent DĠ Relex Direttorat Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni DWNP Dipartiment tal-Ħajja Selvaġġa u l-Ġonna Nazzjonali ECOFAC Ekosistemi tal-Foresti ta' l-Afrika Ċentrali EIA Evalwazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali EuropeAid Uffiċċju Ewropew tal-Koperazzjoni ta' l-Għajnuna FAO Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikoltura GEF Faċilità Globali ta' l-Ambjent
iQSG
Interservice Quality Support Group (Grupp għas-Sostenn tal-Kwalità bejn is-Servizzi)
KfW
German Kreditanstalt fuer Wiederaufbau
MDGs Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju MEAs Ftehim Ambjentali Multilaterali MEDA Miżuri biex jakkompanjaw ir-riformi ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi Mediterranji li m'humiex membri NRPP Programm tal-Politika tar-Riżorsi Naturali OECD Organizzazzjoni għall-Iżvilupp u l-Koperazzjoni Ekonomika OECD DAC Kumitat ta' l-Assistenza għall-Iżvilupp ta' l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp u l-Koperazzjoni Ekonomika oQSG Uffiċċju tal-Grupp għas-Sostenn tal-Kwalità (oQSG) PEP Sħubija tal-Faqar u l-Ambjent PRSP Dokumenti ta' l-Istrateġija għat-Tnaqqis tal-Faqar SEA Evalwazzjoni Ambjentali Strateġika UNDP Programm ta' l-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti UNEP Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti WSSD Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli WWF Il-Fond Dinji għall-Ħajja Selvaġġa
SOMMARJU
|
I. |
Il-protezzjoni ta' l-ambjent hija parti primarja fil-promozzjoni ta' l-iżvilupp sostenibbli. It-Trattat jeħtieġ li l-protezzjoni ambjentali tkun integrata fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u ta' l-attivitajiet kollha tal-Komunità, inkluża l-għajnuna esterna tal-Komunità. B'mod aktar ġenerali, l-ambjent qed jidher bħala punt prinċipali fuq l-aġenda internazzjonali għall-iżvilupp, u s-sostenibiltà ambjentali hija waħda mill-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju (ara l-paragrafi 1 sa 3). |
|
II. |
Għaldaqstant, fl-2005, il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri wettqet verifika dwar il-ġestjoni tal-Kummissjoni ta' l-aspetti ambjentali ta' l-għajnuna tagħha għall-iżvilupp. Il-verifika eżaminat jekk il-Kummissjoni kellhiex strateġija kompresiva biex tindirizza l-aspetti ambjentali tal-koperazzjoni tagħha fl-iżvilupp, jekk kinitx għamlet arrangamenti tal-ġestjoni xierqa biex timplimenta l-istrateġija, il-punt sa fejn l-ambjent kien ġie integrat fil-programmi u l-proġetti ta' żvilupp tal-Kummissjoni, u x'kienu r-riżultati tal-proġetti ambjentali tal-Kummissjoni. Barra li evalwat is-sistemi tal-Kummissjoni fil-kwariteri ġenerali u delegazzjonijiet tagħha, ivverifikat ukoll 65 proġett ambjentali (valur totali: 560 miljun EUR) u 43 programm u proġetti mhux ambjentali (valur totali: 1 073 miljun EUR) f'sittax-il pajjiż (ara l-paragrafi 4 sa 7). |
|
III. |
Il-Kummissjoni għandha bżonn tistabbilixxi strateġija komprensiva ċara għall-aspetti ambjentali ta' l-għajnuna tagħha għall-iżvilupp. Filwaqt li sa mill-2001 kien hemm strateġija dwar il-bżonn li jiġi integrat l-ambjent fil-koperazzjoni fl-iżvilupp, l-approċċ tal-finanzjament tal-programmi u proġetti fis-settur ta' l-ambjent u tar-riżorsi naturali għadu ma ġiex indirizzat b'mod ċar. Il-politika l-ġdida dwar l-iżvilupp iffirmata f'Diċembru 2005 tipprovdi bażi tajba biex tkun stabbilita strateġija komprensiva (ara l-paragrafi 9 sa 12). Il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni biex timplimenta l-istrateġija tagħha ta' integrazzjoni ma kienx segwit u koordinat b'mod sistematiku mit-tliet Direttorati Ġenerali primarjament ikkonċernati. Riżultat ta' dan, il-miżuri ppjanati ġew ġeneralment implimentati wara xi dewmien jew ma ġewx implimentati (ara l-paragrafi 15 sa 17). Il-Kummissjoni ma wettqitx evalwazzjoni xierqa ta' l-implikazzjonijiet għall-ħtiġijiet tal-persunal ta' l-istrateġija tagħha ta' integrazzjoni. Il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-Environmental Helpdesk ġestit b'esperti esterni biex jipprovdu għajnuna lill-persunal tal-Kummissjoni, iżda minn nofs l-2002 sa nofs l-2004 il-Helpdesk ma kienx qed jopera. Il-manwal ta' integrazzjoni ambjentali, li kellu jkun introdott fl-2003, sa l-aħħar ta' l-2005 ma kienx għadu kkompletat, għalkemm dan il-manwal kien importanti kemm biex jiddefinixxi l-proċeduri ta' integrazzjoni biex ikunu segwiti mill-persunal tal-Kummissjoni kif ukoll bħala sors prinċipali ta' taħriġ. Korsijiet ta' taħriġ ma kinux obbligatorji għall-uffiċjali prinċipali, għalkemm dan kien mistenni, u bosta drabi l-attendenza kienet fqira (ara l-paragrafi 18 sa 23). Hemm bżonn li s-sistemi ta' rappurtar, monitoraġġ u evalwazzjoni ta' l-aspetti ambjentali tal-koperazzjoni fl-iżvilupp tal-Kummissjoni jkunu msaħħa biex ikun possibbli li l-prestazzjoni tagħha f'dan il-qasam tkun evalwata aħjar (ara l-paragrafi 24 sa 28). |
|
IV. |
Mill-2001 'l hawn il-Kummissjoni għamlet biss progress limitat fl-integrazzjoni ta' l-ambjent fil-koperazzjoni tagħha fl-iżvilupp. Id-Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż (CSPs) preparati mill-Kummissjoni flimkien mal-pajjiżi benefiċjarji li jinkludu l-għajnuna mogħtija mill-Kummissjoni lill-pajjiżi benefiċjarji għall-perijodu 2001 sa l-2006 ma kkunsidrawx biżżejjed il-kwistjonijiet ambjentali. Waqt il-preparazzjoni tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' CSPs (2007 sa 2013), il-Kummissjoni qed tieħu approċċ aktar sistematiku biex tanalizza kwistjonijiet ambjentali f'pajjiżi benefiċjarji permezz tat-twaqqif ta' Profili ta' l-Ambjent tal-Pajjiż (CEPs), għalkemm għadu kmieni wisq biex ikun evalwat kemm din l-analiżi ha tinfluwenza s-CSPs innifishom (ara l-paragrafi 29 sa 35). Minkejja li l-għajnuna baġitarja bħala forma ta' għajnuna għall-iżvilupp qiegħda tiżdied fl-importanza, il-Kummissjoni għamlet ftit wisq biex tintegra l-ambjent f'dan il-qasam (ara l-paragrafi 36 sa 38). Ma kien hemm l-ebda sistema konsistenti għal evalwazzjoni ambjentali dettaljata ta' proġetti ġodda. Il-Kummissjoni m'għandha ebda inventarju ta' l-Evalwazzjonijiet ta' l-Impatt Ambjentali (EIA) li saru fuq proġetti ta' żvilupp u nstabet evidenza li dawn ma kinux dejjem imwettqa fejn suppost kellhom jitwettqu. Hemm ukoll bżonn li jiġu stabbiliti proċeduri biex jassiguraw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' l-EIA (ara l-paragrafi 39 sa 46). |
|
V. |
Kważi l-proġetti ta' l-ambjent kollha eżaminati kienu rilevanti għall-bżonnijiet tal-pajjiż benefiċjarju, u sikwit indirizzaw ukoll il-bżonnijiet ta' konservazzjoni globali, partikolarment b'relazzjoni mal-konservazzjoni tal-foresti u bijodiversità. Il-prodotti finali u r-riżultati frekwentement ma laħqux l-objettivi. Barra dan, l-approċċ tal-proġett għandu diffikultajiet inerenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-kisba ta' impatti sinifikanti u biex jiżgura l-vijabilità finanzjarja (ara l-paragrafi 47 sa 56). Fatturi prinċipali li influwenzaw l-effettività ta' proġett kienu d-disinn ta' proġett ambizzjuż iżżejjed, dewmien fil-preparazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' proġett, progress limitat fil-bini tal-kapaċità istituzzjonali, diffikultajiet biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet ta' komunitajiet lokali għall-iżvilupp filwaqt li jintlaħqu l-objettivi ta' konservazzjoni, impatt insuffiċjenti tal-proġetti fuq il-politika u l-qafas legali, u miri mhux realistiċi ffissati għas-sostenibiltà finanzjarja wara t-tmien ta' l-għoti tal-fondi (ara l-paragrafi 57 sa 81). |
|
VI. |
Rakkomandazzjonijiet dettaljati dwar it-twaqqif ta' strateġija ambjentali komprensiva u s-segwitu ta' l-implimentazzjoni kif ukoll il-mod li bih kemm l-integrazzjoni ambjentali u l-proġetti ambjentali jsiru aktar effettivi huma stabbiliti fil-paragrafi 88 sa 101. |
INTRODUZZJONI
Sfond
|
1. |
Sa mill-Konferenza ta' l-1972 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent tal-Bniedem ġewwa Stokkolma l-kwistjoni ta' l-ambjent u kif jiġi assigurat li l-iżvilupp huwa sostenibbli saret suġġett ta' interess internazzjonali. Il-Konferenza ta' l-1992 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp ġewwa Rio de Janeiro qajmet aktar il-profil ta' l-ambjent u ta' l-iżvilupp sostenibbli, u wasslet għal tliet Ftehim Ambjentali Multilaterali (MEAs): il-Konvenzjoni dwar il-Bidla tal-Klima, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, u l-Konvenzjoni kontra d-deżertifikazzjoni. Għalkemm fit-tieni nofs tas-snin disgħin l-aġenda ta' l-iżvilupp reġgħat iffukat sa ċertu punt fuq il-kwistjonijiet tat-tnaqqis tal-faqar, is-sostenibiltà ambjentali kienet magħżula bħala waħda mit-tmien Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju (MDG) stabbiliti fis-Summit tal-Millennju tan-NU fl-2000. Is-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli ta' l-2002 (WSSD) ġewwa Johannesburg fittex li jindirizza kemm il-kwistjonijiet tal-faqar kif ukoll ta' l-ambjent. |
|
2. |
Bażikament hemm żewġ tipi ta' interventi li permezz tagħhom il-komunità tad-donaturi ppruvat tindirizza l-aspetti ambjentali tal-koperazzjoni fl-iżvilupp:
|
|
3. |
L-attenzjoni tal-Kummissjoni biex tintegra l-ambjent fil-kuntest ta' l-iżvilupp m'għandiex tkun interpretata biss fil-kuntest ta' għarfien akbar ta' l-importanza ta' dan l-approċċ mid-donaturi iżda wkoll fil-kuntest ta' qafas legali u politiku aktar wiesa' ta' l-Unjoni Ewropea. Għalhekk Artikolu 6 tat-Trattat li stabilixxa l-Komunità Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam ta' l-1997, jistipula li: Il-provvedimenti tal-protezzjoni ambjentali għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Komunità …, b'mod partikolari bi ħsieb biex jippromovu l-iżvilupp sostenibbli. F'Ġunju ta' l-1998, il-Kunsill Ewropew ta' Kardiff enfasizza l-importanza li tiġi integrata l-protezzjoni ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli fl-oqsma prinċipali tal-politika, inkluża l-għajnuna għall-iżvilupp, ġestita mill-Kummissjoni u stidnitha biex tressaq strateġiji xierqa. Fl-2000 il-politika ta' l-Iżvilupp tal-Komunità Ewropea ġiet adottata li kienet tinkludi l-ambjent bħala kwistjoni transversali. Il-kunsens dwar il-politika ta' l-iżvilupp maqbul bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew f'Diċembru 2005 mhux biss żamm l-ambjent bħala kwistjoni transversali imma wkoll għamel l-ambjent u r-riżorsi naturali wieħed mid-disa'setturi ta' prijorità għall-għoti ta' fondi. |
L-iskop u l-approċċ tal-verifika
|
4. |
Bi ħsieb ta' l-irwol prinċipali ta' l-ambjent bħala wieħed mit-tliet pilastri ta' l-iżvilupp sostenibbli u ta' l-importanza tiegħu bħala wieħed mill-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju (MDGs), fl-2005 l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri wettqet verifika tal-ġestjoni tal-Kummissjoni ta' l-aspetti ambjentali tal-koperazzjoni tagħha fl-iżvilupp mal-pajjiżi ta' l-Asja u l-Amerika Latina li qed jiżviluppaw, il-pajjiżi tal-Mediterran tan-nofsinhar u l-grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku. B'mod aktar speċifiku, il-verifika ffukat fuq il-mistoqsijiet prinċipali segwenti (1):
|
|
5. |
L-ambjent mhux terminu faċli li jiġi definit. Għall-għan ta' din il-verifika, l-ambjent kien miftiehem l-ewwel nett skond is-sens relattivament ristrett definit mill-Kumitat ta' l-Assistenza għall-Iżvilupp (DAC) ta' l-OECD għall-iskopijiet ta' klassifikazzjoni ta' proġett (ara Anness I). Ma' dan, il-verifika kkunsidrat ukoll is-setturi tar-riżorsi naturali (foresti, ilma, sajd) u ffukat fuq wieħed minn dawn l-oqsma, jiġifieri l-foresti (2). L-impenji għall-programmi u l-proġetti f'dawn l-oqsma fl-2003 u fl-2004 qegħdin f'Tabella hawn taħt: Tabella Impenji Baġitarji għas-Settur ta' l-Ambjent u r-Riżorsi Naturali 2003-2004
|
|||||||||||||||||||||
|
6. |
Twettaq xogħol fil-Kwartieri Ġenerali tal-Kummissjoni, b'mod partikolari fl-Uffiċċju Ewropew tal-Koperazzjoni ta' l-Għajnuna (EuropeAid), fid-Direttorat Ġenerali ta' l-Iżvilupp (DĠ DEV), fid-Direttorat Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni (DĠ Relex) u wkoll fid-Direttorat Ġenerali ta' l-Ambjent (DĠ ENV), sabiex jiġu identifikati u evalwati s-sistemi mwaqqfa biex iġestu l-aspetti ambjentali tal-koperazzjoni fl-iżvilupp. Twettqu missjonijiet fuq il-post fil-Botswana, fil-Brażil, fir-reġjun ta' l-Amerika Ċentrali, fiċ-Ċina, fil-Kongo, f'Gabon, fl-Indoneżja, f'Mali, f'Mauritius, fil-Marokk, fir-reġjun Paċifiku u fit-Tanżanija. Matul dawn il-missjonijiet il-Qorti vverifikat 65 proġett ta' l-ambjent li jirrappreżentaw impenji ta' 560 miljun euro matul il-perijodu 1995-2005 biex tevalwa l-effettività tagħhom. Ma' dan, hija eżaminat 43 programm u proġetti oħra ta' l-iżvilupp (total ta' impenji: 1 073 miljun euro) fejn is-sostenn għall-ambjent ma kienx l-objettiv primarju, sabiex tevalwa kemm l-aspetti ambjentali kienu ġew integrati tajjeb f'dawn l-interventi. |
|
7. |
Laqgħat saru wkoll mal-Bank Dinji, il-Programm ta' l-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP), id-Dipartiment Brittanniku għall-Iżvilupp Internazzjonali (DFID), u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp u l-Koperazzjoni Ekonomika (OECD). Dan ippermetta li jsir paragun ma' l-approċċ tal-Kummissjoni fil-ġestjoni ta' aspetti ambjentali tal-koperazzjoni tagħha fl-iżvilupp. Barra dan, saru laqgħat ma' żewġ NGOs prominenti fil-qasam ta' l-ambjent, il-WWF (Uffiċċju tal-Politika Ewropea) u l-Istitut Internazzjonali għall-Iżvilupp u l-Ambjent. |
L-ISTRATEĠIJA TAL-KUMMISSJONI GĦALL-ASPETTI AMBJENTALI TA' L-GĦAJNUNA TAGĦHA GĦALL-IŻVILUPP
Introduzzjoni
|
8. |
Il-verifika ppruvat tistabilixxi:
|
Bżonn ta' strateġija ambjentali ċara u komprensiva
|
9. |
Il-protezzjoni ambjentali hija waħda mit-tliet pilastri ta' l-iżvilupp sostenibbli (3). Bħala tali hija għandha tkun komponent essenzjali ta' l-għanijiet ta' l-iżvilupp (4). Il-politika dwar l-iżvilupp tal-Komunità Ewropea adottata f'Novembru 2000, li bħala l-għan l-aktar importanti kellha t-tnaqqis tal-faqar, fittxet li tindirizza l-ambjent billi titrattaħ bħala wieħed mill-bosta “kwistjonijiet orizzontali” li għandhom jiġu integrati fil-programmi u l-proġetti kollha ta' l-iżvilupp. Madanakollu, ma nkluditx l-ambjent bħala wieħed mis-sitt oqsma ta' prijorità li fuqhom kien ser ikun ikkonċentrat il-finanzjament ta' programmi u proġetti ta' għajnuna.
Kaxxa 1Id-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Novembru 2000 dwar il-politika ta' żvilupp tal-KEL-għan l-aktar importanti: it-tnaqqis tal-faqarOqsma ta' prijorità tal-koperazzjoni:
1) Kummerċ u żvilupp 2) Integrazzjoni u koperazzjoni reġjonali 3) Għajnuna għall-politiki makro-ekonomiċi u promozzjoni ta' aċċess ġust għas-servizzi soċjali 4) Trasport 5) Sigurtà ta' l-ikel u żvilupp rurali sostenibbli 6) Il-bini tal-kapaċità istituzzjonali |
|
10. |
Il-politika dwar l-iżvilupp, billi segwiet approċċ li ffoka prinċipalment fuq l-integrazzjoni ta' l-ambjent, ma kkunsidrax suffiċjentement il-fatt li l-qafas eżistenti ta' koperazzjoni reġjonali ma' l-Istati ACP (5), l-Asja u l-Amerika Latina (ALA) (6) u r-reġjun tal-Mediterran (MEDA) (7) ipprovda l-possibiltà ta' finanzjament sinifikanti għal programmi u proġetti fl-ambjent u fis-settur aktar wiesa' tar-riżorsi naturali. Tassew, linji ta' baġit għall-għajnuna finanzjarja u teknika lill-ALA u r-reġjuni MEDA warrbu 10 fil-mija tar-riżorsi finanzjarji għall-ambjent u riżorsi naturali. Fl-istess ħin, għalkemm fil-politika dwar l-iżvilupp m'hemmx referenza għalih, regolament speċifiku dwar il-konservazzjoni u l-immaniġġjar tal-foresti stipula li somma ta' 249 miljun euro ser tkun allokata għal dan il-għan matul il-perijodu 2000-2006 (8). |
|
11. |
In-nuqqas ta' koerenza sħiħa bejn l-approċċ tal-politika dwar l-iżvilupp lejn l-ambjent min-naħa u l-approċċ mistenni fil-qafas legali għall-koperazzjoni fl-iżvilupp min-naħa l-oħra wriet il-bżonn ta' strateġija totali komprensiva dwar l-aspetti ambjentali tal-koperazzjoni fl-iżvilupp. Id-dokument ta' strateġija ġenerali mtella' mill-Kummissjoni dwar l-aspetti ambjentali tagħha tal-koperazzjoni fl-iżvilupp huwa d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-Integrazzjoni ta' l-Ambjent fil-Koperazzjoni Ekonomika u ta' l-Iżvilupp tal-KE — Strateġija Komprensiva, t'April 2001. Dan id-dokument enfasizza l-importanza ta' l-ambjent għall-iżvilupp sostenibbli, jagħti l-punti prinċipali kif dan jista' jkun integrat fil-politika ta' l-iżvilupp ġenerali tal-KE, u jidentifika l-azzjonijiet li jridu jittieħdu biex tiġi implimentata l-istrateġija. Madanakollu, ma jirrappreżentax strateġija ambjentali komprensiva tat-tip adottata minn varji donaturi oħra li tindirizza b'mod ċar mhux biss l-integrazzjoni ambjentali imma wkoll il-finanzjament ta' programmi u proġetti ambjentali. Uħud mill-kwistjonijiet prinċipali li tali strateġija tista tkun mistennija li tindirizza huma stabbiliti f'Kaxxa 2. Kaxxa 2Eżempji ta' kwistjonijiet strateġiċi relatati mal-finanzjament tal-programmi u proġetti ta' l-ambjentX'inhuma l-għanijiet u l-oqsma ta' prijorità tal-Kummissjoni biex tiffinanzja programmi u proġetti ta' l-ambjent, b'konsiderazzjoni għall-punti ta' saħħa u n-nuqqasijiet tagħha u r-rwol ta' donaturi oħra?Fejn il-Kummissjoni tipprovdi finanzjament għal programm jew proġett speċifiku, f'liema każi għandha ġġesti l-proġett hija stess, u f'liema ċirkustanzi jistgħu donaturi oħra iġestu l-proġett aħjar?X'inhuma l-vantaġġi komparattivi ta' l-istrumenti differenti disponibbli għall-Kummissjoni għall-interventi finanzjarji fis-settur ambjentali (proġetti “kbar”, proġetti “żgħar”, programmi ta' għajnuna għall-politika tas-settur, fondi fiduċjarji eċċ)?X'għandha tkun il-konnessjoni bejn proġetti ffinanzjati permezz ta' għajnuna bilaterali u permezz tal-linja ta' Baġit għall-Ambjent u l-Foresti Tropikali?X'inhuma l-implikazzjonijiet finanzjari ta' l-impenji tal-Kummissjoni taħt l-MEAs, per eżempju b'relazzjoni mal-bini ta' l-istituzzjoni fil-pajjiżi benefiċjarji?Sa liema punt u b'liema manjieri l-Kummissjoni ser tindirizza l-kwistjoni tal-finanzjament tal-prodotti globali pubbliċi?X'inhuma l-għanijiet u l-prijoritajiet ta' finanzjament fuq livell reġjonali? |
|
12. |
F'Diċembru 2005 Politika dwar l-Iżvilupp tal-KE ġdida (Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp) ġiet iffirmata. Il-politika l-ġdida tfittex li tindirizza l-aspetti ambjentali ta' l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Kummissjoni mhux biss permezz ta' l-integrazzjoni ambjentali imma wkoll billi tagħmel ir-riżorsi ambjentali u naturali wieħed mid-disa' setturi ta' prijorità għall-finanzjament. Waqt li proponiet dan l-approċċ ġdid il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-politika ta' qabel kienet isserraħ wisq fuq l-integrazzjoni biex tiżgura li l-aspetti ambjentali tal-koperazzjoni fl-iżvilupp tal-Kummissjoni jkunu indirizzati (9). |
|
13. |
Madanakollu, waqt li l-politika turi biċ-ċar l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex iżżid il-prijorità li hija torbot mal-finanzjament ta' programmi u proġetti ambjentali, jibqa' l-bżonn li l-politika ssir operazzjonali billi tiġi stabbilita strateġija ċara. B'mod partikolari, flimkien mal-kwistjonijiet indirizzati f'Kaxxa 2, l-istrateġija għandha tindirizza l-punt dwar kif il-Kummissjoni ser tfittex li tiżgura li din il-prijorità tal-politika tiġi tradotta b'mod reali fil-programmi u l-proġetti ambjentali fid-Dokumenti ta' Strateġija ta' Pajjiż. Din il-konsiderazzjoni hija importanti peress li dan is-settur huwa biss wieħed mid-disa' oqsma ta' prijorità u pajjiżi benefiċjarji huma mitluba li jikkonċentraw il-finanzjament irċevut biss fuq wieħed jew tnejn setturi ta' ffukar. Minħabba li f'bosta mill-pajjiżi benefiċjarji l-ambjent m'huwiex l-akbar prijorità, hemm riskju li dawn jallokaw relattivament ftit fondi għas-settur ta' l-ambjent u r-riżorsi naturali minkejja l-enfasi ġdida fil-politika ta' l-iżvilupp tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament ta' programmi u proġetti ambjentali. |
Arranġamenti xierqa fit-tmexxija għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija għall-integrazzjoni ta' l-ambjent tal-Kummissjoni u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tagħha ta' l-għajnuna fl-iżvilupp għadhom iridu jsiru
|
14. |
Minħabba l-fatt li d-dokument ta' strateġija prinċipali dwar l-aspetti tal-koperazzjoni fl-iżvilupp jiffoka fuq l-integrazzjoni, din il-parti tindirizza partikolarment l-arranġamenti tal-ġestjoni mwaqqfa biex tkun segwita din l-istrateġija. Din il-parti tevalwa wkoll il-passi li ttieħdu mill-Kummissjoni biex tevalwa l-prestazzjoni ambjentali ta' l-għajnuna tagħha b'mod ġenerali, kemm fit-termini ta' l-integrazzjoni kif ukoll fil-proġetti ambjentali ffinanzjati. |
Mekkaniżmu għall-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' l-integrazzjoni ambjentali
|
15. |
L-implimentazzjoni ta' strateġiji biex jintegraw l-ambjent f'koperazzjoni għall-iżvilupp qed tkun sfida kbira mhux biss għall-Kummissjoni iżda għal donaturi oħra wkoll. Fil-Kummissjoni l-fatt li responsabbiltajiet għall-għajnuna esterna huma mifruxa fuq tliet Direttorati-Ġenerali (Direttorat Ġenerali ta' l-Iżvilupp, Direttorat Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni, Uffiċċju Ewropew tal-Koperazzjoni ta' l-Għajnuna) jagħmel ix-xogħol aktar diffiċli. |
|
16. |
Bi ħsieb biex tiżgura implimentazzjoni effettiva u tiffaċilita l-kordinazzjoni, il-Kummissjoni waqqfet Qafas Operazzjonali għal Aktar Integrazzjoni bħala Anness għad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tagħha dwar l-integrazzjoni Ambjentali. Dan il-qafas jistabbilixxi l-għanijiet, tipi ta' attivitajiet, dati tal-kompletazzjoni u Direttorati Ġenerali involuti. Madanakollu, ebda grupp ta' tmexxija ta' bejn is-servizzi ma ġie stabbilit biex jiżgura segwitu sistematiku ġenerali tal-qafas ta' implimentazzjoni. Sa ċertu punt minħabba din ir-raġuni il-progress fuq attivitajiet differenti identifikati fil-qafas varja ħafna, skond il-qasam konċernat, iżda kważi dejjem ġie mdewwem jew ma ġiex implimentat. |
|
17. |
Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal jinnota li sabiex il-proċess ta' integrazzjoni jkun gwidat huwa meħtieġ li tkun żviluppata ġabra ta' kriterji għall-prestazzjoni li jistgħu jkejlu l-progress tiegħu. Madanakollu, ma kienu stabbiliti ebda tali kriterji, lanqas ma kien hemm ebda rappurtar ġenerali intern jew estern dwar l-istat ta' implimentazzjoni tal-qafas. |
Il-bini tal-kapaċità tal-Kummissjoni biex timplimenta l-istrateġija ta' integrazzjoni ambjentali
|
18. |
Il-punt dwar jekk il-Kummissjoni għandhiex biżżejjed persunal biex timplimeta l-istrateġija għall-integrazzjoni ambjentali ma kienx suġġett għal analiżi adegwata mill-Kummissjoni. Fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tagħha dwar l-integrazzjoni ambjentali, il-Kummissjoni nnutat biss il-bżonn li jiżdiedu n-numru ta' ġeneralisti ambjentali u d-dispożizzjoni ta' speċjalisti għal perijodi qosra ta' żmien. Il-Kummissjoni ma ħaditx biżżejjed passi biex tindirizza dawn il-bżonnijiet minkejja l-fatt li konklużjoni 4.3 tal-Kunsill Ewropew ta' Goeteborg qal li: il-kapaċità tas-servizzi tal-Kummissjoni meħtieġa għall-integrazzjoni ambjentali effettiva, kemm fi Brussell u fid-delegazzjonijiet, għandha tkun żgurata permezz ta' allokazzjoni xierqa ta' riżorsi umani kif ukoll taħriġ, qsim ta' tagħrif u użu tajjeb tal-feedback. |
|
19. |
L-approċċ tal-Kummissjoni biex tibni l-kapaċità ffoka fuq taħriġ u għajnuna lill-persunal eżistenti fuq l-integrazzjoni ta' l-ambjent. L-għodda biex isir dan kienet:
Minħabba n-nuqqas ta' kompetenza interna, il-Kummissjoni kkuntrattat esperti ambjentali biex jwettqu dan ix-xogħol. Madanakollu, sabet diffikultà fl-implimentazzjoni ta' kull wieħed minn dawn l-oqsma. |
|
20. |
Waqt li helpdesk ta' l-ambjent kien jaħdem bejn l-1999-2002, wara li ntemm il-kuntratt helpdesk ġdid, magħmul minn tliet esperti ambjentali, ma ġiex ikkuntrattat qabel l-2004. F'sitwazzjoni fejn il-Kummissjoni kienet isserraħ ħafna fuq kapaċità esterna, dan il-vojt ta' sentejn dewwem ħafna l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija ta' integrazzjoni tal-Kummissjoni, minħabba li l-helpdesk ma jipprovdix biss pariri iżda kien wkoll responsabbli għall-manwal u t-taħriġ. |
|
21. |
L-istrateġija ta' integrazzjoni kienet tinkludi t-twaqqif ta' manwal ta' integrazzjoni ambjentali sa l-2003. Għalkemm il-preparazzjoni bdiet oriġinarjament fl-1998, fl-aħħar ta' l-2005 kien għadu mhux komplut (ara Kaxxa 3 għad-dettalji). Kaxxa 3Manwal għall-integrazzjoni ta' l-ambjentFl-1998 il-Kummissjoni kkuntrattat kumpanija ta' konsulenza għal 12-il xahar iżda l-manwal li finalment kien prodott fl-2001 kien ikkunsidrat bħala inadegwat u ma kienx approvat formalment. Riżultat ta' dan il-manwal baqa' biss bħala abbozz. L-ewwel nett il-manwal ma tantx ġie wżat minħabba li kien fi stat ta' abbozz, it-tieni nett minħabba li kien twil wisq, u t-tielet minħabba li xi membri tal-persunal lanqas biss kienu jafu bl-eżistenza tiegħu. Minħabba l-kumplessità tax-xogħol, il-prijorità aktar għolja mogħtija mill-Kummissjoni biex jiġi mtella' programm ta' taħriġ u bidliet frekwenti fil-persunal tal-Kummissjoni li kien qed iġesti l-kuntratt, il-manwal revedut sa l-aħħar ta' l-2005 kien għadu ma tlestiex. |
|
22. |
L-istrateġija ta' integrazzjoni bassret li kull uffiċjal f'oqsma politiċi prinċipali jew b'responsabbiltà ġeografika fil-kwartieri ġenerali u Delegazzjonijiet ikun lesta t-taħriġ sa l-aħħar ta' l-2004. Fil-fatt il-korsijiet ta' taħriġ bdew biss f'Novembru ta' l-2004 u ma kinux obligatorji. Kien pjanat ukoll li t-taħriġ jagħmel użu mill-manwal il-ġdid iżda dan ma kienx possibbli (ara l-paragrafu 21). L-attendenza għall-korsijiet fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni kienet fqira. Għalkemm il-livelli ta' attendenza ġenerali kienu aħjar għat-taħriġ fid-Delegazjonijiet, in-numru tal-persunal tal-Kummissjoni li jattendu għadu limitat (ara Kaxxa 4). Kaxxa 4Taħriġ ta' l-integrazzjoni ambjentaliGħall-korsijiet fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni, in-numru medju ta' parteċipanti għall-kull modulu kien ta' tmienja, meta mqabbel ma' dak pjanat ta' ħmistax. Bosta sessjonijiet kellhom ikunu kanċellati minħabba nuqqas ta' parteċipanti. 37 membru tal-persunal tad-DĠ Relax attendew kors ta' taħriġ ta' nofs ġurnata dwar l-integrazzjoni ambjentali fl-istadju ta' programmazzjoni, iżda 9 membri tal-persunal biss attendew il-modulu sħiħ ta' taħriġ ta' jumejn dwar dan is-suġġett, għalkemm l-2005 kienet is-sena prinċipali għad-DĠ Relex biex jipprepara s-CSPs għall-2007-2013. Għad-Delegazzjonijiet, il-baġit għat-taħriġ allokat kien biss suffiċjenti għall-korsijiet li kellhom isiru f'20 Delegazzjoni (b'attendenza mill-persunal tad-Delegazzjoni u l-persunal mill-organizzazzjonijiet fil-pajjiżi benefiċjarji). Għal ħafna mid-Delegazzjonijiet fl-Asja, l-Amerika Latina u l-Mediterran it-taħriġ twettaq tard wisq biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minnu meta jippreparaw is-CSPs il-ġodda. |
|
23. |
Inizjattiva minnhom li kellha l-potenzjal biex tkompli tibni l-kapaċità interna tal-Kummissjoni biex iġġesti l-aspetti ambjentali tal-koperazzjoni fl-iżvilupp kienet it-twaqqif ta' environmental focal point network. In-network kien intiż biex jidentifika u jgħaqqad flimkien uffiċjal minn kull unità biex jaħdmu fuq kif l-aħjar jikkunisidraw il-punti ambjentali fl-iżvilupp ta' proġetti u jikkontribwixxu biex tkun imxerrda l-aħjar prattika. Madanakollu, waqt li n-network iltaqa erba' darbiet sa Mejju 2004, l-ebda laqgħat ma saru minn dak in-nhar. Il-parti l-kbira tan-network kien ukoll iċċentrat fuq uffiċjali fil-EuropeAid u ma kienx jinkorpora suffiċjentement servizzi oħra tal-Kummissjoni, b'mod partikolari d-Delegazzjonijiet. Għalhekk, s'issa n-network ftit ta kontribut biex tinbena l-kapaċità interna. |
Sistemi biex jevalwaw il-prestazzjoni ambjentali ta' l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Kummissjoni
|
24. |
Il-Kummissjoni wkoll twettaq evalwazzjonijiet, kemm fuq il-livell tar-regolamenti kif ukoll tas-setturi, li huma organizzati mill-Unità ta' Evalwazzjoni tal-EuropeAid, u ta' proġetti individwali, li huma organizzati mid-Delegazzjonijiet tagħha. Il-qafas operazzjonali tal-Kummissjoni (ara l-paragrafu 16) ħtieġ l-evalwazzjoni indipendenti tal-prestazzjoni ambjentali ta' l-għajnuna tal-KE fil-perijodu 1996-2000, bħala parti mill-proċess regolari ta' evalwazzjoni għall-prestazzjoni ambjentali. Dan seta' ġie wżat biex jistabbilixxi linja ta' bażi ta' dejta u jeżamina l-indikaturi tal-prestazzjoni (ara l-paragrafu 17). Ma' dan, huwa seta' jiġbor esperjenzi ta' interventi preċedenti u dawn setgħu jiġu wżati bħala kontribuzzjonijiet biex tiġi żviluppata strateġija komprensiva għall-ambjent (ara l-paragrafu 11). Madanakollu, l-evalwazzjoni, li kienet pjanata li titlesta sa nofs l-2002, għadha ma seħħitx (10). |
|
25. |
Fuq il-livell ta' proġetti ambjentali individwali l-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni m'għandhom l-ebda sistema biex jiksbu u jistmaw ir-riżultati ta' l-evalwazzjonijiet organizzati mid-delagazzjonijiet tal-Kummissjoni. Konsegwentement, m'hemmx proċeduri biex ikunu mxerrda l-esperjenzi u l-aħjar prattiċi ta' proġetti ta' evalwazzjoni li tlestew. Bl-istess mod m'hemm l-ebda sistema stabbilità biex tikseb u tistma informazzjoni dwar l-impatt ambjentali ta' proġetti mhux ambjentali. |
|
26. |
Sa mill-2001 il-Kummissjoni kellha sistema stabbilità biex tikkontrolla proġetti ta' żvilupp fis-seħħ imsemmija s-sistema ta' kontroll orjentata lejn ir-riżultati. Is-sistema titlob li l-proġetti kollha l-fuq minn miljun euro jkunu miżjura approssimattivament kull 12-il xahar minn kontrolluri ta' kumpaniji ta' konsulenza kkuntrattati mill-Kummissjoni għal dan il-għan. Il-kontrolluri jistmaw kull proġett u jagħtu marka bbażata fuq grupp ta' ħames kriterji: rilevanza, effiċjenza, effettività, impatt u sostenibiltà u sub-kriterji relatati nkluża s-sostenibiltà. Minkejja dan, is-sejbiet kwantitattivi u kwalitattivi ta' dawn ir-rapporti m'humiex analizzati sistematikament mill-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni biex jevalwaw il-prestazzjoni ġenerali ta' proġetti ta' l-ambjent u l-grad sa fejn l-ambjent ġie integrat fi proġetti oħra ta' żvilupp. |
|
27. |
Il-Kummissjoni tuża sistema ta' kontroll u rappurtar finanzjarju OECD DAC li mhix adegwata minħabba li tħalli l-identifikazzjoni ta' proġetti li fihom saret nefqa relatata ma' l-ambjent iżda mhux l-ammont ta' dik in-nefqa. Is-sistema ta' kodiċi wżata mill-Bank Dinji jindirizza din il-kwistjoni (11). Barra dan, użu inkonsistenti mill-Kummissjoni ta' sistema ta' mmarkar stabbilita biex tidentifika n-nefqa magħmula fil-kuntest ta' l-MEAs fissret li ma kinitx kapaċi tilħaq akkuratament l-obbligazzjonijiet ta' rappurtar tagħha taħt l-MEAs. |
EVALWAZZJONI TA' L-EFFETTIVITÀ TA' L-INTEGRAZZJONI AMBJENTALI TAL-KUMMISSJONI
Introduzzjoni
|
28. |
Din il-parti tar-rapport tevalwa kemm il-Kummissjoni integrat b'mod effettiv l-ambjent fil-koperazzjoni tagħha fl-iżvilupp. L-evalwazzjoni seħħet fuq tliet tipi differenti ta' interventi tal-Kummissjoni:
|
Fl-2005 sar progress fl-iżvilupp ta' analiżi ambjentali ta' pajjiż għad-Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż ġodda għalkemm l-impatt tiegħu għadu ma jistax ikun evalwat
|
29. |
Il-Kummissjoni preparat Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż (CSPs) għall-ewwel darba fl-2001 u fl-2002 għal kull wieħed mill-pajjiżi u r-reġjuni fejn tagħti għajnuna ta' l-iżvilupp sabiex tiddetermina liema forma ta' għajnuna mill-Kummissjoni għandha tkun mogħtija matul il-perijodu 2006-2007. Fil-prinċipju, is-CSPs kellhom jikkunsidraw il-prijoritajiet għall-iżvilupp ta' kull pajjiż, sabiex jiżguraw ir-responsabbiltà tal-pajjiż, kif ukoll il-politiki tal-Kummissjoni innifisha. L-istrateġija tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-aspetti ambjentali ta' l-għajnuna tagħha għall-iżvilupp, kif jidhru kemm fil-Politika dwar l-Iżvilupp ta' l-2000 tagħha u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar is-suġġett, iffukaw fuq l-integrazzjoni ta' l-ambjent fl-oqsma kollha tal-koperazzjoni fl-iżvilupp. Għalhekk kien essenzjali li l-ambjent ikun integrat fid-Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż (CSPs) jekk l-istrateġija ġenerali kellha tkun effettiva. |
|
30. |
Fil-fatt, reviżjonijiet ta' l-ewwel ġenerazzjoni ta' CSPs (2001-2007) mill-Qorti waqt il-verifika u wkoll mis-servizzi tal-Kummissjoni stess urew li l-ambjent ma kienx integrat suffiċjentement ġo fihom. L-analiżi ta' kwistjonijiet ambjentali fis-CSPs kienet ġeneralment batuta u l-istrateġiji ta' risposta tal-Kummissjoni ma kinux jindirizzaw b'mod xieraq konsiderazzjonijiet ambjentali f'oqsma ta' prijorità li kellhom jiġu ffinanzjati. F'kampjun ta' 60 CSP, l-ebda wieħed minnhom ma semma' l-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millenju (MDGs) fuq is-sostenibiltà ambjentali u approssimattivament kwart minnhom biss għamlu referenza għall-Ftehim Ambjentali Multilaterali (MEAs). |
|
31. |
Sa ċertu punt in-nuqqas ta' integrazzjoni ambjentali ġo CSPs irrifletta l-prijorità limitata marbuta ma' din il-kwistjoni minn ħafna pajjiżi benefiċjarji. Għall-pajjiżi b'Dokument ta' Strateġija għat-Tnaqqis tal-Faqar (PRSP) (12), kienet il-politika tal-Kummissjoni li tallinja s-CSP tagħha mal-PRSP. Kif wera' studju tal-Bank Dinji (13), l-ambjent ma kienx ġeneralment integrat f'PRSPs, minn banda minħabba n-nuqqas ta' rikonoxximent minn ħafna pajjiżi benefiċjarji tar-rabtiet important bejn il-faqar u l-ambjent. Il-Ministeri għall-Ambjent għandhom fl-ewwel post ikunu d-difensuri tal-kwistjonijiet ambjentali fil-politiki nazzjonali imma fil-prattika dawn il-ministeri, anke f'pajjiżi aktar żviluppati bi problemi ambjentali kbar bħall-Brażil u ċ-Ċina, m'għandhomx ir-riżorsi u l-influwenza ta' ministeri oħra, li ilhom aktar stabbiliti. |
|
32. |
Minkejja dan, in-nuqqas ta' integrazzjoni ambjentali fl-għajnuna għall-iżvilupp tirrifletti wkoll nuqqasijiet min-naħa tal-Kummissjoni. Għalkemm id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-Integrazzjoni ta' l-Ambjent kien jgħid li tali Profili ta' l-Ambjent ta' Pajjiż (CEPs) kienu għodda importanti għall-integrazzjoni fl-istadju ta' programmazzjoni, evalwazzjoni mill-Kummissjoni fl-2002 li tkopri kampjun ta' 60 CSP sabet li sitta biss mit-tali CEPs kienu ġew preparati. Dan minkejja l-fatt li tali analiżi ta' l-ambjent ta' pajjiż kienet l-aħjar prattika sa mill-1992 meta l-Kumitat ta' l-Assistenza għall-Iżvilupp ta' l-OECD ħareġ linji ta' gwida dwar is-suġġett (14). |
|
33. |
Il-Kummissjoni ħadet pass importanti fl-2005 biex tindirizza din il-kwistjoni billi stabbiliet CEPs għall-pajjiżi Asjatiċi, ta' l-Amerika Latina u Mediterranji li jibbenefikaw mill-għajnuna bħala parti mill-proċess biex tipprepara l-ġenerazzjoni li jmiss ta' Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż għall-perijodu 2007-2013. Approċċ simili qiegħed jiġi segwit mill-Istati ta' l-ACP. Peress li s-CSPs kienu għadhom qed jiġu preparati meta l-verifika tlestiet, kien għadu kmieni wisq biex issir evalwazzjoni dwar kemm is-CEPs kienu tejbu l-integrazzjoni fis-CSPs. Dan finalment jiddependi skond kemm jagħtu prijorità għolja kemm il-pajjiżi benefiċjarji kif ukoll is-servizzi tal-Kummissjoni meta jindirizzaw fis-CSP il-kwistjonijiet ambjenatali imqajjma mis-CEPs. |
|
34. |
F'dan ir-rispett il-Kummissjoni għamlet biss progress limitat fl-iżvilupp ta' kuxjenza ambjentali u kapaċità għall-integrazzjoni f'pajjiżi benefiċjarji minn meta adottat l-istrateġija ta' integrazzjoni tagħha nnifisha. Strument speċifiku disponibbli għall-Kummissjoni biex tipromovi l-integrazzjoni ta' l-ambjent fil-koperazzjoni ta' l-iżvilupp tagħha huwa Regolament (KE) Nru. 2493/2000 (15), li għandu baġit ta' 93 miljun euro fuq il-perijodu 2000-2006. Iżda, l-istrument għandu biss impatt limitat. Dan l-istrument jista' jgħin b'mod sinifikanti l-bini tal-kapaċità ambjentali f'pajjiżi li qed jiżviluppaw. Imma l-Kummissjoni ma stabbilitx approċċ ġenerali biex tibni l-kapaċità, u żviluppat biss proġetti individwali fuq bażi ad hoc. |
|
35. |
Min-naħa tal-Kummissjoni, huwa punt ta' tħassib li fl-2005 seħħ biss użu limitat mill-uffiċjali responsabbli għall-preparazzjoni tas-CSP ta' l-opportunitajiet għat-taħriġ fl-integrazzjoni ambjentali (ara l-Kaxxa 4). Filwaqt li d-DĠ ta' l-Iżvilupp, id-DĠ ta' l-Ambjent u l-EuropeAid kollha għandhom unitajiet speċjalizzati li jevalwaw l-aspetti ambjentali tas-CSPs, dawn il-valwazzjonijiet m'humiex ġeneralment ibbażati fuq għarfien dettaljat tal-pajjiż konċernat, filwaqt li t-tixrid ta' riżorsi limitati tal-persunal f'dawn it-tliet DĠs ifissru wkoll li l-kontrolli huma sikwit superfiċjali. |
Ftit twettaq biex jiġi integrat l-ambjent fil-programmi ta' għajnuna baġitarja
|
36. |
Hija l-Kummissjoni u politika aktar wiesgħa tad-donaturi ta' l-għajnuna baġitarja li qed twassal għall-persentaġġ li dejjem jiżdied ta' għajnuna ġenerali. Għalhekk, approssimattivament 25 % tal-finanzjament ta' l-EDF allokat lill-pajjiżi ta' l-ACP taħt is-CSPs kurrenti kien allokat għal din l-għajnuna. Iżda, il-Kummissjoni ftit għamlet biex tintegra l-ambjent f'din il-forma aktar ġdida ta' għajnuna għalkemm il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tal-31 ta' Mejju 2001 dwar l-istrateġija ta' integrazzjoni ambjentali tal-Kummissjoni ddikkjara illi konsiderazzjonijiet ambjentali għandhom ikunu inkorporati b'mod sistematiku fil-preparazzjoni tal-… programmi ta' aġġustament strutturali u programmi ta' riforma u sostenn għas-settur kollha (16). |
|
37. |
L-għodda prinċipali għall-evalwazzjoni ambjentali li għandha tiġi wżata fil-kuntest ta' programmi ta' għajnuna baġitarja hija l-Evalwazzjoni Ambjentali Strateġika (SEA). Din teżamina l-aspetti ambjentali tal-politiki, pjanijiet u programmi tal-pajjiżi benefiċjarji, iffinanzjati permezz tas-sostenn baġitarju, b'mod partikolari Dokumenti ta' Strateġija għat-Tnaqqis tal-Faqar. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill innutaw li biex tinkiseb integrazzjoni, Evalwazzjoni Ambjentali Strateġika (SEA) għandha tiġi wżata sistematikament b'mod partikolari matul il-preparazzjoni ta' programmi strutturali u settorali u għall-infrastrutturi ġodda (17). L-importanza tas-SEA hija wkoll rikonoxxuta fl-istrateġija ta' integrazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni s'issa ftit għamlet użu minnha, min-naħa minħabba li, b'kuntrast mas-CEPs u l-Evalwazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali (EIAs), hija għodda relattivament ġdida li l-komunità tad-donaturi sħiħa għadha qed titgħallem dwarha (18). Madanakollu, il-Kummissjoni setgħat użat il-manwali estensivi tagħha dwar l-għajnuna baġitarja u settorali biex tenfasizza l-aspetti ambjentali ta' tali għajnuna, iżda dawn ma fihom ebda referenza dwar l-ambjent. Għalhekk, il-persunal tal-Kummissjoni ma kellu ebda linji ta' gwida dwar kif u meta juża s-SEAs u dwar kif tagħmel evalwazzjonijiet ambjentali aktar limitati fejn s-SEAs mhumiex ikkunsidrati adegwati. |
|
38. |
Dan in-nuqqas ta' proċeduri għall-evalwazzjoni ambjentali huwa rifless fil-preparazzjoni ta' programmi ta' għajnuna baġitarja:
|
Proċeduri għall-integrazzjoni ambjentali fuq livell ta' proġett ma kinux sistematiċi biżżejjed
|
39. |
Minkejja ż-żieda fil-proporzjon ta' għajnuna permezz ta' l-għajnuna baġitarja, il-finanzjament tal-proġetti għadu l-mekkaniżmu prinċipali biex tingħata l-għajnuna. Pass inizjali fl-evalwazzjoni ambjentali ta' proġetti huwa li jkunu evalwati b'mod dettaljat sabiex ikunu stmati r-riskji u l-opportunitajiet. L-abbozz tal-Manwal ta' Integrazzjoni ta' l-Ambjent fl-2001 stabbilixxa l-prinċipju ta' tali evalwazzjoni dettaljata fil-forma ta' Formola dwar l-Integrazzjoni Ambjentali li għandha tkun kompletata għal kull proġett u li ssegwi l-linji ta' gwida fil-manwal. Minħabba li l-Manwal baqa' biss abbozz (ara l-paragrafu 21), din il-proċedura ma ġitx introdotta sistematikament. Riżultat ta' dan bosta Delegazzjonijiet użaw proċeduri oħra jew ma segwew l-ebda proċeduri għal evalwazzjoni ambjentali dettaljata. Kaxxa 6Evalwazzjoni Ambjentali Dettaljata fid-delegazzjoni tal-Kummissjoni fin-NikaragwaId-Delegazzjoni Reġjonali fin-Nikaragwa tal-Kummissjoni taħdem ma' sitt pajjiżi u għandha persunal ta' aktar minn 140. Il-verifika sabet li ma jintużaw ebda linji ta' gwida għall-evalwazzjoni ambjentali mid-Delegazzjoni u ma saret ebda evalwazzjoni ambjentali li twassal għall-evalwazzjoni aktar dettaljata għall-proġetti u programmi fis-CSP ta' l-2002-2006. Barra dan, id-Delegazzjoni ma kellhiex espert ambjentali għalkemm tali espert seta' għamel superviżjoni u ta għajnuna fil-proċeduri ta' evalwazzjoni ambjentali. |
|
40. |
Fil-prattika, il-proċedura prinċipali wżata mill-Kummissjoni biex tikkontrolla l-evalwazzjoni ambjentali dettaljata huwa fil-kuntest li tipprepara dokumenti għall-identifikazzjoni tal-proġett, li huma mtella' mid-Delegazzjonijiet fil-bidu taċ-ċiklu tal-proġett u sottomessi lill-Grupp tas-Sostenn tal-Kwalità ta' l-Uffiċċju tal-EuropeAid (oQSG). Madanakollu, l-ambjent huwa biss wieħed minn serje sħiha ta' kwistjonijiet li għandhom ikunu indirizzati b'dawn id-dokumenti u l-verifika ta' 20 dokument għall-identifikazzjoni tal-proġett evalwat mill-oQSG fl-2005 sabet li l-kwistjonijiet ambjentali ma kinux indirizzati b'mod adegwat fihom:
|
|
41. |
Dawn in-nuqqasijiet min-naħa huma minħabba l-fatt li l-esperti ambjentali mhumiex involuti fil-evalwazzjoni dettaljata ta' proġetti mhux ambjentali. Fid-Delegazzjonijiet, il-kompetenza ambjentali hi ffukata ħafna fuq pajjiżi li fihom l-ambjent huwa qasam ta' prijorità, u fi kwalunkwe każ tali kompetenza mhix użata biex tikkontrolla l-aspetti ambjentali tad-dokumenti għall-identifikazzjoni tal-proġett għal proġetti li m'humiex ambjentali. Fil-EuropeAid, bl-istess mod in-numru ta' esperti ambjentali huwa biss suffiċjenti biex jevalwa l-kwalità ta' proġetti ta' l-ambjent u r-riżorsi naturali iżda mhux jekk l-ambjent ġiex integrat fi proġetti mhux ambjentali. |
|
42. |
Nuqqasijiet fil-proċess ta' evalwazzjoni dettaljata ikkontribwew biex jidentifikaw meta għandhom jittwettqu Evalwazzjonijiet ta' l-Impatt Ambjentali (EIAs). L-EIAs huma għodod li ilhom stabbiliti biex jidentifikaw ex-ante l-impatt probabbli ta' proġett dwar l-ambjent u jirrakkomandaw miżuri ta' mitigazzjoni għall-fażi tad-disinn u l-implimentazzjoni. L-Unjoni Ewropea kellha l-leġiżlazzjoni ta' l-EIA għall-politiki interni sa mill-1985 (20). Il-Konvenzjoni ta' Lomé IV ta' l-1990 ħtieġet li l-EIAs ikunu magħmula għall-proġetti ta' skala kbira u dawk li huma ta' theddida sinifikanti għall-ambjent (21). Fl-1992, l-OECD DAC ħareġ linji ta' gwida ta' l-aħjar prattika biex ikunu segwiti mill-membri kollha tiegħu (22). |
|
43. |
L-EIAs huma partikolarment rilevanti għall-proġetti ta' infrastruttura u l-minjieri, minħabba li dawn ġeneralment ikollhom impatt ambjentali għoli. Sa 35 % tad-disa'finanzjament ta' l-EDF taħt id-Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż (CSPs) kurrenti huwa allokat biss fuq proġetti tat-toroq. Madanakollu, il-verifika tal-Qorti identifikat bosta tali proġetti fejn ma saret ebda EIA. Evalwazzjoni tal-Kummissjoni fl-2004 ta' l-intervent tal-KE fis-settur tat-trasport f'pajjiżi terzi sabet li għal erbgħa mill-ħmistax-il proġett evalwat ma saret ebda EIA. Anke meta EIAs aktar sostanzjali ġew kompletati, il-punt fokali tagħhom kien ġeneralment fuq l-impatt dirett tal-proġett tat-triq innifsu fuq l-ambjent milli l-impatt fuq l-ambjent ta' attivitajiet ekonomiċi ġodda li jseħħu minħabba t-titjib fl-aċċess. Dan in-nuqqas huwa speċjalment importanti għal toroq li għaddejjin minn partijiet sensittivi bħal foresti tropikali, fejn hemm rabta diretta bejn l-aċċess imtejjeb u ż-żieda fid-deforestazzjoni u l-kaċċa illegali. Kaxxa 7Evalwazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali għal proġetti ta' infrastruttura kbira u minjieriFit-Tanżanija, għar-riabilitazzjoni u t-titjib tal-Fruntiera Mwanza -Tinte u t-Toroq ta' Isaka-Nzga (it-tmien EDF, 85 miljun EUR), dak li l-Proposta Finanzjarja sejħet bħala EIA ammonta biss għal paġna waħda fl-istudju ta' vijabilità.Fil-Botswana, ebda EIA ma sar fuq il-proġett Sysmin (it-tmien EDF, 30 miljun EUR) li ta għajnuna biex itawwal il-ħajja tal-minjiera tar-ram/nickel ta' Selebi Phikwe mingħajr ma indirizza immedjatament ir-riskju serju tal-waqa' ta' tailings dam jew il-livell inaċċettabilment għoli ta' emissjoni tad-dijossidu tal-kubrit mill-funderija.Fil-Gwatemala, l-ebda EIA ma sar għal proġett biex jiġu sistemati mill-ġdid refuġjati (12-il miljun EUR) għalkemm proġetti ta' sistemazzjoni mill-ġdid jistgħu jitqiesu a priori li jkollhom impatt ambjentali potenzjalment sinifikanti. Is-sistemazzjoni mill-ġdid ikkawżat ħsara sinifikanti lill-ekosistemi lokali. |
|
44. |
Barra mill-proġetti kbar ta' infrastruttura, l-agrikoltura u l-minjieri, fejn EIA hija neċessarja, hemm ħafna tipi oħra ta' proġetti fejn EIA tkun mixtieqa jew ukoll essenzjali. Iżda, mingħajr linji ta' gwida ċari jew dispożizzjonijiet fuq xiex il-proġetti għandhom ikunu soġġetti għal EIA, kien hemm riskju konsiderevoli li EIAs ma jsirux anke meta dawn suppost isiru. Kaxxa 8Evalwazzjonijiet ta' l-impatt ambjentali għal tipi oħra ta' proġettiFil-Paċifiku, mill-inqas erbgħa mill-proġetti vverifikati setgħu bbenefikaw minn EIA. Per eżempju, għall-proġett ta' l-Iżvilupp ta' l-Alka tal-Baħar ta' Kiribati (is-seba' u d-disa' EDFs, 2,8 miljun euro), zkuk ta' l-injam meħtieġa biex jgħinu l-kultivazzjoni ta' l-alka tal-baħar kienu maqtugħa mill-veġetazzjoni ta' l-inħawi, inklużi s-siġar tal-mangrovja, li huma importanti għall-ekosistemi tal-baħar u l-protezzjoni tal-kosta. Barra dan, frieken protetti li jieklu l-pjantaġġuni ta' l-alka tal-baħar jiġu maqtula mill-bdiewa li jkabbru l-alka tal-baħar. EIA setgħat identifikat tali kwistjonijiet qabel il-proġett u rrakkomandat kif għandhom jiġu indirizzati. |
|
45. |
Sal-punt li l-EIAs ma sarux u l-miżuri ta' mitigazzjoni ma ġewx identifikati, ma kien hemm ebda sistema biex tiżgura li dawn il-miżuri kienu mniżżla fi pjan ta' ġestjoni ambjentali biex ikun implimentat matul il-proġett. L-inklużjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' l-EIA, fejn xierqa, anqas ma kienet ħasbet għall-speċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratti tax-xogħol stabbiliti sistematikament. Fejn rakkomandazzjonijiet ta' l-EIA ġew inklużi fil-kuntratt, mhux dejjem kien hemm penali marbuta fil-każ ta' nuqqas ta' adeżjoni ma' l-istipulazzjonijiet ambjentali fil-kuntratt. Kaxxa 9Is-segwitu ta' l-evalwazzjonijiet ta' l-impatt ambjentaliFil-każ tal-proġett tal-Pjanura ta' Tisqija tat-Tramuntana fil-Mauritius (is-seba'EDF, 9 miljun EUR), għalkemm saret EIA dettaljata għall-bdil ta' sensiela ta' katusi u l-kundizzjonijet speċjali tal-Ftehim għall-Finanzjament iddispona għall-kontroll sistematiku ta' l-impatti ambjentali biex jiżgura li l-miżuri ta' mitigazzjoni proposti mill-EIA huma implimentati, ma nstab ebda evidenza ta' dan.F'Mali, għall-proġett għall-Għajnuna tas-Settur tar-Ross (it-tmien EDF, 15,4 miljun EUR), l-EIA irrakkomandat iż-żriegħ mill-ġdid tas-siġar madwar il-villaġġi, kontroll tal-livelli tal-kontaminazzjoni ta' l-ilma u l-eżekuzzjoni ta' studju dwar ir-riċiklaġġ taż-żejt, iżda dan ma kienx inkluż fl-ispeċifikazzjonijiet teknici tal-kuntratt.Għall-proġett tal-Pont Rewa f'Fiġi (is-seba' u t-tmien EDFs, 11-il miljun EUR), minħabba l-impatt potenzjali fuq is-sajd tal-mollusk ta' l-ilma ħelu, il-kuntratt inkluda d-dispożizzjoni tal-kontroll tal-kwalità ta' l-ilma. Din id-dispożizzjoni ma ntlaħqitx mill-kuntrattur iżda ebda penali ma kienu stipulati fil-kuntratt għan-nuqqas ta' konformità. |
|
46. |
Il-Kummissjoni m'għandha ebda reġistru ċentrali ta' l-EIAs li twettqu għall-proġetti ta' żvilupp iffinanzjati mill-Kummissjoni. Dan huwa nuqqas fis-sistema ta' informazzjoni tal-ġestjoni interna. Tali reġistru kieku jiffaċilita wkoll l-aċċess tal-pubbliku għal din l-informazzjoni. |
EVALWAZZJONI TA' L-EFFETTIVITÀ TA' PROĠETTI AMBJENTALI U FATTURI LI JINFLUWENZAW L-EFFETTIVITÀ
Introduzzjoni
|
47. |
Flimkien mal-miżuri biex jintegraw l-ambjent fil-koperazzjoni ta' l-iżvilupp, analizzata fil-parti preċedenti, il-Kummissjoni fittxet ukoll li tindirizza l-kwistjonijiet ambjentali billi tiffinanzja programmi u proġetti fis-settur ambjentali. Minkejja l-fatt li s-settur mhux qasam ta' prijorità fil-politika ta' l-iżvilupp ta' l-2000 (ara l-paragrafu 9) u impenji f'dan il-qasam bħala proporzjon tat-total ta' fondi għall-għajnuna kien relattivament baxx (ara t-Tabella 1), il-Kummissjoni baqgħat attiva f'dan il-qasam u tista ssir aktar bl-adozzjoni ta' politika dwar l-iżvilupp ġdida fejn l-ambjent u r-riżorsi naturali jkunu qasam ta' prijorità (ara l-paragrafu 12). Il-verifika fittxet li:
|
Evalwazzjoni ta' l-effettività ta' proġett
|
48. |
Il-Qorti eżaminat 65 proġett li jirrappreżentaw impenji ta' 560 miljun EUR f'sittax-il pajjiż. Il-proġetti kienu ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali bejn il-perijodu 1995 sa' l-2005 u mis-seba', tmien u disa' EDFs. Proġetti eżaminati kienu ta' żewġ tipi prinċipali:
Barra dan, intervent wieħed eżaminat kien il-programm ta' għajnuna baġitarja milli proġett tradizzjonali, programm ta' għajnuna tal-politika settorali għat-trattament ta' l-ilma maħmuġ fil-Mauritius (id-disa' EDF, 29,8 miljun EUR). Dan jirrifletti l-użu limitat ta' tali programmi fis-settur ta' l-ambjent u r-riżorsi naturali. |
|
49. |
Ħames kriterji kienu wżati biex tkun evalwata l-effettività tal-proġetti:
|
|
50. |
L-evalwazzjoni ġenerali tal-Qorti għall kull wieħed minn dawn il-ħames kriterji hija mogħtija fid-dijagramma hawn taħt. Tabella dettaljata li turi l-evalwazzjoni tal-Qorti għal kull proġett skond dawn il-ħames kriterji hija mogħtija f'Anness II u narrattiva ġenerali ta' l-effettività tal-proġett skond il-pajjiż hija mogħtija f'Anness III. Minħabba li mhux il-proġetti kollha tlestew fiż-żmien tal-verifika u li ġudizzji definittivi dwar l-impatt u s-sostenibiltà jistgħu ma jkunux possibbli sa ħafna żmien wara t-tmiem tal-proġett, l-evalwazzjoni għandha tkun meqjusa biss bħala indikattiva.
|
|
51. |
Il-verifika sabet li virtwalment il-każijiet kollha kienu, fi gradi varji, rilevanti għall-bżonnijiet tal-pajjiżi benefiċjarji u sikwit jindirizzaw ukoll bżonnijiet ta' konservazzjoni globali, partikolarment fir-rigward tal-konservazzjoni tal-foresti u l-bijodiversità. Fin-nuqqas ta' evalwazzjonijiet komprensivi ta' l-ambjent ma kienx possibbli li jkun stabbilit jekk il-proġetti ffinanzjati kinux l-aktar rilevanti għall-bżonnijiet tal-benefiċjarji. Madanakollu, iż-żieda fl-użu sistematiku ta' Profili ta' l-Ambjent tal-Pajjiż mill-2005 'il quddiem mill-Kummissjoni (ara l-paragrafu 33), li huma intenzjonati biex jagħtu stima sħiħa tal-kwistjonijiet ambjentali f'kull pajjiż benefiċjarju, jgħinuha biex tidentifika aħjar il-proġetti bl-ogħla prijorità. |
|
52. |
Skond l-evalwazzjoni tal-Qorti f'63 % tal-proġetti l-prodotti kienu nkisbu jew kienu probabbli li jinkisbu. Fi 37 % tal-każijiet il-prodotti kienu nkisbu parzjalment jew kienu probabbli li jinkisbu parzjalment tul iż-żmien tal-proġett. |
|
53. |
Fi 58 % tal-proġetti bosta mir-riżultati kienu nkisbu, f'21 % tal-proġetti xi rizultati kienu miksuba u f'21 % ieħor tal-każijiet ftit inkisbu riżultati. B'mod ċar ir-riżultati ġeneralment mhux ser jinkisbu jekk il-prodotti ma jkunux magħmula. |
|
54. |
Fi 42 % tal-proġetti l-impatt kien stmat li kien, jew probabbli li jkun, minn medju għal għoli, waqt li f'58 % tal-każijiet l-impatt kien evalwat bħala baxx. Waqt li l-impatt huwa dejjem kwistjoni prinċipali, kien kwistjoni partikolarment importanti f'bosta proġetti ta' l-ambjent eżaminati, minħabba li dawn kienu ddisinjati bħala proġetti pilota jew proġetti għad-dimostrazzjoni bi ħsieb li jkunu replikati f'reġjuni oħra tal-pajjiż benefiċjarju. |
|
55. |
F'45 % tal-proġetti l-prospettivi għas-sostenibiltà kienu meqjusa li huma tajba, waqt li f'55 % tal-każijiet dawn kienu kkunsidrati bħala l-aktar, limitati. Il-vijabilità finanzjarja hija aspett prinċipali partikolari tas-sostenibiltà minħabba, sal-punt fejn il-proġetti ta' l-ambjent jiffukaw fuq il-konservazzjoni aktar milli l-iżvilupp, jistgħu jeħtieġu pajjiżi benefiċjarji li jkomplu jipprovdu għajnuna finanzjarja għall-attivitajiet ta' konservazzjoni wara t-tmiem ta' l-għajnuna mingħand id-donatur waqt li jkunu mitlufa benefiċċji ekonomiċi potenzjali. |
|
56. |
It-tendenza ġenerali li toħroġ minn dawn il-figuri hija li, waqt li proġetti huma kważi dejjem rilevanti, mhux dejjem jipproduċu l-prodotti finali kollha pjanati. Ftit aktar min-nofs jiksbu totalment ir-riżultati pjanati u inqas minn nofs għandhom impatt sinifikanti lil hinn mill-proġett u aktarx ikunu sostenibbli. L-eżempju f'Kaxxa 10 hawn taħt juri l-aspetti differenti ta' l-effettività tal-proġett b'relazzjoni ma' wieħed mill-aktar proġetti importanti ffinanzjati mill-Kummissjoni. Kaxxa 10Eżempju tal-kriterji ta' evalwazzjoni — il-każ tal-programm reġjonali għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Ekosistemi tal-foresti ta' l-Afrika Ċentrali (ECOFAC)Sa mill-1992, il-Kummissjoni kellha rwol importanti fil-bidu ta' attivitajiet għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli ta' l-ekosistemi tal-foresti ta' l-Afrika Ċentrali, prinċipalment permezz tal-Programm Reġjonali għall-Konservazzjoni u l-Iżvilupp ta' l-Ekosistemi tal-Foresti ta' l-Afrika Ċentrali (ECOFAC) (is-sitt, is-seba', it-tmien u d-disa' EDFs; 72,45 miljun EUR).Il-programm huwa rilevanti ħafna peress li jgħin biex jippreserva dik li hija t-tieni l-akbar firxa kontinwa ta' foresti tropikali wara l-Amażonja għall-benefiċċji globali li tikkonserva l-bijodiversità u tipprevjeni l-bidla fil-klima. Fuq livell reġjonali u nazzjonali l-foresta hija sors importanti ta' dħul għall-pajjiżi ta' l-Afrika Ċentrali, kemm f'termini ta' l-isfruttar industrijali tal-prodotti tal-foresti kemm ta' l-injam u mhux ta' l-injam kif ukoll għall-laħam tat-tjur.F'termini tal-prodotti, ECOFAC għamlet firxa wiesgħa ta' infrastruttura (toroq ta' aċċess, trejqiet, pontijiet, ċentri ta' riċerka, ċentri ta' lqugħ, kampijiet turistiċi, punti b'veduta, ajruporti żgħar fil-foresta, għodda għall-gwardjani tal-foresti u l-persunal) għall-ġestjoni ta' żoni protetti.F'termini tar-riżultati, il-programm qajjem kuxjenza dwar il-bżonn li jkunu konservati l-ekosistemi tal-foresti ta' l-Afrika Ċentrali, u kkontribwixxa għat-tnissil, żvilupp u protezzjoni ta' żoni protetti importanti li huma kritiċi għal preservazzjoni tal-bijodiversità tar-reġjun. Tat ukoll possibiltà biex isir ammont kbir ta' riċerka xjentifika. Min-naħa l-oħra, il-promozzjoni tal-wirt naturali u kulturali ta' dawn iż-żoni protetti permezz ta' l-iżvilupp tat-turiżmu kien limitat minħabba bosta fatturi (l-ispiża tat-transport bl-ajru, epidemiċi tal-virus Ebola, nuqqas ta' suċċess biex iderru lill-gurilli għall-preżenza tal-bnedmin fir-riżerva ta' Lopé fil-Gabon, nuqqas ta' involviment mill-awtoritajiet nazzjonali u nuqqas ta' interess ta' investituri privati).Barra miż-żoni protetti, il-programm ftit kellu impatt. Il-programm ftit ta attenzjoni għal kwistjonijiet prinċipali bħall-qtugħ legali u illegali ta' siġar biex minnhom isir l-injam għall-bini, u l-kaċċa illegali, barra miż-żoni protetti. Il-kontribuzzjoni tiegħu lejn it-tnaqqis tal-faqar tan-nies tal-foresti kienet baxxa, minn banda minħabba l-miżuri ta' żvilupp rurali li ġew implimentati mingħajr suċċess.Iż-żoni protetti għadhom m'humiex finanzjarjament sostenibbli u jibqgħu jiddenpendu ħafna fuq il-finanzjament estern. Minħabba dan, ECOFAC kien estiż repetutament sa mill-1992. Il-programm seta' jagħmel Network ta' Żoni Protetti ta' l-Afrika Ċentrali (RAPAC) flimkien ma l-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni responsabbli biex iġesti ż-żona protetta, bħall-COMIFAC (Conférence Ministérielle des Forêts d’Afrique Centrale). Dan kien pass għaqli biex jiżgura aktar involviment mill-awtoritajiet nazzjonali, iżda r-riżorsi finanzjarji ma segwewx. |
Analiżi tal-fatturi li jolqtu l-effettività tal-proġetti ta' l-ambjent
|
57. |
Din il-parti tar-rapport tidentifika l-fatturi prinċipali li influwenzaw l-effettività tal-proġetti. Minħabba li l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Kummissjoni hija bbażata fuq il-prinċipju ta' sħubija mal-pajjiżi benefiċjarji, xi wħud mill-problemi identifikati rriżultaw għall-inqas sa ċertu punt minn nuqqasijiet min-naħa tal-pajjiż benefiċjarju. Minkejja dan, il-Kummissjoni għandha wkoll ir-responsabbiltà li sa fejn tista' tindirizza tali kwistjonijiet. |
Disinni ta' proġetti ambizzjużi żżejjed
|
58. |
Proġetti bilaterali akbar huma disinjati b'mod konġunt mill-Kummissjoni u l-gvernijiet benefiċjarji bl-għajnuna tal-konsulenti, il-Kummissjoni mbagħad ikollha responsabbiltà għall-evalwazzjoni finali qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament. Il-proġetti iżgħar tipiċi ffinanzjati mill-linja ta' baġit ta' l-Ambjent u l-Foresti huma disinjati mill-NGOs għalkemm il-Kummissjoni hija wkoll responsabbli mill-evalwazzjoni tagħhom. Approssimativament nofs il-proġetti kollha eżaminati kellhom in-nuqqas li d-disinn kien ambizzjuż iżżejjed, b'mod partikolari għax kienu qed jimmiraw li jiksbu wisq fil-perijodu ta' żmien disponibbli. F'tali każijiet id-disinn tal-proġett xi drabi ma kienx jikkunsidra suffiċjentement il-fatt li, biex il-proġetti ta' l-ambjent ikunu effettivi, irid ikun iddedikat ħin konsiderevoli għall-konsultazzjoni ma' komunitajiet lokali u biex tkun żġurata l-parteċipazzjoni attiva tagħhom. |
|
59. |
Il-linja ta' baġit ta' l-Ambjent u l-Foresti ħtieġet li l-proġetti jkunu implimentati f'massimu ta' 36 xahar u xi drabi f'24 xahar biss. F'bosta mill-każijiet dan ma kienx realistiku. Il-fatt li l-proposti tal-proġett sottomessi għall-finanzjament qed jikkompetu kontra proġetti oħra toħloq ir-riskju li l-għanijiet tal-proġetti jkunu ambizzjużi żżejjed minħabba li l-proġetti li jwiegħdu li ser iwettqu għandhom probabbiltà akbar li jattiraw il-fondi. |
|
60. |
Sa mill-2002 ir-Regolament Finanzjarju ħtieġ li l-proġetti kollha jkunu kontrattati fi żmien 3 snin mill-impenn baġitarju għall-proġett li jkun qed jiġi stabbilit. Dan jimponi limitazzjoni ġdida li tista tkun partikolarment diffiċli biex tinkiseb meta wieħed jipprova jiddisinja t-tip kbir ta' proġetti ambjentali ffinanzjati mill-għajnuna bilaterali. |
|
61. |
Ħafna mill-proġetti ta' l-ambjent huma implimentati f'żoni ġeografiċi kbar u mwarrba. Minkejja dan, bosta reġjuni huma inklużi mingħajr bżonn ġo proġett wieħed meta kieku jkun aħjar li tingħata attenzjoni lil reġjun wieħed. F'tali każijiet l-għażla ta' approċċ ambizzjuż iżżejjed jista' jirriżulta minn kundizzjonijiet lokali li ma jkunux ġew ikkunsidrati biżżejjed. Fl-Indoneżja, l-iskop ġeografiku ta' żewġ proġetti vverifikati kellu jkun imnaqqas matul l-implimentazzjoni minħabba li d-disinn kien ambizzjuż iżżejjed. |
|
62. |
Il-konsultenti esterni u l-NGOs li ġeneralment jippreparaw id-disinji dettaljati tal-proġett mhux dejjem ikollhom tagħrif dettaljat dwar il-proċeduri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, li huma, anke jekk implimentati mingħajr dewmien, relattivament twal. In-nuqqas li jiġi evalwat iż-żmien meħtieġ biex jiġu segwiti dawn il-proċeduri huwa raġuni oħra għaliex xi għanijiet tal-proġett kienu ambizzjużi żżejjed. |
|
63. |
Sa mill-2002 EuropeAid għamel sforzi sinifikanti biex itejjeb il-proċeduri ta' evalwazzjoni tal-proġett permezz ta' l-Uffiċċju tal-Grupp għas-Sostenn tal-Kwalità (OQSG). Madanakollu, flimkien ma' dawn il-proċeduri ta' evalwazzjoni fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni hemm il-bżonn li jkun żgurat li riżorsi suffiċjenti huma ddedikati għall-qasam ta' evalwazzjoni tal-proġetti mill-gruppi tal-persunal tal-Kummissjoni li għandhom kapaċità ambjentali biżżejjed u tagħrif tal-kundizzjonijiet lokali u tal-proċeduri tal-Kummissjoni. Kaxxa 11Eżempju ta' disinn ta' proġett ambizzjuż iżżejjedIl-proġett tal-ġestjoni tal-foresti naturali fiċ-Ċina (16,9 miljun EUR) ifittex li fi żmien ħames snin jintroduċi approċċ kompletament ġdid għall-ġestjoni tal-foresti fiċ-Ċina li jinvolvi ko-ġestjoni bejn ir-raħħala tal-foresti Statali u l-intrapriżi. Il-mod kif il-ko-ġestjoni għandha taħdem fil-kuntest Ċiniż għadu ma ġiex definit. Il-proġett ikopri 3 provinċji fil-Lbiċ taċ-Ċina (Sichian, Hunan, Hainan) u ser jinvolvi interventi f'6 pajjiżi, 11-il belt żgħira u 58 villaġġ tul dawn it-tliet provinċji. Flimkien max-xogħol prinċipali fuq il-ko-ġestjoni, it-tnaqqis tal-faqar bħala parti mill-proġett jipprovdi mill-inqas 290 proġett żgħir ta' infrastruttura pubblika fil-villaġġi. Istituzzjonijiet ġodda bħall-kumitati tal-ko-ġestjoni tal-villaġġ-belt żgħira u unitajiet tal-mikro-finanzi għandhom ikunu maħluqa f'kull kontea ta' proġett u belt-żgħira parti minn proġett. Barra dan, għajnuna sostanzjali għall-bini tal-kapaċità ta' l-istituzzjoni trid tkun mogħtija lill-Amministrazzjoni tal-Foresti Statali fuq il-livell provinċjali u tal-pajjiż, fejn il-kapaċità hija dgħajfa, jekk din għandha tilgħab ir-rwol tagħha fil-proġett. L-ewwel 18-il xahar tal-proġett kienu sussegwentement mitlufa minħabba li s-sejħa għall-offerti għall-assistenza teknika kien ikkanċellat. |
Dewmien fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġett
|
64. |
Il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà ġenerali biex tistabbilixxi l-qafas tal-proċedura għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġett. L-awtoritajiet tal-pajjiż benefiċjarju jew l-NGOs imbagħad ġeneralment jimplimentaw il-proġetti soġġetti għall-kontrolli dettaljati f'kull stadju mis-servizzi tal-Kummissjoni. Mhux biss l-għanijiet tal-proġetti ta' sikwit m'humiex realistiċi għax ma jikkunsidrawx iż-żmien meħtieġ biex jimplimentaw proġetti konformi mal-proċeduri tal-Kummissjoni, barra dan ħafna mill-proġetti eżaminati esperjenzaw dewmien sinifikanti mhux mistenni matul il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom. F'bosta każi l-problemi li ltaqgħu magħhom ma kinux ta' tip speċifiku għas-settur ambjentali imma probabbli li jiltaqgħu magħhom fi proġetti f'setturi oħra wkoll. Responsabbiltà għal dan id-dewmien kienet kemm min-naħa tal-Kummissjoni kif ukoll min-naħa ta' l-awtoritajiet tal-pajjiż benefiċjarju (jew NGO). |
|
65. |
Il-proġetti bosta drabi kienu jgħaddu minn perijodi twal ta' preparazzjoni mill-identifikazzjoni sa l-approvazzjoni. B'differenza fil-fażi implimentattiva, m'hemm ebda restrizzjonijiet dwar kemm għandha tkun twila din il-fażi. Fil-każ ta' proġetti ffinanzjati mill-Linja ta' Baġit ta' l-Ambjent u l-Foresti, iż-żmien meħud mill-Kummissjoni biex tipproċedi mill-pubblikazzjoni tat-talba għall-proposti ta' proġetti sal-firma ta' l-għotja tal-kuntratt kien eċċessivament twil. Riżultat ta' dan, talba għall-proposti ppubblikata f'Jannar 2001, kuntratti għal approssimativament 50 % tal-proġetti approvati għall-finanzjament sat-tieni nofs ta' l-2002 ma kinux ġew iffirmati, waqt li l-50 % l-oħra tal-kuntratti ma kinux iffirmati sat-tieni nofs ta' l-2003. Tali dewmien xi kultant kellu l-effett li jnaqqas ir-rilevanza tal-proġett minħabba li l-kuntest tal-proġett ikun inbidel miż-żmien meta l-proposta oriġinali tal-proġett kienet sottomessa (ara l-Kaxxa 12). |
|
66. |
Frekwentement kien hemm dewmien bejn l-approvazzjoni tal-proġetti u meta dawn jibdew joperaw. L-aktar żewġ kawżi komuni kienu d-dewmien fit-trasferiment inizjali tal-flus u fl-ingaġġ ta' assistenza teknika. Matul l-implimentazzjoni, proġetti ambjentali, barra l-proġetti ż-żgħar iffinanzjati mill-linja ta' baġit ta' l-ambjent u l-foresti, għandhom it-tendenza li jeħtieġu numru kbir ta' kuntratti ta' akkwisti differenti (infrastruttura, servizzi, tagħmir), kuntratti ta' konċessjoni kif ukoll il-preparazzjoni u l-approvazzjoni ta' programmi ta' xogħol biex jiksbu l-prodotti u r-riżultati. Dan ifisser li huwa aktar probabbli li jiltaqgħu ma' dewmien minn proġetti f'ċerti setturi oħra. Diffikultà partikolari kienet meta t-tagħmir li kellu jkun disponibbli minn stadju bikri tal-proġett, kemm biex jikseb ir-riżultati tal-proġett kif ukoll biex jagħti biżżejjed żmien lill-persunal tal-pajjiż benefiċjarju li jaħdmu bih biex jiġu mħarrġa permezz ta' l-assistenza teknika, jiġi furnit biss lejn tmiem il-proġett. Per eżempju, il-Proġett Integrat ta' l-Ambjent ta' Liaoning fiċ-Ċina sofra mill-fatt li t-tagħmir għall-tliet komponenti differenti tar-riżorsi ta' l-ilma, il-kwalità ta' l-arja u l-enerġija kien kollu rċevut kważi lejn it-tmiem tal-proġett. |
|
67. |
Għall-żewġ proġetti fil-Brażil, wieħed fil-Gwatemala u wieħed fil-Marokk, id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġett kien minħabba l-bżonn li jkunu sospiżi l-proġetti sakemm kienu qed ikunu investigati irregolaritajiet finanzjarji. Fil-każ tal-proġetti fil-Brażil, il-ħidma reġgħet inbdiet wara li l-irregolaritajiet kienu ġew solvuti. Fil-Gwatemala u l-Marokk kien deċiż li l-proġetti kellhom ikunu mwaqqfa. Kaxxa 12Eżempji fejn id-dewmien naqqas mir-rilevanza tal-proġettIl-proġett tal-Konsum u l-Produzzjoni Responsabbli tal-Kafe fin-Nikaragwa (1,2 miljun EUR) kien approvat biss sentejn wara li ġie sottomess. Dan irriżulta f'attivitajiet prinċipali, bħall-programm tal-kafe organiku u l-ftuħ tas-suq, biex ikunu implimentati mill-benefiċjarju b'riżorsi finanzjarji oħra.Il-proġett tal-Promozzjoni tal-Ġestjoni tal-Foresta Ekoloġikalment Sostenibbli, Soċjalment Ġusta, u Ekonomikament Vijabbli Permeżż ta' l-Implimentazzjoni ta' Sistemi ta' Ċertifikazzjoni Kredibbli fl-Indoneżja (0,9 miljun EUR) kien ukoll approvat sentejn biss wara li ġie sottomess. Dan, flimkien mat-tul tal-proġett pjanat għal sentejn biss, wassal għat-tnaqqis tar-reġjuni mmirati mbassra fil-bidu minn ħamsa għall-tlieta.Il-proġett ta' l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Cuiabá-Santarem Economic Corridor fil-Brażil (1,5 miljun EUR) kien ukoll approvat sentejn wara li ġie sottomess. Matul dan iż-żmien ir-reġjun li kellhom iseħħu fih il-proġetti żviluppaw f'sitwazzjoni inkwjetanti ta' kunflitti ta' interess u vjolenza li laqtu l-attivitajiet ta' l-NGO li kienet qed timplimenta l-proġett. |
Progress limitat fil-bini tal-kapaċità istituzzjonali
|
68. |
Waqt li l-bini tal-kapaċità istituzzjonali huwa element vitali tal-koperazzjoni fl-iżvilupp kollu, kif diġà intwera (ara l-paragrafu 34), il-Ministeri ta' l-Ambjent u istituzzjonijiet ambjentali oħra huma sikwit relattivament ġodda u għalhekk fi bżonn speċjali ta' tali għajnuna. Dan il-każ japplika aktar f'pajjiżi fejn deċentralizzazzjoni reċenti wasslet għat-trasferiment ta' aktar responsabbiltajiet ambjetali lill-livelli reġjonali u lokali. Proġetti mingħajr għajnuna effettiva għall-bini ta' l-istituzzjoni naqqsu l-prospetti li jsiru sostenibbli, anke jekk dawn jiksbu r-riżultati tekniċi immedjati tagħhom. |
|
69. |
Meta l-Kummissjoni provdiet għajnuna għall-bini istituzzjonali, mhux dejjem żgurat li hemm biżżejjed impenn minn gradi għolja fil-pajjiż benefiċjarju biex tiżgura li l-proġett ikun effettiv. Fil-Bostwana, proġett prinċipali ta' 14-il miljun euro, li ffoka prinċipalment fuq il-bini istituzzjonali fid-Dipartiment tal-Ħajja Selvaġġa u l-Ġonna Nazzjonali (DWNP), kien implimentat mingħajr parteċipazzjoni suffiċjenti u impenn mill-Ministeru tal-Ħajja Selvaġġa, Ambjent u Turiżmu, li d-DWNP kienet taqa' taħtu (ara l-Kaxxa 13 hawn taħt). Għalkemm l-assistenza teknika hija l-mezz prinċipali għall-bini ta' l-istituzzjoni, kellha l-abilità li tibni l-kapaċità biss meta biżżejjed partijiet fil-livell ġerarkiku approprjat ikunu magħmula disponibbli mill-istutuzzjoni benefiċjarja biex jaħdmu magħha. Fil-prattika, sikwit dan ma jkunx il-każ, waqt li l-livelli tipikament għolja ta' tibdil tal-persunal iwassal biex il-benefiċċju ta' taħriġ li jkun ġie mill-provvista ta' l-assistenza teknika biex jintilef. |
|
70. |
Sikwit wisq, fin-nuqqas ta' persunal lokali adegwat min-naħa ta' l-awtoritajiet benefiċjarji, l-għajnuna teknika ħadet rwol eżekuttiv aktar milli ta' konsulenza sabiex tiżgura l-kisba tar-riżulati tal-proġett, iżda għad-detriment ta' żvilupp sostenibbli f'terminu itwal. Diverżjoni oħra mill-kwistjonijiet ta' sostenibiltà huwa l-ħin li l-persunal bi kwalifiki għolja fl-għajnuna teknika jkollhom iqattgħu fuq kwistjonijiet ta' akkwisti u amministrazzjoni. Barra dan, proġetti spiss sofrew minn bidla jew bidliet fil-kompożizzjoni ta' l-għajnuna teknika matul it-tliet jew erba' snin tal-kuntratt tipiku taħt liema huma ingaġġati. Kaxxa 13Eżempju ta' problemi li jolqtu l-proġetti tal-bini ta' l-istituzzjoniIt-tmien EDF tal-Programm tal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Ħajja Selvaġġa fil-Bostwana (14-il miljun EUR) juri ħafna mill-problemi ffaċċjati fil-proġetti tal-bini ta' l-istituzzjoni. Is-seba' proġett ta' l-EDF kien iffinanzja għajnuna lis-settur tal-ħajja selvaġġa imma ftit għamel biex jindirizza kwistjonijiet tal-bini istituzzjonali. It-tmien proġett ta' l-EDF kien intenzjonat biex jindirizza dan in-nuqqas. L-istat tad-DWNP ma kienx ċert, fejn kienet teżisti possibbiltà li jkun mibdul f'organizzazzjoni parastatali. Dan wassal biex il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġett tkun aktar diffiċli. Il-mexxej tat-tim ma kienx jaħdem fi grad għoli ġod-DWNP iżda biss fil-livell tal-ġestjoni tan-nofs (middle management). Il-kontra parti tiegħu ma kienx uffiċjal tad-DWNP. Minflok id-DWNP assenjat assistent tekniku barrani ieħor. L-ewwel mexxej tat-tim TA kellu jiġi mibdul wara 11-il xahar u ma kienx mibdul sa 5 xhur wara. Ħafna mill-ħin tal-mexxej tat-tim TA huwa ddedikat għall-amministrazzjoni tal-proġett, li ma tirrappreżentax użu effettiv f'termini ta' spejjeż tal-ħin tiegħu. Parti prinċipali tal-proġett kella tkun verifika tal-ġestjoni tad-DWNP iżda lejn nofs il-proġett din ma saritx, fin-nuqqas ta' għajnuna mid-DWNP u l-involviment mill-Ministeru. Għalkemm Konsulent TA għat-Tisħiħ ta' l-Istituzzjoni kien ukoll pjanat, din il-kariga ġiet mimlija biss f'nofs il-proġett. |
Il-bżonn għal iffukar akbar fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali mill-komunitajiet lokali
|
71. |
Dispożizzjoni prinċipali biex tiżgura li l-proġetti ta' l-ambjent jiksbu l-għanijiet sħaħ tagħhom u jsiru sostenibbli huwa li l-komunitajiet lokali jipparteċipaw fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni żiedet b'mod fiss l-attenzjoni li tagħti lil dan l-aspett, min-naħa bħala riżultat tal-Politika dwar l-Iżvilupp stabbilita fl-2000 li ffokat fuq it-tnaqqis tal-faqar. Dan ħtieġ li jkun hemm iktar konsiderazzjoni ta' l-iżvilupp tal-komunità flimkien mal-kwistjonijiet ta' konservazzjoni. |
|
72. |
Minkejja dan, ir-rikonċiljazzjoni tal-bżonnijiet ekonomiċi tal-komunitajiet lokali mal-bżonn tal-konservazzjoni tan-natura tirrappreżenta sfida prinċipali. Attenzjoni insuffiċjenti kienet mogħtija fi proġetti biex jgħinu komunitajiet lokali jiġġeneraw dħul mir-riżorsi naturali b'mod sostenibbli. Għalhekk, per eżempju, il-kaċċa illegali mill-komunitajiet lokali tibqa' theddida serja għar-riżultati miksuba mill-proġetti ta' konservazzjoni u s-sostenibiltà ambjentali tagħhom. Dan huwa reali anke f'żoni fejn il-Kummissjoni provdiet għajnuna fuq perijodi twal ta' żmien, bħall-Ġnien Nazzjonali tas-Serengeti fit-Tanżanija u żoni protetti fir-reġjun ta' l-Afrika Ċentrali ffinanzjati mill-ECOFAC. L-iżvilupp tat-turiżmu huwa mod biex jittejjeb id-dħul lokali kif ukoll nazzjonali. Madanakollu, fil-Bostwana, it-tmien proġett tal-Ħajja Selvaġġa ta' l-EDF ftit għamel biex għen fl-iżvilupp tat-turiżmu fil-Ġnien Nazzjonali ta' Makgadikgadi għalkemm qabel, is-sitt studju turistiku ta' l-EDF fil-Bostwana kien irrakkomanda tali approċċ. Il-programm ECOFAC, minkejja l-kisbiet tiegħu fil-konservazzjoni, ftit għamel progress biex jindirizza kwistjonijiet turistiċi (ara l-Kaxxa 10). Dan jenfasizza l-bżonn għall-Kummissjoni biex tkompli tfittex modi biex tgħin it-twaqqif ta' sorsi alternattivi ta' dħul għal tali komunitajiet. Kaxxa 14Proġett li juri l-importanza ta' evalwazzjoni tal-bżonnijiet tal-komunitajiet lokali fil-proġetti ambjentaliIl-proġett pilota, “l-iżvilupp ta' mudell għall-ġestjoni tal-fawna fil-foresti ta' l-Afrika Ċentrali fil-grigal ta' Gabon” (1,9 miljun EUR) kien iddisinjat biex jindirizza l-problema tal-kaċċa illegali fil-foresti fil-pjanura tal-Kongo. Il-proġett kien jinkludi bosta miżuri biex jiġu infurzati minn unitajiet kontra l-kaċċa illegali. Iżda, id-disinjaturi tal-proġett ma kkunsidrawx li bosta mill-komunitajiet lokali kienu wkoll involuti fil-kaċċa. Minħabba dan, il-proġett ma kienx identifika modi kif jgħinhom. Matul żjara tat-tim tal-verifika, rappreżentanti ta' waħda mill-komunitajiet tas-sajd lokali ammettew li kellhom ħames bażijiet tal-kaċċa ġol-foresta li ġew imneħħija mill-unitajiet ta' kontra l-kaċċa illegali u spjegaw dwar id-dilemma fit-tnaqqis reali fl-ammont ta' kaċċa u l-bżonn li tlaħħaq mal-bżonnijiet tagħha ta' terminu qasir. |
Impatt insuffiċjenti tal-proġetti fuq il-politika u l-qafas legali
|
73. |
Mingħajr qafas politiku u legali ċar u li jipprovdi għajnuna, il-prospetti li proġett jimxi 'l quddiem mill-prodotti u r-riżultati immedjati biex jikseb sostenibiltà fit-teminu twil u jkollu impatt aktar wiesa' huma mnaqqsa ħafna. Attenzjoni insuffiċjenti kienet mogħtija mill-Kummissjoni, meta identifikat il-proġetti, dwar jekk tali qafas jeżistix u, jekk le, jekk il-finanzjament ta' proġett jistax iservi biex iwassal għal bidliet fil-qafas. |
|
74. |
Oqsma legali inkompleti, partikolarment fir-rigward tad-drittijiet ta' l-art tal-benefiċjarji tal-proġett fil-komunitajiet lokali, per eżempju, fixklu l-proġetti forestali fl-Indoneżja u ċ-Ċina. Fil-Bostwana u t-Tanżanija, in-nuqqas ta' liġijiet definittivi biex jistabbilixxu ġestjoni tar-riżorsi naturali bbażati fil-komunità u oqsma ta' ġestjoni tal-ħajja selvaġġa huwa wkoll ostaklu biex proġetti jiksbu l-impatt sħiħ tagħhom. F'bosta pajjiżi n-nuqqas ta' riżorsi jew rieda biex ikunu infurzati liġijiet kontra l-kaċċa illegali biex tkun protetta l-ħajja selvaġġa dgħajjfu s-sostenibiltà tal-proġetti wara li tlestew. |
|
75. |
Mod li bih jistgħu jintużaw il-proġetti biex iġibu bidla fil-qafas politiku u legali huwa li l-Kummissjoni tpoġġi kundizzjonijiet mal-finanzjament tagħhom. Madanakollu, dan l-approċċ mhux possibbli fil-każ ta' proġetti implimentati mill-NGOs iffinanzjati permezz tal-linja ta' baġit ta' l-Ambjent u l-Foresti peress li l-gvernijiet tal-pajjiż mhumiex eliġibbli. F'xi każijiet, proġetti bilaterali ffinanzjati mill-Kummissjoni fittxew li jitolbu lill-gvernijiet benefiċjarji biex jieħdu “miżuri ta' akkumpanjament” biex jistabbilixxu miżuri approprjati. Iżda, tali miżuri ma kinux dejjem definiti tajjeb u segwiti mill-Kummissjoni. |
|
76. |
Barra dan, l-ammonti finanzjarji limitati involuti anke f'dawn il-proġetti bilaterali relattivament akbar jagħmluha aktar diffiċli biex issir insistenza biex il-miżuri ta' akkumpanjament attwalment jittieħdu. Per eżempju, fit-Tanżanija, il-Kummissjoni fittxet li tiżgura li l-gvern jalloka aktar mid-dħul tal-konċessjonijiet tal-kaċċa biex ikopri l-ispejjeż operazzjonali tar-riservi tal-kaċċa. Iżda, il-Kummissjoni ma indirizzatx il-kwistjoni fundamentali dwar il-mod mhux trasparenti li bih kienu jingħataw il-konċessjonijiet tal-kaċċa, u dan sar aktar diffiċli minħabba l-fatt li l-proġett ikkonċernat kien biss għall-2 miljun EUR. F'dan ir-rigward, l-inklużjoni ta' politika ambjentali u pakketti ta' riforma legali f'għajnuna baġitarja kbira diretta għandha tkun mod aħjar biex ikun stabbilit il-qafas neċessarji li fihom l-interventi fuq livell tal-proġett jistgħu jkun sostenibbli u jkollhom impatt. |
|
77. |
It-tixrid tar-riżultati tal-proġett u l-esperjenza miġbura jistgħu jkollhom parti prinċipali biex jinfluwenzaw il-politika. Iżda, b'mod ġenerali, id-disinn tal-proġett ma jurix approċċi ċari għat-tixrid. Barra dan, l-iskadenzi ambizzjużi żżejjed u dewmien sussegwenti naqqsu mill-iskop għall-assistenza teknika u l-NGOs biex ixerrdu riżultati qabel tmiem il-proġett. L-impatt tal-politika huwa partikolarment problematiku għall-Linja ta' Baġit ta' l-Ambjent u l-Foresti. Waqt li wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-linja ta' baġit huwa li jgħin proġetti piloti biex jikkontribwixxu fl-iżvilupp ta' l-approċċi l-ġodda tal-politika, il-Kummissjoni wżat l-aktar l-NGOs biex timplimenta dawn il-politiki u l-Kummissjoni għadha ma stabbilitx mekkaniżmi biex tiżgura li l-gvernijiet fil-pajjiżi benefiċjarji huma informati sistematikament bir-riżultati ta' dawn il-proġetti. Kaxxa 15Eżempju tat-tnaqqis ta' l-impatt tal-proġett u s-sostenibiltà minħabba problemi bil-qafas politiku u legaliFil-Brażil, il-Kummissjoni permezz tal-Programm tal-Politika tar-Riżorsi Naturali (NRPP), tiffinanzja d-deċiżjoni u l-implimentazzjoni ta' mudell integrat tal-ġestjoni ambjentali u d-deċentralizzazzjoni tiegħu mill-Gvern ċentrali lill-istat u livelli muniċipali f'ħames Stati ta' l-Amażonja (16,7 miljun EUR). L-NRPP kien il-proġett prinċipali ffinanzjat taħt il-Programm Pilota tal-Foresti Tropikali (PPG7), immirat biex jilħaq l-għan l-aktar importanti tal-kontroll u jwaqqfu u jdawwru l-proċess tad-deforestazzjoni fl-Amażonja.Il-mudell ta' ġestjoni ambjentali kien inqas effettiv milli kien mistenni biex jikkontrolla d-deforestazzjoni. Fost ir-raġunijiet għal dan, in-nuqqas ta' impenn politiku fil-livell politiku ta' l-Istat kien determinanti. Il-finanzji prekarji ta' ħafna mill-Istati u muniċipalitajiet u l-interess ekonomiku personali ta' xi persuni prominenti kemm ta' l-Istat l-ipproċessar tas-siġar u l-espansjoni agrikola, li jiġġeneraw dħul u impjiegi b'detriment għall-ġestjoni tal-foresti. Minħabba dawn, f'xi Stati l-mudell ftit kellu impatt fuq il-politika pubblika jew, fl-għar tiegħu, kien użat biss bħala strument ta' restrizzjoni. Barra dan, kien użat biex jidentifika oqsma ta' espansjoni ekonomika oħra aktar milli għall-ġestjoni ambjentali. L-Istat ta' Mato Grosso, fejn il-mudell ġie żviluppat l-aħjar, kien, iżda, l-istat bl-għar rata ta' deforestazzjoni fl-2004.Il-programm ma kienx kapaċi jiggarantixxi li kwistjonijiet ambjentali kienu integrati effettivament f'setturi oħra bħall-agrikoltura, foresti, edukazzjoni, trasport, eċċ. fl-Istati. Dan huwa aspett kruċjali għax il-proġramm jopera f'kuntest politiku u ekonomiku ta' politiki ta' terminu qasir favur l-iżvilupp u prijoritajiet li ma jaqblux ma' l-iżvilupp sostenibbli. Il-politika ta' integrazzjoni fqira tfisser li aġenziji ambjentali ta' l-Istat ikollhom iserrħu wisq fuq proċeduri ta' kmand-u-kontroll. Madanakollu, huwa minħabba n-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji u persunal imħarreg għalhemm m'hemm l-ebda proċedura ta' l-għotja ta' liċenzji u kontroll effettiv. |
Approċċ mhux realistiku lejn il-vijabilità finanzjarja
|
78. |
Il-proġetti tal-Kummissjoni fis-settur ta' l-ambjent, bħal f'setturi oħra, inkludew l-ipoteżi li għandhom ikunu finalment sostenibbli finanzjarjament. Fi proġetti li jiġġeneraw id-dħul dan huwa skop li jista jkun segwit b'mod realistiku. Fil-fatt, fi proġetti għat-trattament ta' l-ilma maħmuġ fil-Mauritius u fit-tieni belt tat-Tanżanija, Mwanza, kien qed isir progress tajjeb lejn dan il-għan, it-tariffi ta' l-ilma kienu qed jiġu miżjuda b'mod kontinwu lejn livell fejn ikopru l-ispejjeż operazzjonali u ta' deprezzament. Min-naħa l-oħra, fir-reġjun Paċifiku proġetti tar-rimi ta' l-iskart solidu f'Fiġi u Tavalu kienu qed jiltaqgħu ma' diffikultajiet għax il-popolazzjoni ma kinitx lesta li tħallas għas-servizz. |
|
79. |
Fil-każ tal-proġetti ffinanzjati mill-Linja ta' Baġit ta' l-Ambjent u l-Foresti, għażla minnhom hija biex dawn il-proġetti relattivament żgħar, bosta drabi pilota, jirċievu iżded finanzjament fil-forma ta' proġetti akbar iffinanzjati mill-EDF u l-linja ta' baġit ġeografika. Madanakollu, dan rarament seħħ fil-prattika. Min-naħa dan huwa r-riżultat tal-Kummissjoni li ma kellhiex strateġija ċara biex tippromovi s-segwitu ta' dawn il-proġetti żgħar pilota permezz ta' proġetti bilaterali akbar. Fil-fatt, kemm fil-Kummissjoni kif ukoll fil-pajjiżi benefiċjarji kien hemm tendenza li l-fondi disponibbli taħt il-linja ta' Baġit ta' l-Ambjent u l-Foresti bħala raġjuni biex ma jkunux allokati fondi bilaterali lis-settur ta' l-ambjent. |
|
80. |
Xorta waħda l-prospetti għall-vijabilità finanzjarja mingħajr l-għajnuna tal-gvern huma limitati ħafna f'pajjiżi, u f'bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw il-baġits tal-gvern huma insuffiċjenti biex jiffinanzjaw miżuri ta' konservazzjoni. Sabiex jinkoraġixxu aktar finanzjament tal-protezzjoni ambjentali mill-gvernijiet benefiċjarji, hemm skop għall-Kummissjoni u donaturi oħra biex jgħinu aktar riċerka u jidħlu f'aktar djalogu mal-pajjiżi benefiċjarji dwar il-benefiċċji ekonomiċi tal-konservazzjoni ambjentali u l-bżonn li jkun evitat it-tnaqqis ta' l-assi tar-riżorsi naturali. Minkejja dan, għall-ħafna gvernijiet benefiċjarji, benefiċċji akbar ekonomiċi, għall-inqas fit-terminu l-qasir, jistgħu jitnisslu mill-isfruttar tar-riżorsi naturali disponibbli f'żoni ta' konservazzjoni. Bosta każijiet ta' dan kienu misjuba matul il-verifika li heddu li jkunu ta' ħsara għar-riżultati li l-proġetti kienu kisbu (ara l-Kaxxa 16). |
|
81. |
Fl-istess ħin, il-benefiċċji mnissla mill-Unjoni Ewropea mill-protezzjoni kontinwa ta' l-ambjent f'pajjiżi li qed jiżviluppaw għandha tkun rikonoxxuta b'mod ċar. F'dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jkun mistoqsi jekk l-approċċ tradizzjonali tal-Kummissjoni għall-iżvilupp tal-proġetti għall-finanzjament ta' proġett għal ftit snin biss, wara liema huwa meħtieġ li jsir finanzjarjament vijabbli, huwa approprjat għas-settur ta' l-ambjent. Kieku l-Kummissjoni stabbiliet stateġija komprensiva biex tindirizza l-ambjent fil-kuntest ta' l-għajnuna għall-iżvilupp (ara l-paragrafu 11), konsiderazzjoni akbar kienet tkun mogħtija għall-approċċi oħra biex jgħinu l-forniment bħal:
Kaxxa 16Attivitajiet ekonomiċi li jheddu li jagħmlu ħsara lill-effettività tal-proġettiFl-Indoneżja l-Kummissjoni għenet l-iżvilupp tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti fiż-żona ta' Berau ta' Kalimantan. Iżda, il-Kumpanija Berau Coal għandha liċenzja għal 25 % taż-żona, li tinkludi 16 mit-18-il biċċa art li qed jiġu ffinanzjati għar-riċerka fit-terminu t-twil. Għalkemm l-attivitajiet tat-tħaffir għall-faħam huma sospiżi uffiċjalment minn ta' l-anqas sa l-2011, it-terminu inizjali tal-proġett kurrenti, attivitajiet ta' esplorazzjoni fuq is-saffi tal-faħam kienu qed iseħħu anke waqt il-missjoni tal-Qorti f'Ġunju ta' l-2005. Il-qtugħ illegali tas-siġar kompla wkoll biex inaqqas l-effettività tal-finanzjament tal-Kummissjoni tas-settur tal-foresti fl-Indoneżja.Fiċ-Ċina, minkejja l-projbizzjoni ġenerali kontra l-qtugħ tas-siġar, fi tnejn (Hainan, Hunan) mit-tliet provinċji koperti mill-proġett tal-Foresti Naturali, id-deforestazzjoni kompliet.Fit-Tanżanija, l-attivitajiet ta' l-esplorazzjoni tal-minjieri kienu qed iseħħu fir-Riżerva tal-Kaċċa ta' Kogosi, waħda mir-riżervi li kienet qed tiġi ffinanzjata mill-EDF. |
KONLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET
Konklużjonijiet
|
82. |
Il-Kummissjoni għad jonqosha biex tindirizza suffiċjentement l-aspetti ambjentali tal-koperazzjoni tagħha fl-iżvilupp u jonqosha tistabbilixxi strateġija ta' l-ambjent komprensiva għall-koperazzjoni tagħha fl-iżvilupp. Il-politika dwar l-iżvilupp il-ġdida, iffirmata f'Diċembru 2005, tipprovdi bażi aktar ċara biex tiżviluppa tali strateġija billi tirrikonoxxi l-importanza mhux biss biex tintegra l-ambjent fil-programmi u l-proġetti għall-iżvilupp kollha iżda wkoll tagħmel l-ambjent qasam ta' prijorità għall-infieq. Minkejja dan, mingħajr strateġija ċara li tgħin sabiex l-approċċ tal-politika l-ġdida dwar l-iżvilupp ta' l-ambjent issir operazzjonali, il-benefiċċji potenzjali tagħha aktarx ikunu mħassra. |
|
83. |
Matul il-perijodu 2001-2005, l-istrateġija tal-Kummissjoni kienet iffukata prinċipalment fuq l-integrazzjoni ta' l-ambjent f'koperazzjoni fl-iżvilupp. Iżda, l-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija kienet bil-mod u ma kinitx segwita b'mod adegwat waqt li l-implikazzjonijiet ta' l-istrateġija f'termini ta' bżonnijiet ta' persunal addizzjonali ma ġewx indirizzati b'mod korrett. Għalkemm taħriġ għall-persunal eżisteni dwar l-integrazzjoni ambjentali beda fl-2005, sofra mill-fatt li ma kienx obligatorju għall-uffiċjali prinċipali. Il-preparazzjoni ta' manwal dwar l-integrazzjoni ambjentali kien imdewwem serjament u kien kważi lest biss lejn l-aħħar ta' l-2005. B'mod aktar ġenerali, aktar attenzjoni setgħat ingħatat għall-monitoraġġ, evalwazzjoni u rrapurtar dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-koperazzjoni fl-iżvilupp tal-Kummissjoni. |
|
84. |
Minn banda minħabba uħud minn dawn in-nuqqasijiet, l-ambjent għad jonqsu biex ikun integrat effettivament fil-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Kummissjoni. CSPs (2001-2006) kurrenti ma indirizzawx b'mod adegwat kwistjonijiet ambjentali għalkemm il-Kummissjoni ħadet passi sinifikanti biex ittejjeb l-analiżi ambjentali disponibbli għall-ġenerazzjoni li jmiss tas-CSPs li qed jiġu preparati issa. Kemm din l-analiżi mtejba ser tkun tradotta ġo CSPs ġodda jiddependi fuq il-prijorità mogħtija lill-ambjent kemm mill-Kummissjoni u l-pajjiżi benefiċjarji. Waqt li l-integrazzjoni ta' l-ambjent f'għajnuna baġitarja diretta huwa sfida sinifikanti għad-donaturi kollha, il-Kummissjoni ftit ħadmet biex tindirizza din il-kwistjoni importanti. Fuq livell tal-proġett, l-integrazzjoni ambjentali sofriet min-nuqqas ta' proċeduri sistematiċi fl-assenza ta' manwal li jiddefinixxi biċ-ċar proċeduri prinċipali u jagħmel l-osservanza tagħhom obbligatorja. |
|
85. |
Waqt li proġetti ta' l-ambjent finanzjati kienu rilevanti l-prodotti u r-riżultati miksuba ta' sikwit ma laħqux l-għanijiet għalkemm f'xi każijiet dan kien minħabba li d-disinn tal-proġett kien ambizzjuż iżżejjed. Barra mill-problemi tad-disinn u l-implimentazzjoni l-approċċ tal-proġett, għall-inqas f'iżolazzjoni minn strumenti ta' għajnuna oħra, għandu diffikultajiet inerenti biex jikseb impatti sinifikanti u jiżgura l-vijabilità finanzjarja. Dan juri l-bżonn li ssir stima tal-possibbiltà li jintużaw strumenti biex jindirizzaw aħjar dawn il-kwistjonijiet fil-kuntest ta' strateġija ta' l-ambjent ġenerali. |
|
86. |
Hemm bżonn li l-Kummissjoni tiċċara x'importanza għandu l-ambjent bħala prijorità fost il-bosta prijoritajiet differenti li għandha tindirizza fil-qasam tal-koperazzjoni fl-iżvilupp. Jekk l-ambjent għandu jitqies bħala wieħed mit-tliet pilastri għall-iżvilupp sostenibbli dan jeżiġi li l-Kummissjoni tfittex li tiżgura li din il-prijorità tal-politika hija realment tradotta fil-programmi u l-progetti ta' l-ambjent fid-Dokumenti ta' Strateġija ta' Pajjiż, li għandha biżżejjed kompetenza interna u li proċeduri ta' integrazzjoni ambjentali ċari huma kemm definiti kif ukoll osservati. |
Rakkomandazzjonijiet
It-twaqqif ta' strateġija komprensiva għall-ambjent u s-segwitu ta' l-implimentazzjoni tagħha
|
87. |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi strateġija komprensiva għall-aspetti ambjentali tal-koperazzjoni fl-iżvilupp tagħha, ibbażata fuq l-approċċ il-ġdid għall-kwistjonijiet ambjentali adottati fil-Politika dwar l-Iżvilupp ta' l-2005. |
|
88. |
Il-Kummissjoni għandha teżamina qafas ta' ħidma kurrenti għall-istrateġija ta' integrazzjoni ambjentali kif ukoll il-proċeduri li huma fis-seħħ biex tkun segwita l-implimentazzjoni tagħha. |
|
89. |
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-adegwatezza tal-kapaċità interna tagħha biex timplimenta l-istrateġija ambjentali tagħha. |
|
90. |
Il-manwal ta' l-integrazzjoni ta' l-ambjent għandu jiġi kkompletat u approvat l-aktar kmieni possibbli u l-mekkaniżmi adegwati stabbiliti biex ikun żgurat li l-proċeduri mniżżla fil-manwal huma implimentati sistematikament. |
|
91. |
It-taħrig, filwaqt li jinżamm kont tal-manwal il-ġdid, għandu jsir obbligatorju għall-persunal prinċipali kollu u biżżejjed fondi għandhom ikunu allokati għal dan il-għan. |
|
92. |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema komprensiva biex teżamina l-prestazzjoni ambjentali tagħha billi tagħmel evalwazzjoni ġenerali, ittejjeb is-sistemi biex tevalwa proġetti individwali u tutilizza aħjar id-dejta mis-sistema ta' monitoraġġ estern tagħha. |
|
93. |
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sistema ta' rappurtar intern tagħha biex tiżgura r-reġistrazzjoni ta' l-infiq relatat ma' l-ambjent ġol-qafas tal-proġetti li m'għandhomx l-ambjent bħala l-għan primarju tagħhom. |
Titjib fl-effettività ta' l-integrazzjoni ambjentali
|
94. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet ta' CEPs reċenti huma segwiti b'mod sistematiku u trasparenti meta jiġu preparati s-CSPs il-ġodda. |
|
95. |
Il-Kummissjoni għandha tagħmel sforz partikolari biex tintegra aħjar l-ambjent fl-għajnuna baġitarja diretta tagħha, b'mod partikolari billi tiżgura li s-SEAs ikunu eżegwiti u billi tfittex opportunitajiet biex tinkludi indikaturi ambjentali. |
|
96. |
Proċeduri speċifiċi biex tiżgura evalwazzjoni fid-dettall tal-proġetti kollha ambjentali għandhom ikunu stabbiliti u dawn għandhom ikunu kkontrollati minn punti fokali ambjentali fid-Delegazzjonijiet u mill-persunal speċjalizzat fl-ambjent fl-EuropeAid. |
|
97. |
Kontrolli speċifiċi għandhom ikunu introdotti biex jiżguraw li EIAs jiġu mibdija kull fejn jixraq u li r-rakkomandazzjonijiet ikunu segwiti fil-pjanijiet tal-ġestjoni ta' l-ambjent u l-kundizzjonijiet kontrattwali. |
Titjib fl-effettività tal-proġetti ambjentali
|
98. |
Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità akbar għall-evalwazzjoni fuq il-post ta' proposti għal proġetti ambjentali. |
|
99. |
Il-Kummissjoni għandha tiegħu aktar passi biex tidentifika u tneħħi l-impedimenti fil-proċeduri ta' l-akkwist. |
|
100. |
Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni akbar biex tingħata għajnuna lill-komunitajiet lokali biex isibu modi sostenibbli biex jużaw ir-riżorsi naturali. |
|
101. |
Bi ħsieb biex ittejjeb l-impatt u s-sotenibbiltà, inkluż il-bini tal-kapaċità istituzzjonali, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-effettività ta' l-istrumenti differenti ta' għajnuna fis-settur ta' l-ambjent. Bħala alternattivi għall-approċċ kurrenti li jintużaw proġetti relattivament ta' terminu qasir, għandu jkun ikkunsidrat li jsir użu akbar mill-programmi ta' l-għajnuna politika settorali, fondi fiduċjarji, u kofinanzjament mal-Faċilità Globali ta' l-Ambjent kif ukoll fil-finanzjament ta' proġetti tradizzjonali fuq perijodi ta' żmien itwal. |
Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-15 ta' Ġunju 2006.
Għall-Qorti ta' l-Awdituri
Hubert WEBER
President
(1) Meta indirizzat dawn il-mistoqsijiet prinċipali, il-verifika kkunsidrat ukoll il-linji ta' gwida tal-verifika ambjentali ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (INTOSAI).
(2) Ir-raġuni prinċipali li qed jiġu ffukati l-foresti huwa li l-Kummissjoni għandha linja ta' baġit speċjali għall-foresti tropikali u foresti oħra (ara l-paragrafu 10). Filwaqt li fl-2004 faċilità speċjali ta' l-ilma ACP-UE ġiet maħluqa, din għadha f'fażi bikrija ta' implimentazzjoni.
(3) Iż-żewġ pilastri l-oħra huma s-saħħa ekonomika u l-iżvilupp soċjali. L-aktar definizzjoni wżata ta' żvilupp sostenibbli hija żvilupp li jissodisfa l-bżonnijiet tal-preżent mingħajr ma jikkomprometti l-kapaċità ta' ġenerazzjonijiet futuri li jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom (Ir-Rapport ta' Bruntland dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp 1987).
(4) Artikolu 177 tat-Trattat tal-KE jgħid li l-iżvilupp sostenibbli huwa għan tal-koperazzjoni fl-iżvilupp.
(5) Artikolu 32 tal-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou ffirmat fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 317, 15.12.2000).
(6) Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 443/92 tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-għajnuna finanzjarja u teknika lill-, u koperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Asja u l-Amerika Latina (ĠU L 52, 27.2.1992, p. 1).
(7) Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1488/96 tat-23 ta' Lulju 1996 dwar miżuri finanzjarji u tekniċi biex jakkumpanjaw (MEDA) ir-riforma ta' strutturi ekonimiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja (ĠU L 189, 30.7.1996, p. 1).
(8) Regolament (KE) Nru 2494/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2000 dwar miżuri biex tiġi promossa l-konservazzjoni u l-immaniġġjar sostenibbli tal-foresti tropikali u foresti oħrajn f'pajjiżi li qed jiżviluppaw (ĠU L 288, 15.11.2000, p. 6).
(9) Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “Proposal for a Joint Declaration by the Council, the European Parliament and the Commission on the EU Development Policy” (Proposta għall-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp ta' l-UE) tat-13 ta' Lulju 2005 bassret… attenzjoni akbar għad-dimensjoni ambjentali ta' l-iżvilupp sostenibbli permezz tal-promozzjoni tiegħu mit-tema orizzontali lejn għan espliċitu għall-għajnuna ta' l-UE riflessa bi prioritajiet tematiċi dettaljati ta' l-għajnuna tal-KE.
(10) Il-Kummissjoni organizzat evalwazzjoni aktar speċifika tal-linja ta' baġit ta' l-Ambjent u l-Foresti Tropikali, kif imniżżla f'Regolamenti relatati fl-2004.
(11) Fl-2002 il-Bank Dinji introduċa sistema ġdida ta' kodiċi b'żewġ dimensjonijiet. Kull self huwa mmarkat kemm b'kodiċi ta' tema kif ukoll b'kodiċi ta' settur. Il-11-il kodiċi ta' tema jikkorrispondu ma' għanijiet u objettivi ta' l-attivitajiet tal-Bank u t-12-il kodiċi ta' settur jindikaw il-partijiet ta' l-ekonomija li jibbenefikaw direttament mill-għajnuna tal-Bank. L-ambjent u r-riżorsi naturali huwa 1 minn 11-il tema.
(12) Sa mit-tmiem tas-snin 90 il-pajjiżi li qed jiżviluppaw stabbilew Dokumenti ta' Strateġija għat-Tnaqqis tal-Faqar biex jipprovdu qafas għall-politika u programmi domestiċi, kif ukoll għall-assistenza barranija, bil-għan ġenerali biex inaqqsu l-faqar.
(13) Status u evoluzzjoni ta' prijoritajiet ambjentali fl-istrateġiji għat-tnaqqis tal-faqar: evalwazzjoni ta' ħamsin dokument dwar it-tnaqqis tal-faqar. Dokumenti tad-Dipartiment ta' l-Ambjent, Bank Dinji, Novembru 2003.
(14) Kumitat ta' l-Assistenza għall-Iżvilupp ta' l-OECD. Linji ta' Gwida dwar l-Assistenza u l-Ambjent Nru 2: Prattiċi Tajba għal Stimi u Strateġiji Ambjentali tal-Pajjiż. It-terminu ekwivalenti wżat mill-Kummissjoni huwa l-Profili ta' l-Ambjent tal-Pajjiż (CEP).
(15) Regolament (KE) Nru 2493/2000 tal-Parlament u l-Kunsill Ewropew tas-7 ta' Novembru 2000 dwar miżuri biex jippromovu l-integrazzjoni sħiħa tad-dimensjoni ambjentali fil-proċess ta' żvilupp tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw (ĠU L 288, 15.11.2000, p. 1).
(16) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija fuq l-integrazzjoni ta' problemi ambjentali fil-koperazzjoni ekonomika u ta' żvilupp tal-KE biex tipromwovi l-iżvilupp sostenibbli paragrafu 3.6 (8971/01).
(17) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija fuq l-integrazzjoni ta' problemi ambjentali fil-koperazzjoni ekonomika u ta' żvilupp tal-KE biex tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli paragrafu 3.14 (8971/01).
(18) Fiż-żmien li seħħet il-verifika l-OECD DAC kellu laqgħa ta' xogħol dwar l-użu tas-SEAs fil-kuntest tal-koperazzjoni fl-iżvilupp.
(19) It-tliet kategoriji maħsuba huma: A — Impatt Ambjentali Għoli, B — Riskji u opportunitajiet ambjentali b'possibiltà sinifikanti, Ċ — Impatt Ambjentali Baxx.
(20) Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-evalwazzjoni ta' l-effett ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40), emendata bid-Direttiva 97/11/KE tat-3 ta' Marzu 1997 (ĠU L 73, 14.3.1997, p. 5).
(21) Artikolu 37 tar-Raba' Konvenzjoni ACP-KEE iffirmata f'Lomé fil-15 ta' Diċembru 1989 (ĠU L 229, 17.8.1991).
(22) Linji ta' gwida tal-Kumitat ta' l-Assistenza għall-Iżvilupp ta' l-OECD dwar l-Għajnuna u l-Ambjent Nru 1 “Good Practices for Environmental Impact Assessment of Development Projects” (Prattiċi Tajba għall-evalwazzjoni ta' l-Impatt ta' l-Iżvilupp tal-Proġetti), Pariġi 1992.
ANNESS I
KUMITAT TA' L-ASSISTENZA GĦALL-IŻVILUPP TA' L-OECD — KLASSIFIKAZZJONI TA' PROĠETT
|
Kodiċi DAC5 (1) |
Kodiċicrs (2) |
Deskrizzjoni |
Kjarifiki/Noti addizzjonali dwar ir-rapport |
|
410 |
|
Protezzjoni Ambjentali Ġenerali |
Mhux speċifiku għas-settur. |
|
|
41 010 |
Politika Ambjentali u ġestjoni amministrattiva |
Politika ta' l-Ambjent, liġijiet, regolamenti u strumenti ekonomiċi; istituzzjonijiet u prattiċi t'ammistrazzjoni, ippjanar ambjentali u għall-użu ta' l-art u proċeduri tat-tehid tad-deċiżjonijiet, seminars, laqgħat, diversi miżuri ta' konservazzjoni u protezzjoni mhux speċifikati hawn taħt. |
|
|
41 020 |
Protezzjoni tal-bijosfera |
Kontroll tat-tniġġiż ta' l-arja, preservazzjoni tas-saff ta' l-ożonu; kontroll tat-tniġġiż tal-baħar. |
|
41 030 |
Bijodiversità |
Inklużi riżervi naturali u azzjonijiet fiż-żoni ta' madwarhom; miżuri oħra biex jipproteġu l-ispeċi fil-periklu u vulnerabbli u l-ambjent naturali tagħhom (eż. il-preservazzjoni ta' artijiet mistagħdra). |
|
|
41 040 |
Preservazzjoni ta' żona |
Japplika għall-pajsaġġi kulturali uniċi inklużi żoni/oġġetti ta' valur storiku, arkeoloġiku, estetiku, xjentifiku u edukattiv. |
|
|
41 050 |
Kontroll/prevenzjoni ta' l-għarar |
Għarar minn xmajjar u l-baħar; inklużi attivitajiet relatati mal-kontroll tad-dħul ta' ilma baħar u ż-żieda fil-livell tal-baħar. |
|
|
|
41 081 |
Edukazzjoni ambjent/taħriġ |
|
|
41 082 |
Riċerka ambjentali |
Inklużi t-twaqqif ta' databases, inventarji/rendikonti ta' riżorsi fiżiċi u naturali; profili ambjentali u studji dwar l-impatti jekk mhux speċifiċi għas-settur. |
(1) Kodiċi tal-Kumitat ta' l-Assistenza għall-Iżvilupp ta' l-OECD.
(2) Kodiċi tas-Sistema ta' Rappurtar tal-Kredituri.
ANNESS II
PROĠETTI TA' L-AMBJENT EŻAMINATI U EVALWAZZJONI TA' L-EFFETTIVITÀ TAGĦHOM
|
|
Rilevanza |
Prodott |
Riżultati miksuba |
Impatt |
Prospetti għas-sostenibiltà |
|||||
|
Pajjiż/Reġjun |
Deskrizzjoni tal-proġett |
Sors tal-finanzjament |
Ammont f'euro |
Data tal-bidu tal-proġett |
Data tal-kompletazzjoni tal-proġett |
Iva/le |
Iva/parzjali/ma japplikax |
Bosta/ xi wħud/ftit/ma japplikax |
Għoli/medju/baxx/ma japplikax |
Tajjeb/limitat |
|
Botswana |
7th EDF Wildlife |
EDF |
6 400 000 |
20.12.1993 |
30.6.2004 |
iva |
parzjali |
xi wħud |
baxx |
limitat |
|
Botswana |
8th EDF Wildlife |
EDF |
14 000 000 |
6.11.2001 |
31.12.2007 |
iva |
parzjali |
ftit |
baxx |
limitat |
|
Botswana |
Okavango Research Centre |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
1 500 000 |
29.12.1999 |
28.2.2005 |
iva |
parzjali |
ftit |
baxx |
limitat |
|
Botswana |
7th EDF forestry |
EDF |
3 000 000 |
18.12.1992 |
30.6.2004 |
iva |
parzjali |
ftit |
baxx |
limitat |
|
Botswana |
8th EDF forestry |
EDF |
2 000 000 |
25.1.2000 |
6.3.2002 |
iva |
parzjali |
ftit |
baxx |
limitat |
|
Brażil |
Ecological Corridors |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
7 000 000 |
1.5.2002 |
1.5.2007 |
iva |
parzjali |
ma japplikax |
ma japplikax |
tajjeb |
|
Brażil |
Natural Resources Policy Subprogram — NRPP |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
16 700 000 |
1.7.1995 |
30.6.2006 |
iva |
iva |
bosta |
baxx |
tajjeb |
|
Brażil |
Extractive Reserves — RESEX, Phase II |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
7 000 000 |
22.11.2000 |
31.7.2007 |
iva |
parzjali |
xi wħud |
baxx |
tajjeb |
|
Brażil |
Sustainable Development of the Cuiabà-Santarem economic corridor in central Amazonian: reconciling economic growth and large scale forest conservation |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
1 497 295 |
17.9.2003 |
17.9.2006 |
iva |
parzjali |
xi wħud |
baxx |
tajjeb |
|
Brażil |
Demonstration Projects — PD/A |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
4 000 000 |
20.9.1994 |
31.12.2003 |
iva |
iva |
bosta |
baxx |
limitat |
|
Brażil |
Directed research Program, Phase II |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
5 000 000 |
29.7.1998 |
28.2.2003 |
iva |
iva |
bosta |
baxx |
limitat |
|
Reġjun ċentrali afrikan |
ECOFAC |
EDF |
72 450 000 |
1992 |
1.9.2004 |
iva |
iva |
bosta |
baxx |
limitat |
|
Reġjun ċentrali afrikan |
Programme régional de gestion de l'information environnementale (PRGIE) |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
3 334 697 |
1.3.1998 |
7.4.2003 |
iva |
parzjali |
ftit |
baxx |
limitat |
|
Ċina |
Environmental Management Cooperation Programme |
Linja ta' Baġit ALA |
13 000 000 |
11.6.1998 |
30.9.2005 |
iva |
iva |
bosta |
medju |
tajjeb |
|
Ċina |
Liaoning Integrated Environmental Programme (LIEP) |
Linja ta' Baġit ALA |
37 000 000 |
11.6.1998 |
30.6.2005 |
iva |
iva |
bosta |
medju |
tajjeb |
|
Ċina |
Natural Forest Management Programme |
Linja ta' Baġit ALA |
16 900 000 |
6.11.2001 |
31.10.2006 |
iva |
parzjali |
ftit |
baxx |
limitat |
|
Ċina |
Energy-Environment Programme |
Linja ta' Baġit ALA |
20 000 000 |
3.4.2002 |
31.3.2007 |
iva |
parzjali |
ma japplikax |
ma japplikax |
limitat |
|
Fiġi |
Environment programme |
EDF |
8 500 000 |
31.12.2002 |
31.12.2005 |
iva |
iva |
bosta |
medju |
tajjeb |
|
Gabon |
Valorisation des aires protégées (PSVAP) |
EDF |
4 700 000 |
31.12.2001 |
31.12.2006 |
iva |
iva |
bosta |
medju |
limitat |
|
Gabon |
Chasse villageoise et conservation |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
1 400 000 |
25.9.2003 |
25.9.2005 |
iva |
iva |
bosta |
medju |
limitat |
|
Gabon |
Appui régional à l'École Nationale des Eaux et Forêts |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
4 410 000 |
1.12.2002 |
31.12.2006 |
iva |
parzjali |
ma japplikax |
baxx |
limitat |
|
Gabon |
Conservation par la valorisation des espèces phares |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
1 696 537 |
27.2.2003 |
26.2.2006 |
iva |
parzjali |
ftit |
baxx |
limitat |
|
Gwatemala |
Protection and Regional Management of Coastal Resources in the Gulf of Honduras |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
1 120 415 |
1.2.2003 |
31.1.2006 |
iva |
parzjali |
ftit |
baxx |
limitat |
|
Gwatemala |
Forest livelihood for the poor regional project: certification and market development for sustainable forestry in Central America |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
2 221 846 |
15.3.2003 |
15.3.2006 |
iva |
parzjali |
ftit |
baxx |
limitat |
|
Ħonduras |
Proyecto de comanejo sustentable de la Biosfera Tawahka Asangni y parte sur de la Biosfera de Río Plátano |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
1 623 838 |
1.1.2005 |
1.1.2008 |
iva |
ma japplikax |
ma japplikax |
ma japplikax |
tajjeb |
|
Ħonduras |
Programa de desarrollo y gestión sostenible de las cuencas de Honduras (Forcuencas) |
Linja ta' Baġit ALA |
34 000 000 |
1.7.2004 |
1.7.2010 |
iva |
parzjali |
ma japplikax |
ma japplikax |
tajjeb |
|
Ħonduras |
(Protezzjoni tal-bijosfera tal-foresta tropikali ta' Tawahka Asangni) |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
861 445 |
27.4.1999 |
31.12.2003 |
iva |
iva |
bosta |
għoli |
tajjeb |
|
Indoneżja |
Improving governance of forest resources and reducing illegal logging and associated trade with full civil society participation in S.E. Asia (EIA/Telapak) |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
2 000 000 |
1.4.2005 |
31.3.2008 |
iva |
ma japplikax |
ma japplikax |
ma japplikax |
tajjeb |
|
Indoneżja |
Promotion of ecologically sustainable, socially equitable and economically viable forest management in Indonesia through implementation of credible certification systems (LEI) |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
924 648 |
1.3.2004 |
28.2.2006 |
iva |
iva |
bosta |
medju |
tajjeb |
|
Indoneżja |
Leuser Development Programme (LDP) |
Linja ta' Baġit ALA |
27 670 327 |
1.5.1995 |
1.11.2004 |
iva |
iva |
bosta |
medju |
tajjeb |
|
Indoneżja |
South Sumatra forest fire management project (SSFFMP) |
Linja ta' Baġit ALA |
8 500 000 |
20.12.2001 |
20.12.2006 |
iva |
iva |
bosta |
medju |
tajjeb |
|
Indoneżja |
EC-Indonesia FLEGT support project (FLEGT) |
Linja ta' Baġit ALA |
15 000 000 |
30.3.2005 |
30.3.2013 |
iva |
ma japplikax |
ma japplikax |
ma japplikax |
tajjeb |
|
Indoneżja |
Berau forest management project (BFMP) |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
7 926 767 |
1.4.1996 |
1.3.2002 |
iva |
iva |
bosta |
baxx |
limitat |
|
Indoneżja |
Berau forest bridging project (BFBP) |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
697 986 |
1.9.2002 |
30.6.2004 |
iva |
iva |
bosta |
baxx |
limitat |
|
Indoneżja |
Participatory land use planning for sustainable forest resource management in the Tanimbar Islands, Eastern Indonesia (Tanimbar) |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
991 905 |
1.11.2002 |
31.10.2005 |
iva |
iva |
bosta |
medju |
limitat |
|
Indoneżja |
Participative management of natural resources in Berau and Bulungan (PMNRBB) |
Linja ta' Baġit ALA |
17 000 000 |
27.3.2003 |
21.12.2010 |
iva |
parzjali |
ma japplikax |
ma japplikax |
limitat |
|
Indoneżja |
Illegal logging response centre (ILRC) |
Linja ta' Baġit ALA |
2 000 000 |
1.4.2001 |
1.2.2006 |
iva |
iva |
xi wħud |
baxx |
limitat |
|
Mali |
Lutte contre l'ensablement |
EDF |
7 359 099 |
21.1.1994 |
30.9.2001 |
iva |
iva |
bosta |
għoli |
tajjeb |
|
Mali |
Lutte contre la désertification |
EDF |
14 000 000 |
22.5.2001 |
31.12.2006 |
iva |
iva |
xi wħud |
medju |
limitat |
|
Mali |
Gestion intentionnelle des ressources (AGIR) |
EDF |
2 000 000 |
1.7.2000 |
31.12.2005 |
iva |
iva |
bosta |
baxx |
limitat |
|
Mauritius |
Wastewater Sectoral Policy support Programme |
EDF |
29 800 000 |
26.1.2004 |
31.12.2009 |
iva |
iva |
xi wħud |
medju |
tajjeb |
|
Mauritius |
St Martins Wastewater plant |
EDF |
16 700 000 |
15.4.1999 |
1.1.2005 |
iva |
iva |
bosta |
medju |
tajjeb |
|
Mauritius |
Rodrigues Anti-Érosion |
EDF |
4 000 000 |
15.3.1999 |
30.6.2004 |
iva |
iva |
bosta |
medju |
tajjeb |
|
Mauritius |
Regional Environmental Education Programme |
EDF |
2 000 000 |
2.5.2000 |
31.12.2005 |
iva |
parzjali |
ma japplikax |
ma japplikax |
limitat |
|
Mauritius |
Support to Regional Environmental Programmes |
EDF |
11 000 000 |
8.7.1993 |
31.12.2003 |
iva |
parzjali |
ftit |
baxx |
limitat |
|
Marokk |
Protection de la biodiversité des ressources en eau du bassin versant de la Moulouya |
LIFE-Third countries |
169 423 |
11.11.2002 |
31.12.2005 |
iva |
iva |
bosta |
medju |
tajjeb |
|
Marokk |
Projet de démonstration sur les stratégies de lutte contre la désertification dans les zones arides avec implication directe des communautés agropastorales locales en Afrique du Nord (Maroc et Tunisie) |
MEDA-SMAP |
3 446 678 |
2.9.2002 |
1.4.2007 |
iva |
iva |
bosta |
għoli |
tajjeb |
|
Marokk |
Amélioration de la qualité de l'air urbain — Tetouan |
MEDA-SMAP |
2 020 745 |
21.12.2001 |
30.9.2005 |
iva |
iva |
bosta |
medju |
tajjeb |
|
Marokk |
Protection et gestion participative des écosystèmes forestiers du Rif (Gefrif) |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
1 950 000 |
1.6.1998 |
30.9.2001 |
iva |
iva |
bosta |
baxx |
limitat |
|
Marokk |
Création d'une maison de l'environnement pour les villes de Meckhnes et Fez |
LIFE-Pajjiżi terzi |
320 000 |
24.11.1999 |
30.6.2003 |
le |
parzjali |
ftit |
baxx |
limitat |
|
Nikaragwa |
Café: un ejemplo de producción y consumo responsable |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
1 221 620 |
1.5.2003 |
20.4.2006 |
iva |
parzjali |
xi wħud |
medju |
tajjeb |
|
Reġjun paċifiku |
Sustainable Management of sites globally important for biodiversity in the Pacific |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
1 293 032 |
6.9.2003 |
6.9.2007 |
iva |
iva |
ma japplikax |
ma japplikax |
limitat |
|
Reġjun paċifiku |
Reducing vulnerability of Pacific ACP States |
EDF |
7 000 000 |
1.4.2002 |
31.3.2006 |
iva |
iva |
bosta |
baxx |
limitat |
|
Reġjun paċifiku |
Pacific Environmental Information Network (PEIN) |
EDF |
1 120 000 |
1.6.2000 |
31.12.2003 |
iva |
iva |
bosta |
baxx |
limitat |
|
Reġjun paċifiku |
Coral Gardens Initiative (CGI) |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
543 040 |
29.7.2003 |
29.7.2005 |
iva |
iva |
bosta |
baxx |
limitat |
|
Tanżanija |
Buiding community Roles and Incentives in Ecosystem |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
2 070 025 |
28.12.2004 |
31.3.2010 |
iva |
ma japplikax |
ma japplikax |
ma japplikax |
tajjeb |
|
Tanżanija |
Mahale Ecosystem Management project |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
1 758 723 |
28.5.2003 |
28.5.2008 |
iva |
iva |
bosta |
medju |
tajjeb |
|
Tanżanija |
Project of Serengeti National Park (Proġett tal-Ġnien Nazzjonali tas-Serengeti) |
EDF |
8 605 620 |
2.2.1994 |
30.6.2002 |
iva |
iva |
bosta |
medju |
tajjeb |
|
Tanżanija |
Biological conservation and sustainable management of the Mount Meru natural System, Tanzania |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
815 360 |
31.12.1999 |
30.11.2003 |
iva |
iva |
bosta |
għoli |
tajjeb |
|
Tanżanija |
Mwanza Sewerage System Rehabilitation ( |
EDF |
5 500 000 |
5.12.2000 |
31.12.2004 |
iva |
iva |
ftit |
baxx |
tajjeb |
|
Tanżanija |
Special programme to Refugees affected area. 7th EDF |
EDF |
19 295 768 |
5.9.1997 |
31.8.2003 |
iva |
iva |
xi wħud |
baxx |
limitat |
|
Tanżanija |
Support to Tanzania Game Reserves |
EDF |
1 980 000 |
20.2.2004 |
30.6.2009 |
iva |
ma japplikax |
ma japplikax |
ma japplikax |
limitat |
|
Tanżanija |
Selous Black rhinoceros Protection Project |
Linja ta' Baġit Ambjent u Foresti |
565 188 |
1.6.2000 |
31.5.2003 |
iva |
parzjali |
xi wħud |
baxx |
limitat |
|
Tanżanija |
Water Supply Programme Regional Centres |
EDF |
33 660 000 |
6.6.2003 |
1.12.2007 |
iva |
ma japplikax |
ma japplikax |
ma japplikax |
tajjeb |
|
Tuvalu |
Development Support Programme (DSP) |
EDF |
5 865 135 |
9.2.2000 |
31.12.2004 |
iva |
iva |
xi wħud |
baxx |
limitat |
|
|
|
|
560 087 162 |
|
|
|
|
|
|
|
ANNESS III
ANALIŻI ĠENERALI TA' L-EFFETTIVITA' TAL-PROĠETT
Dan l-anness huwa intiż biex jipprovdi lill-qarrej b'informazzjoni ta' sfond dwar il-proġetti ambjentali individwali vverifikati f'kull pajjiż/reġjun miżjur waqt il-verifika tal-Qorti. Madanakollu, mhux intiż biex jagħti konklużjoni dwar l-effettività ġenerali tal-proġetti ambjentali f'pajjiż partikolari.
|
1. |
Fil-Bostwana l-ambjent ma kienx settur fokali taħt id-9 EDF imma fondi sinifikanti ġew iddedikati lil dan il-qasam taħt EDFs preċedenti. Għalkemm taħt it-tmien EDF il-Kummissjoni fittxet li tiffoka aktar fuq il-bini ta' l-istituzzjoni fis-settur ta' l-ambjent, s'issa r-riżultati kienu limitati ħafna. It-tmien proġett tal-Foresti (2 miljun EUR) kien magħluq wara l-evalwazzjoni ta' nofs terminu, prinċipalment minħabba nuqqas ta' impenn mill-awtoritajiet benefiċjarji biex itejjbu l-prattiċi tal-ġestjoni u jintroduċu politika tal-foresti ġdida. Fiż-żmien li seħħet il-verifika, ftit kien ġie miksub fi proġett prinċipali ta' bini ta' istituzzjoni (14-il miljun EUR, it-tmien EDF) fid-Dipartiment tal-Ħajja Selvaġġa u l-Ġonna Nazzjonali (DWNP), prinċipalment ukoll minħabba nuqqas ta' impenn min-naħa tal-benefiċjarju. Waqt li l-proġett jindirizza r-rabtiet tal-faqar u l-ambjent billi jippromovi ġestjoni tar-riżorsi naturali bbażata fuq il-komunità, ma jindirizzax b'mod ċar il-kontribut li għandu jsir mit-turiżmu. |
|
2. |
Fil-Brażil, l-ambjent huwa qasam ta' prijorità għall-koperazzjoni fis-CSP ta' l-2001-2006, b'mod partikolari fis-sostenn ta' l-isforzi Brażiljani fil-konservazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-foresta ta' l-Amażonja. L-Unjoni Ewropea hija t-tieni l-akbar donatur tal-Programm Pilota tal-Foresta Tropikali (PPG7) (1). Il-PPG7 għen lill-Gvern Brażiljan biex jiddefinixxi politiki ambjentali ġodda u jsaħħaħ l-istituzzjonijiet relatati u s-soċjetà ċivili. Ikkontribwixxa wkoll għall-ħolqien ta' żoni protetti, il-preparazzjoni, marking out u l-legalizzazzjoni ta' 22 miljun ettaru ta' art indiġena, u l-introduzzjoni ta' riżervi ta' estrazzjoni. Approċċi ġodda għall-prevenzjoni tan-nirien, agronomija tal-foresti, taqsim ta' territorju f'żoni għall-ambjent ekoloġiku u Pjanijiet Integrati tal-Ġestjoni Ambjentali ġew pilotati u twettqu madwar 160 proġett ta' dimostrazzjoni fl-iżvilupp tar-riżorsi naturali. Madanakollu, minkejja dan, dawn il-kontribuzzjonijiet importanti, it-tnaqqis tad-deforestazzjoni fl-Amażonja ma nkisibx. |
|
3. |
Għall-Programm tal-Politika tar-Riżorsi Naturali (NRPP) li qiegħed iseħħ u l-proġett tar-Riżervi ta' Estrazzjoni (Resex), huwa probabbli li l-għanijiet kollha ma jinkisbux fiż-żmien stipulat minħabba li l-implimentazzjoni hija bil-mod. L-effettività ta' l-għodod ambjentali tal-ġestjoni żviluppati ser tiddependi fuq ir-rieda politika biex jiġu implimentati. Nuqqasijiet strutturali fl-aġenziji ambjentali ta' l-Istat xeħtu dubju fuq is-sostenibiltà ta' l-attivitajiet ta' l-NRPP f'xi Stati mingħajr finanzjament addizzjonali. Il-Proġett Resex sa ċertu punt tilef l-istat tiegħu bħala mudell għall-konservazzjoni produttiva minħabba d-dewmien tiegħu u t-tibdil fil-kuntest. Is-sostenibiltà ta' dawn ir-riżorsi ta' estrazzjoni mhix żgurata minħabba d-dipendenza tagħhom fuq il-lastku u l-ġewż Brażiljan u l-falliment ta' Resex biex jikkonvinċi lill-awtoritajiet Brażiljani biex jintroduċu sistemi ta' trasferiment finanzjarju biex jippremjaw in-nies li jaħdmu fl-estrazzjoni għas-servizzi ambjentali li jipprovdu. Għall-Proġetti ta' Dimostrazzjoni magħluqa u l-programm ta' Riċerka, aktar fażijiet — finanzjati minn donaturi oħra — kienu neċċessarji biex jikkonsolidaw ir-riżultati u jiżguraw is-sostenibiltà. Bosta mill-Proġetti ta' Dimostrazzjoni ma kinux sostenibbli minħabba l-perijodu qasir ta' implimentazzjoni (3 snin) u l-komponenti kummerċjali tagħhom ma kinux żviluppati biżżejjed. Ir-riżultati tal-programm ta' Riċerka, minkejja r-rilevanza tagħhom, ma kinux ġeneralment implimentati għalhekk il-kontribut tiegħu lill-PPG7 kien limitat. |
|
4. |
Fiċ-Ċina, is-CSP ta' l-2002-2006 għandu l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli bħala wieħed mill-oqsma tiegħu ta' prijorità għall-koperazzjoni, sa ċertu punt minħabba ż-żieda fil-kontribut tar-rati tat-tkabbir ekonomiku kurrenti taċ-Ċina għall-gassijiet tas-serra u l-bidla fil-klima. Ir-riżultati ta' l-erba' programmi prinċipali taħt l-implimentazzjoni jew kompletar reċenti jvarjaw. Il-Programm Integrat ta' l-Ambjent ta' Liaoning kien ġeneralment effettiv biex itejjeb l-ambjent bl-eċċezzjoni ta' komponent ta' l-ippjanar urban. Il-Programm Ambjentali ta' Koperazzjoni tal-Ġestjoni kiseb xi bini ta' kapaċità ġenerali fis-settur pubbliku iżda sar ftit progress biex tiżdied il-kuxjenza ambjentali u l-impenn fl-industrija. Il-Programm ta' Ġestjoni tal-Foresta Naturali l-aktar reċenti huwa probabbli li ma jiksibx l-għanijiet ambizzjużi ħafna tiegħu. Il-Programm Enerġija-Ambjent għadu f'fażi bikrija imma sab bidu diffiċli. Il-prospetti għas-sostenibiltà huma tajba għax iċ-Ċina għandha impenn b'saħħtu biex ittejjeb il-protezzjoni ambjentali u għandha l-kapaċità istituzzjonali u finanzjarja biex tirrepeti proġetti pilota ta' suċċess. |
|
5. |
Fir-Reġjun Ċentrali Afrikan, l-ambjent u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, huwa qasam ta' prijorità tal-koperazzjoni fl-istrateġija reġjonali (is-7, it-8 u d-9 EDF), imma mhux fl-istrateġija taż-żewġ pajjiżi miżjura, Kongo Brazzaville u Gabon. Il-proġett reġjonali għall-ġestjoni ta' l-informazzjoni tal-foresti (PRGIE) kien magħluq kmieni minħabba riżultati foqra. Il-proġett dwar l-Ispeċi Prinċipali fil-Gabon għadu ma rnexxiex li jderri lill-gurilli għall-preżenza tal-bnedmin u l-attività turistika jonqosha biex tibda. Proġetti oħra vverifikati kienu aktar effettivi. Ir-riabilitazzjoni ta' l-istazzjon tar-riċerka ta' Makokou diġà tidher li naqqset il-kaċċa illegali. Il-proġramm reġjonali prinċipali ECOFAC qajjem kuxjenza dwar il-bżonn li tkun konservata l-foresta Ekwatorja u kkontribwixxa biex jissalvagwardja żoni protetti importanti, kif ukoll waqqaf strutturi operattivi. Minkejja dan, nuqqas ta' vijabilità finanzjarja ta' żoni protetti tfisser li ECOFAC, li beda fl-1992, issa qiegħed fir-raba' fażi tiegħu. Irid jindirizza problemi ta' fażijiet preċedenti, b'mod partikolari s-suċċess limitat ta' miżuri ta' żvilupp rurali, il-bżonn li jkun sfruttat il-potenzjal turistiku, il-kaċċa illegali, il-qtugħ tas-siġar kemm legali kif ukoll illegali barra miż-żoni protetti, u l-bżonn għal aktar involviment mill-awtoritajiet nazzjonali. Is-sostenibiltà tal-proġett Kaċċa tal-Villaġġ ukoll mhix assigurata peress li tiddependi fuq il-finanzjament ta' brigati mobbli, l-involviment ta' l-awtoritajiet nazzjonali u l-offerta ta' alternattivi ekonomiċi lill-popolazzjoni lokali involuta fil-kaċċa kummerċjali. |
|
6. |
Fl-Amerika Ċentrali, it-tnaqqis tal-vulnerabiltà u t-titjib ta' l-ambjent huwa qasam ta' prijorità tal-koperazzjoni fid-Dokument ta' Strateġija Reġjonali 2002-2006 għax ir-reġjun huwa vulnerabbli ħafna għad-diżastri naturali. Rigward it-tliet pajjiżi miżjura, il-ġestjoni sostenibbli ta' riżorsi naturali, b'mod partikolari relatati ma' l-ilma u l-art, hija qasam ta' prijorità fil-Ħonduras, waqt li mhix prijorità fin- Nikaragwa u l-Gwatemala. L-aktar żewġ attivitajiet innovattivi tal-proġett tal-Konsum u l-Produzzjoni Responsabbli tal-Kafè fin-Nikaragwa (programm tat-tkabbir tal-kafè fid-dell u l-ftuħ tas-suq fi Spanja) ma kisbux riżultati sinifikanti. Fil-Ħonduras, il-proġett ta' Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżerva ta' Tawahka Asangni għandu impatt kbir fil-konservazzjoni tar-riżerva u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-komunitajiet lokali. Iżda, il-ġestjoni tar-riżerva fit-terminu t-twil tiffaċċja sfidi li huma lil hinn mill-kapaċità ta' l-NGO implimentattiva u ta' proġett ta' tliet snin. Ħafna mill-attivitajiet kompletati m'humiex sostenibbli mingħajr assistenza addizzjonali teknika u finanzjarja (2). Il-proġett tal-Ġestjoni Reġjonali ta' Riżorsi tal-Kosta jeħtieġ ukoll aktar sostenn biex jikkonsolida r-riżultati u jikkompleta attivitajiet li ma tlestewx. |
|
7. |
Fl-Indoneżja, is-CSP 2002-2006 identifika l-ġestjoni ta' riżorsi naturali, b'mod partikolari relatata mal-foresti, ilma u żvilupp rurali, bħala wieħed mill-oqsma tiegħu għall-koperazzjoni. Minkejja r-rilevanza tagħhom, l-impatti tal-proġetti u prospetti għas-sostenibiltà f'ħafna każijiet mhuxiex ċerti u huma dubjużi, peress li l-pressjoni ġenerali fuq l-ambjent, u b'mod partikolari fuq ir-riżorsi tal-foresta baqgħat, u wkoll żdiedet fis-snin reċenti riżultat taż-żieda fil-popolazzjoni u l-isfuttar kummerċjali kemm legali kif ukoll illegali, u d-disponibiltà tal-fondi governattivi biex jitkomplew l-attivitajiet ġeneralment mhix ċerta. L-Ekosistema Leuser huwa mhedded mill-qtugħ illegali tas-siġar u pjanijiet għal-bini tat-toroq, u ser ikun hemm bżonn miżuri ta' protezzjoni kostanti. Is-sostenibiltà tal-Foresta Berau hija dubjuża minħabba problemi li jikkonċernaw drittijiet ta' proprjetà lokali, qtugħ tas-siġar illegali kontinwu u minħabba t-theddida liż-żona mill-possibiltà ta' attivitajiet tal-minjieri tal-faħam, għal liema ngħatat konċessjoni mill-awtoritajiet. Madanakollu, żviluppi oħra jistgħu jkollhom influwenza pożittiva fuq is-sostenibiltà, eż. proġetti reċenti biex tiżdied l-appartenenza u l-involviment ta' NGO lokali u partijiet oħra tas-soċjetà. |
|
8. |
F'Mali, l-ambjent ma kienx settur fokali taħt it-tmien u d-disa' EDF. Minkejja dan, finanzjament sinifikanti kien allokat taħt is-seba' u t-tmien EDF għall-proġett tal-Ġlieda Kontra d-Deżertifikazzjoni li kiseb riżultati pożittivi għalkemm bidliet fil-klima jistgħu jipperikolaw is-sostenibiltà tiegħu. Għall-proġett AGIR, bl-istess mod popolazzjonijiet lokali aċċettaw il-kunċetti tal-proġett u nkludew attivitajiet ambjentali fil-pjanijiet ta' l-iżvilupp tal-lokalità għall-2005-2009. Madanakollu, għadu mhux ċar jekk il-proġett ġabx bidla permanenti fl-imġieba tal-popolazzjoni lokali u s-sostenibiltà tiddependi fuq ir-rieda ta' l-awtoritajiet lokali biex ikollhom appartenenza tal-bidliet proposti mill-proġett. |
|
9. |
Fil-Mauritius, l-ambjent kien settur fokali taħt it-tmien u d-disa' EDF. L-għajnuna wasslet għal riżultati ġeneralment tajbin, b'mod partikolari l-bini ta' impjant prinċipali għat-trattament ta' l-ilma maħmuġ taħt it-tmien EDF segwit mill-għajnuna tal-politika settorali taħt id-disa' EDF. Il-proġetti reġjonali ta' l-ambjent fl-Oċean Indjan eżaminati kienu ġeneralment aktar problematiċi. Is-seba' proġett reġjonali ta' l-ambjent ta' l-EDF produċa riżultati immedjati limitati mill-baġit ta' 11-il miljun EUR, għalkemm xi studji kienu sussegwentement utilizzati fil-kuntest tal-programm reġjonali tad-disa' EDF. Għat-tmien programm pilota reġjonali ta' l-edukazzjoni ta' l-EDF, baqa' li jiġi dderminat jekk il-ministeri nazzjonali kollha hux ser jadottaw il-kurrikuli pilota li qed jiżviluppa l-proġett. |
|
10. |
Fil-Marokk, l-ambjent mhux qasam tal-koperazzjoni fis-CSP ta' l-2002-2006 għalkemm jipprevedi xi miżuri ambjentali għall-protezzjoni ambjentali, jiġifieri għajnuna lis-settur ta' l-ilma permezz tas-sussidji tar-rata ta' l-interessi tal-Bank Ewropew għall-Investiment. Ir-riżultati tal-proġetti ta' l-ambjent ivarjaw u s-sostenibiltà tagħhom mhix dejjem żgurata. Per eżempju, ir-riżultati tal-proġett Gefrif kienu ġeneralment pożittivi imma l-approċċ parteċipattiv fil-fażi sussegwenti ma ggarantitx l-appartenenza u l-involviment tal-komunità lokali. Il-proġett tat-Titjib tal-Kwalità ta' l-Arja Urbana f'Tetouan produċa studju dijanjostiku biex titnaqqas l-emissjoni fl-arja fiż-żona u poġġa fuq il-post numru ta' stazzjonijiet biex jieħdu kampjuni tal-kwalità ta' l-arja u laboratorju biex ikun immexxi mill-Università ta' Tetouan. Bl-istess mod, il-proġett tal-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni kiseb il-kollaborazzjoni totali tal-komunità lokali u produċa riżultati inkoraġġanti. Iżda, ir-riżultati u s-sostenibiltà tal-proġett ikkompletat Maison de l'Environment (Dar l-Ambjent) kien limitat ħafna peress li ma rnexxilux jistabbilixxi sħubiji fit-terminu t-twil biex jippromovi l-ambjent f'Fes u Mekhnés. |
|
11. |
Fir-Reġjun Paċifiku, l-ambjent kienu settur fokali taħt it-tmien u d-disa' EDF. Kien ukoll settur fokali taħt it-tmien EDF fit-tliet pajjiżi miżjura, Fiġi, Kiribati u Tuvalu, iżda mhux taħt id-disa' EDF. Il-proġetti ta' l-ambjent eżaminati wasslu firxa ta' benefiċċji infrastrutturali u teknoloġiċi lill-pajjiżi fir-reġjun. Madanakollu, mhux ir-riżultati kollha mistennija ġew miksuba. Kampanja ta' kuxjenxa ambjentali dwar il-landfill f'Nabora, li timmira biex iżżid ir-riċiklaġġ u l-aċċettazzjoni ta' tariffi ġodda għar-rimi ta' l-iskart mill-pubbliku ġenerali, għadha ma ġietx organizzata. Sabiex jinkisbu l-benefiċċji ambjentali tal-proġett ambizzjuż It-Tnaqqis tal-Vulnerabiltà, hemm bżonn aktar żmien biex tinbena l-informazzjoni ġenerata b'mod prattiku. Is-sistema ta' l-iskart solidu ta' Tuvalu għadha qed taħdem fuq livell minimalistiku u dawk li ma kinux lesti li jħallsu abbonament annwali għas-servizz ta' l-immaniġjar ta' l-iskart ikomplu jarmu b'mod indiskriminat. Il-prospetti għas-sostenibiltà fil-Paċifiku huma relattivament tajba minħabba li l-organizzazzjonijiet reġjonali huma mqiegħda b'mod tajjeb biex jagħtu aktar għajnuna. Madanakollu, is-sostenibiltà ser tiddependi ukoll fuq l-involviment akbar min-naħa tal-komunità u l-appartenenza. |
|
12. |
Fit-Tanżanija, finanzjament sinifikanti kien allokat lis-settur ta' l-ambjent taħt is-seba' u t-tmien EDF iżda m'għadux settur fokali taħt id-disa' EDF. Is-seba' proġett ta' l-EDF għall-Ġnien Nazzjonali tas-Serengeti kkontribwixxa biex il-Ġnien ikun finanzjarjament sostenibbli. Għall-proġett ta' l-ambjent prinċipali ffinanzjat taħt is-seba' Programm Speċjali għall-Żoni Milquta mir-Refuġjati ta' l-EDF, sostenn lir-Riżervi tal-Kaċċa tal-Majjistral, iffinanzjati wkoll taħt id-disa' EDF, riżultati tajba nkisbu b'baġit limitat fit-termini tat-titjib ta' l-infrastruttura u l-ġestjoni. Madanakollu, ftit sar progress s'issa bl-introduzzjoni ta' oqsma ta' ġestjoni tal-ħajja selvaġġa bbażati fuq il-komunità minħabba nuqqas ta' impenn mid-Diviżjoni tal-Ħajja Selvaġġa. Il-Kummissjoni jonqosha tindirizza b'mod totali l-kwistjonijiet ta' awtorità li jirrelataw man-nuqqas ta' trasparenza fil-liċenzji tal-kaċċa li, kieku jkunu indirizzati b'mod xieraq, jagħmluha possibbli li tkun miksuba s-sostenibiltà. Kwistjonijiet simili ta' awtorità jridu jkunu mqajjma b'relazzjoni għas-sostenn tar-Riżerva tal-Kaċċa f'Selous biex ikun protett ir-rinoċeronte iswed. Proġett tad-dranaġġ f'Mwanza ma naqqasx il-livelli ta' inkwinament ta' l-ilma li jmur fix-Xmara Victoria għall-istandards meħtieġa għalkemm is-sitwazzjoni hemm mnejn titjieb meta proġetti relatati jiġu implimentati. |
(1) Dan il-programm inħoloq fis-summit tal-“Grupp tas-Seba'” (G-7) pajjiżi industrijalizzati ta' l-1990, b'konsiderazzjoni għaż-żieda fit-tħassib dwar id-deforestazzjoni mgħaġġla fil-pjanura ta' l-Amażonja. Il-Gvern Brażiljan beda l-programm fl-1992 fis-Summit Dinji ta' Rio de Janeiro.
(2) Proġett ieħor iffinanzjat mill-linja ta' baġit Ambjent u Foresti qed isegwi l-attivitajiet tar-Riżerva ta' Tawahka Asangni.
IL-KUMMISSJONI TIRRISPONDI
SOMMARJU
|
III. |
Wara li f’Diċembru 2005 ġie ffirmat il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, li jagħti aktar importanza lill-aspetti ambjentali tal-politika ta’ l-iżvilupp, il-Kummissjoni ser tirrivedi u taġġorna l-Istrateġija għall-Integrazzjoni ta’ l-Ambjent ta’ l-2001, u tagħmilha aktar komprensiva. Il-Kummissjoni ser tniedi grupp ta’ direzzjoni bejn is-servizzi dwar l-ambjent li qed jiġi żviluppat li ser jipprovdi gwida u jiżgura koordinazzjoni aħjar. Fir-rigward tal-bżonnijiet ta’ l-istaff, fl-iffissar ta’ prijoritajiet għall-użu ta’ riżorsi limitati għandha ssir enfażi fuq il-bini tal-kapaċitajiet ta’ staff mhux speċjalizzat biex jitratta proċeduri bażiċi ta’ integrazzjoni ambjentali (eżami bir-reqqa) u biex appoġġ speċjalizzat ikun disponibbli meta dan jintalab matul l-identifikazzjoni u l-formulazzjoni. L-abbozz tal-manwal dwar l-integrazzjoni ta’ l-ambjent dalwaqt jiġi finalizzat. Diġà qed jintużaw partijiet komponenti minnu u ġew ikkonsultati b’mod estensiv. Minn Novembru 2004 sat-tmiem ta’ l-2005, madwar 350 membru ta’ l-istaff ġew imħarrġa fil-Kwartieri Ġenerali u d-Delegazzjonijiet. Il-Kummissjoni tifhem il-bżonn għal aktar tisħiħ ta’ l-għarfien u ser tqis jekk tagħmilx il-korsijiet tematiċi mandatorji għall-istaff prinċipali. Is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni huma diġà żviluppati sew, imma l-Kummissjoni ser teżamina modi biex ittejjeb it-tixrid ta’ l-aqwa prattika minn evalwazzjonijiet fil-livell tal-proġetti. |
|
IV. |
Il-Kummissjoni kienet qed tipprepara sistematikament Profili ta’ l-Ambjent tal-Pajjiż bil-għan li tintegra aħjar l-ambjent fil-ġenerazzjoni li jmiss tad-Dokumenti ta’ Strateġija tal-Pajjiżi (2007-2013). Madankollu, l-impatt ta’ dawn is-CEPs fuq is-CSPs il-ġodda fl-aħħar mill-aħħar jiddependi fuq il-prijorità li l-pajjiżi msieħba jagħtu lill-kwistjonijiet ambjentali. Appoġġ ġenerali għall-baġit (GBS) jinvolvi djalogu ta’ politika wiesa’ dwar l-istrateġiji għall-iżvilupp ta’ l-imsieħba, u jiffoka fuq it-tnaqqis fil-faqar, l-istabbiltà macroekonomika, u l-ġestjoni finanzjarja pubblika mtejba skond id-dispożizzjonijiet u l-impenji legali (bħalma huwa l-Artikolu 61.2 tal-Ftehim ta’ Cotonou). Il-Kummissjoni ser tagħmel ħilitha biex tintegra l-ambjent fil-livell ta’ djalogu ta’ politika kulfejn ikun rilevanti. Fil-każ ta’ appoġġ baġitarju fis-setturi (SBS), jista’ jitqies it-tħassib ambjentali speċifiku għas-settur permezz tad-djalogu dwar il-politika settorjali kif ukoll permezz tat-tfassil tal-programm innifsu. Jista’ jiġi previst ukoll SBS iffokat fuq l-ambjent. Il-Kummissjoni qed tqis ukoll l-aspett ta’ l-ambjent fir-reviżjoni korrenti tal-manwali tagħha dwar l-appoġġ għall-baġit u għall-politika settorjali. L-eżami bir-reqqa ambjentali tal-proġetti jista’ jittejjeb aktar. Ġie mniedi inventarju ta’ Valutazzjonijiet ta’ l-Impatt fuq l-Ambjent li twettqu għall-proġetti ta’ l-iżvilupp, u ser ikun ikkompletat u aġġornat regolarment. |
|
V. |
Minħabba l-kuntest diffiċli tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-Kummissjoni tqis il-proġetti bħala li huma raġonevolment effettivi. Għandu jitqies in-numru kbir ta’ fatturi li jintervjenu matul l-implimentazzjoni (inklużi l-instabbiltà politika u l-problemi ta’ l-infurzar tal-liġi), li ta’ sikwit ma jkunux taħt il-kontroll tal-proġett, fejn jaffetwaw il-possibbiltajiet li jintlaħqu r-riżultati maħsuba u li jipproduċu l-impatt mistenni. Il-parti l-kbira ta’ l-interventi ambjentali ppruvaw jirrikonċiljaw għanjiet ta’ konservazzjoni u bżonnijiet għal żvilupp lokali billi appoġjaw l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u attivitajiet oħra li jiġġeneraw id-dħul (bħall-ekoturiżmu), u jsaħħu l-amministrazzjonijiet lokali inkarigati mill-ħarsien ta’ l-ambjent. Il-Kummissjoni qed tagħmel ħilitha biex ittejjeb il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-proġetti, kif ukoll biex taċċellera l-proċessi ta’ l-għażla u tal-ġestjoni tal-proġetti. Ir-reviżjoni reċenti tal-proċeduri għas-sejħiet għall-proposti hija parti minn dan l-isforz. Is-sostenibbiltà finanzjarja hija sfida kumplessa komuni għall-parti l-kbira tal-proġetti ta’ żvilupp, u aktar u aktar għal proġetti li għandhom bħala mira primarja t-titjib ambjentali. L-ispinta kontinwa lejn modalitajiet ġodda ta’ konsenja ta’ l-għajnuna li huma differenti mill-metodu klassiku tal-proġett (metodi settorjali, programmi ta’ appoġġ għall-politika settorjali) hija ġustifikata, fost l-oħrajn, minn preokkupazzjoni għas-sostenibbiltà ta’ l-operazzjonijiet tul medda twila ta’ żmien. |
|
VI. |
Ir-risposti tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet iddettaljati tal-Qorti jingħataw fil-paragrafi 88. – 101. |
L-ISTRATEĠIJA TAL-KUMMISSJONI GĦALL-ASPETTI AMBJENTALI TA' L-GĦAJNUNA TAGĦHA GĦALL-IŻVILUPP
|
9.-13. |
Il-Kummissjoni ser tirrivedi u taġġorna l-Istrateġija għall-Integrazzjoni ta’ l-Ambjent ta’ l-2001, u ser tagħmilha aktar komprensiva, billi tqis l-iżviluppi reċenti fil-politika bħalma huma l-politika l-ġdida għall-iżvilupp, l-istrateġija għal żvilupp sostenibbli, u l-programm tematiku għall-Ambjent u għall-Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali inkluża l-Enerġija (ENRTP). Il-kunsens il-ġdid għall-politika ta’ l-iżvilupp ta’ l-2005 joffri opportunitajiet għal metodu aktar komprensiv, minħabba li dan jinkludi speċifikament ir-riżorsi ambjentali u naturali bħala settur possibbli ta’ għajnuna u għall-ewwel darba huwa strateġija maqsuma ma’ l-Istati Membri u mal-Parlament. L-ENRTP għandu ambitu usa’ mill-predeċessur tiegħu b’pakkett finanzjarju kemmxejn akbar, u minbarra li jidentifika l-prijoritajiet għall-azzjonijiet ambjentali, jinkludi wkoll għanijiet speċifiċi biex tkun promossa l-integrazzjoni fi strumenti ġeografiċi. Il-preparazzjoni tas-CEPs (Profili ta’ l-Ambjent tal-Pajjiż), għandha tkun ukoll pass kbir ’il quddiem biex ikun promoss il-fatt li proporzjon adegwat ta’ fondi jmur għas-setturi ta’ l-ambjent u tar-riżorsi naturali, fuq il-bażi ta’ djalogu mal-pajjiżi msieħba. L-istrateġija l-ġdida ser tenfasizza wkoll l-implimentazzjoni tal-Valutazzjonijiet Ambjentali Strateġiċi (SEAs), skond id-Dikjarazzjoni dwar il-Politika ta’ Żvilupp, inkluż l-istabbiliment ta’ kriterji u ta’ rappurtaġġ. S’issa l-koerenza bejn l-istrumenti ġeografiċi u tematiċi kienet insuffiċjenti. Madankollu, is-sitwazzjoni ser tittejjeb meta jiġu introdotti l-istrumenti l-ġodda għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Dawn jenfasizzaw is-sussidjarjetà u l-komplementarjetà tal-programmi tematiċi għall-programmi ġeografiċi. Fir-rigward tal-livell ta’ finanzjament għas-settur ta’ l-ambjent illi jvarja fil-pajjiżi msemmija mill-Qorti fil-paragrafu 13, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Komunità hija rregolata mill-prinċipji ta’ sħubija u pussess f’isem il-pajjiżi riċeventi. Dan ifisser li l-prijoritajiet tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni ġeografika jiġu miftiehma permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni, fejn il-pajjiżi benefiċjarji msieħba jistgħu jiddedikaw aktar sforzi fuq setturi soċjali bħalma huma s-saħħa u l-edukazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni ser tkompli taħdem sabiex iżżid il-kuxjenza dwar kwistjonijiet ambjentali fir-relazzjonijiet bilaterali tagħha mal-pajjiżi msieħba. Regolamenti speċifiċi għall-promozzjoni ta’ l-integrazzjoni ambjentali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2493/2000) u għall-promozzjoni tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2494/2000) ipprovdew qafas finanzjarju ta’ 93 miljun EUR u 249 miljun EUR rispettivament matul il-perjodu 2000-2006. |
|
15.-16. |
Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tniedi grupp ta’ direzzjoni bejn is-servizzi dwar l-ambjent li qed jiżviluppa sabiex tiżgura azzjoni ta’ segwitu ġenerali aktar sistematika tal-qafas u tar-rappurtaġġ operattiv maqsum. Dan ser jkun minbarra l-mekkaniżmi eżistenti ta’ koordinazzjoni bejn is-servizzi li diġà jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ l-aspetti differenti ta’ l-istrateġija għall-integrazzjoni ta’ l-ambjent. Dawn jinkludu t-timijiet tal-pajjiżi li jsegwu l-programmazzjoni ġeografika u jinvolvu wkoll ir-regional desks rilevanti ta’ DĠ ENV u l-Grupp ta’ Appoġġ għall-Kwalità ta’ bejn is-servizzi (iQSG)) li jwettaq il-kontroll tal-kwalità tad-Dokumenti ta’ Strateġija tal-Pajjiżi u tad-Dokumenti ta’ Strateġija Reġjonali inkluża l-implimentazzjoni adegwata ta’ l-istrateġija għall-integrazzjoni ambjentali. Barra minn dan, il-koordinazzjoni bejn is-servizzi teżisti għas-superviżjoni ta’ l-attivitajiet prinċipali tal-help-desk ta’ l-ambjent u għall-programmazzjoni u għall-implimentazzjoni tal-linji tematiċi tal-baġit. |
|
17. |
Il-kriterji tar-rendiment iffokaw fuq aspetti tal-programmazzjoni. Dawn jinkludu n-numru u l-kwalità tas-CEPs sħaħ u kif dawn ġew riflessi fis-CSPs. Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li tiżviluppa sett komprensiv ta’ kriterji tar-rendiment. |
|
18. |
Wieħed mill-għanijiet tar-riforma ta’ l-għajnuna esterna kien li jissaħħu r-riżorsi umani li jiġġestixxu l-għajnuna esterna. Filwaqt li kien hemm xi progress, għadu ferm taħt il-medja tad-donaturi Ewropej. Il-Kummissjoni ħadet passi biex torganizza s-servizzi tagħha b’tali mod ħalli tiġi kkumpensata l-problema tar-riżorsi skarsi kif ukoll il-kwistjonijiet tar-reviżjoni ta’ riżorsi ta’ l-istaff fl-istrateġija annwali tal-politika. Ġew identifikati persuni ċentrali fid-Direttorati Ġenerali prinċipali konċernati kollha. Ġie stabbilit netwerk ta’ korrispondenti ambjentali fid-DĠ RELEX. Il-country desks fid-DĠ ENV għandhom rwol sinifikanti biex jappoġjaw lid-DĠ RELEX fit-titjib tal-profil tal-kwistjonijiet ambjentali matul il-preparazzjoni tas-CSP. Il-kompetenza dwar l-ambjent tul medda qasira ta’ żmien hija pprovduta permezz tal-Help-desk ta’ l-Ambjent (ara l-paragrafi 19-22). Wara d-devoluzzjoni tar-responsabbiltajiet tal-ġestjoni ta’ l-għajnuna esterna, jeżisti punt fokali għall-kwistjonijiet ambjentali fil-parti l-kbira tad-Delegazzjonijiet KE, għalkemm din il-kwistjoni tista’ ma tkunx l-uniku qasam ta’ responsabbiltà tal-persuna. F’Marzu 2005, ġiet organizzata mill-ġdid il-kompetenza tematika fil-EuropeAid sabiex tipprovdi appoġġ ta’ kwalità tajba lid-Delegazzjonijiet b’mod effiċjenti. |
|
19.-22. |
Sakemm beda l-eżerċizzju ta’ programmazzjoni għaċ-ċiklu l-ġdid tal-kooperazzjoni (2007-2013) il-help-desk kien qed jerġa’ jopera, billi joffri taħriġ u pariri lill-uffiċjali tat-taqsimiet. Minkejja l-istatus ta’ abbozz, sikwit saret referenza għall-manwal ambjentali matul il-fażi tal-programmazzjoni, inklużi l-mudelli għat-Termini ta’ Referenza għall-Profili Ambjentali tal-Pajjiżi u diversi għodod ta’ valutazzjoni. Il-Help-desk ħa ħsieb aktar minn 160 talba għal pariri fl-2005, bil-parti l-kbira jiffokaw fuq kwistjonijiet ta’ programmazzjoni. Fl-2005 id-dewmien biex jiġi finalizzat il-manwal ambjentali jrid jiġi spjegat primarjament mill-bżonn li tiġi indirizzata l-integrazzjoni tad-dimensjoni ambjentali fil-forom il-ġodda tal-konsensja ta’ l-għajnuna, permezz ta’ modalitajiet adattati (effiċjenti, effettivi) li, kif tirrikonoxxi l-Qorti, jirrapreżenta sfida li l-parti l-kbira tad-donaturi għadhom qed jitħabtu biex jaċċettaw. Għaddej xogħol parallel fi ħdan l-OECD-DAC dwar l-għodod ta’ valutazzjoni ambjentali għall-politiki, għall-programmi u għall-pjanijiet (ewlenin). Minn Novembru 2004 sat-tmiem ta’ l-2005 madwar 350 membru ta’ l-istaff tal-KE ipperteċipaw f’korsijiet ta’ taħriġ ambjentali fil-Kwartieri ġenerali u d-Delegazzjonijiet. |
|
23. |
Il-biċċa l-kbira mill-11 il-netwerk tematiku kkoordinati mill-EuropeAid ma tkomplewx fil-forma preċedenti tagħhom meta l-EuropeAid kienet organizzata mill-ġdid fl-2005. Metodu komuni għall-qawmien mill-ġdid tagħhom ġie mfassal kmieni fl-2006, u jqis ċ-ċirkostanzi li ġejjin minn devoluzzjoni tar-responsabbiltajiet ta’ ġestjoni ta’ l-għajnuna lid-Delegazzjonijiet u l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-EuropeAid. Dan wassal għall-ippuljar tal-kompetenza settorjali, li qabel kienet tinsab f’direttorati ġeografiċi differenti, f’unitajiet tematiċi li nħolqu m’ilux, imfassla biex itejbu l-kwalità ta’ l-operazzjonijiet. Il-metodu l-ġdid għan-netwerks tematiċi jenfasizza s-sensibilizzazzjoni fil-konfront tad-Delegazzjonijiet. Fuq din il-bażi, ġew stabbiliti numru ta’ attivitajiet tan-netwerks tematiċi. Dawn jinkludu l-konsultazzjoni ta’ persuni ċentrali għall-ambjent f’Delegazzjonijiet dwar il-ktejjeb ta’ tagħrif ambjentali propost. |
|
24. |
Il-Kummissjoni tat prijorità lit-twettiq ta’ evalwazzjoni sħiħa tar-regolamenti dwar l-ambjent u dwar il-foresti tropikali fl-2003-2004, kif previst fil-bażi legali taż-żewġ programmi. Il-kampjun tal-proġett għall-fażi fuq il-post tal-parti ta’ l-ambjent ta’ l-evalwazzjoni kopra 35 proġett f’16-il pajjiż. |
|
25.-26. |
Il-Kummissjoni nediet il-ħolqien ta’ database li ser tipprovdi inventarju ta’ l-evalwazzjonijiet tal-proġetti kollha, li tista’ tiġi mfittxa u jkun hemm aċċess għaliha permezz ta’ kliem prinċipali, inkluż “ambjent”. Dan ser jippermetti li r-riżultati jiġu vvalutati b’mod aktar sistematiku. Ir-rapporti tal-Monitoraġġ Orjentat lejn ir-Riżultati (ROM) għandhom ikunu dokument konċiżi li jiffokaw fuq il-komponenti prinċipali ta’ proġett u li nħolqu primarjament bħala għodda li tappoġġja deċiżjonijiet fil-pront ta’ ġestjoni tal-proġetti. |
|
27. |
Is-“sistema tal-marki tal-politika” tad-DAC użata mill-Kummissjoni tippermetti r-rappurtaġġ ambjentali skond id-Direttivi tad-DAC. Sadanittant, il-Kummissjoni rrapurtat dwar dawn il-“Marki tal-Politika ta’ Rio” għas-snin 2003 u 2004 lid-DAC. Kif rikonoxxut mill-Qorti, is-sistema ta’ rappurtaġġ tad-DAC ma tagħtix spazju għal rappurtaġġ estensiv biex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti dettaljati (li għadhom qed jevolvu) taħt il-konvenzjonijiet ambjentali, partikolarment dwar l-ammont ta’ nefqa fuq azzjonijiet b’appoġġ għall-għanijiet individwali tal-MEA. Il-Kummissjoni qed tagħmel ħilitha biex tikseb titjib kostanti fil-preċiżjoni ta’ l-informazzjoni provduta, billi tippromwovi l-użu l-aktar effiċjenti ta’ l-għodod tar-rappurtaġġ u tas-sistemi ta’ informazzjoni disponibbli. |
EVALWAZZJONI TA' L-EFFETTIVITÀ TA' L-INTEGRAZZJONI AMBJENTALI TAL-KUMMISSJONI
|
29.-35. |
Filwaqt li sar titjib, il-progress fl-integrazzjoni ta’ l-ambjent fil-programmazzjoni tal-pajjiżi ma kienx daqshekk rapidu daqs kemm kellu jkun. Madankollu, minn 60 pajjiż rivedut fl-2002, sat-tmiem ta’ l-2005 kienu biss 2 pajjiżi li ma kellhom l-ebda forma ta’ CEP. Fil-fehma tal-Kummissjoni, 19 kellhom CEP raġonevolment aċċettabbli, 24 kellhom CEP qasir (inqas minn 10 paġni), 4 kienu inklużi f’CEP Reġjonali, u għal 11-il pajjiż kienet għaddejja jew kienet prevista preparazzjoni. Filwaqt li dawn is-CEPs ma setgħux jikkontribwixxu għal integrazzjoni ambjentali fl-ewwel ġenerazzjoni tas-CSPs (2001-2007), jirrapreżentaw punt ta’ tluq tajjeb biex jiġi indirizzat l-ambjent fil-ġenerazzjoni li jmiss tas-CSPs. Bħalissa għaddejja l-adozzjoni tas-CSPs/ta’ l-RSPs u l-mekkaniżmi bejn is-servizzi tal-Kummissjoni jeżistu biex jimmonitorjaw l-integrazzjoni xierqa tar-rakkomandazzjonijiet tas-CEPs fl-istrumenti ġeografiċi ta’ kooperazzjoni. Il-Grupp ta’ Appoġġ għall-Kwalità Bejn is-Servizzi (IQSG) li jimmonitorja d-Dokumenti ta’ Strateġija tal-Pajjiżi u d-Dokumenti ta Strateġija Reġjonali kollha għandu l-għan li jiżgura tali koerenza u konsistenza. Madankollu, il-progress f’dan il-qasam jiddependi wkoll mill-prijorità li l-pajjiżi msieħba jagħtu lil dawn il-kwistjonijiet. L-evalwazzjoni indipendenti ta’ nofs it-term tar-Regolament (KE) Nru 2493/2000 imnedija mill-Kummissjoni tirrakkomanda wkoll li jingħata punt fokali ċar dwar l-integrazzjoni liċ-ċiklu ta’ programmazzjoni lil hinn mill-2006. Din ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi inkluża fil-programm il-ġdid. Ser jingħata aktar spazju biex jiġi stabbilit metodu ġenerali aktar konsistenti għall-bini tal-kapaċità fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Il-possibbiltà għal uffiċjali minn pajjiżi benefiċjarji li jsegwu t-taħriġ mogħti fid-Delegazzjonijiet mill-Help-desk ta’ l-Ambjent (ara l-paragrafu 22) tikkontribwixxi biex tinbena l-kapaċità u tiżdied il-kuxjenza dwar l-integrazzjoni ambjentali anki f’dawn il-pajjiżi (ara l-paragrafu 34). Il-proċess tal-preparazzjoni tas-CEPs, li ġie bbażat fuq konsultazzjoni wiesgħa, li involviet firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati f’pajjiżi benefiċjarji, huwa mistenni wkoll li jagħmel kontribuzzjoni effettiva biex tiżdied il-kuxjenza ambjentali u l-kapaċità ta’ integrazzjoni. Fir-rigward tat-taħriġ fil-Kwartieri Ġenerali (ara l-paragrafu 35), daqs 70 membru ta’ l-istaff mid-DĠ tal-programmazzjoni pparteċipaw f’sessjonijiet ta’ taħiġ regolari jew ad hoc li ttellgħu fi Brussell minn Novembru 2004 u li ffokaw fuq kwistjonjiet ta’ programmazzjoni. Jekk jogħġbok irreferi wkoll għar-risposta fil-paragrafu 22. Fir-rigward ta’ proċeduri għar-reviżjoni ta’ l-aspetti ambjentali tas-CSPs, jeżisti netwerk attiv ta’ korrispondenti ambjentali fid-DĠ RELEX, li l-parti l-kbira minnhom jaħdmu fi ħdan id-direttorati ġeografiċi u bħala tali, għandhom fehim ikkombinat kemm ta’ kwistjonijiet ambjentali u kemm ta’ speċifitajiet tal-pajjiż. Il-koordinazzjoni miżjuda bejn id-DG tal-linja ser tgħin biex jittejjeb il-livell preżenti ta’ kontroll tas-CSPs/ta’ l-RSPs billi jiġu żgurati sinerġiji u qsim xieraq tar-responsabbiltajiet. |
|
36.-38. |
Appoġġ ġenerali għall-baġit (GBS) jinvolvi djalogu wiesa’ ta’ politika dwar l-istrateġiji ta’ żvilupp ta’ l-imsieħba, u jiffoka fuq it-tnaqqis fil-faqar, l-istabbiltà macroekonomika, u ġestjoni finanzjarja pubblika mtejba skond id-dispożizzjonijiet u l-impenji legali (bħalma huwa l-Artikolu 61.2 tal-Ftehim ta’ Cotonou). Il-kwistjonijiet ambjentali ġeneralment ma jidħlux fl-eliġibilità u l-kundizzjonijiet tal-ħlas tal-programmi tal-GBS imma għandhom jiġu indirizzati fi ħdan id-djalogu ta’ politika usa’. Fil-każ speċifiku tat-Tanżanija (kaxxa 5), l-Istrateġija għat-Tnaqqis tal-Faqar tal-pajjiż stess għandha komponent ambjentali qawwi. Għaldaqstant, il-Qafas tal-Valutazzjoni tar-Rendiment għall-ħruġ tal-flus jidentifika l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet relatati ma’ l-ambjent bħala wieħed mill-elementi meqjusa mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija għat-tnaqqis tal-faqar tal-pajjiż. Fil-każ ta’ appoġġ għall-baġit għal setturi sensittivi mil-lat ta’ l-ambjent (Appoġġ Baġitarju fis-Setturi), jista’ jitqies it-tħassib ambjentali speċifiku għas-settur permezz tad-djalogu dwar il-politika settorjali kif ukoll it-tfassil tal-programm innifsu. Jista’ jiġi previst ukoll SBS iffokat fuq l-ambjent. Il-Valutazzjonijiet Ambjentali Strateġiċi (SEAs) huma għodda prezzjuża u l-Kummissjoni ser tagħmel ħilitha biex tippromwovi l-użu tagħhom fil-livell tad-djalogu dwar il-politika kulmeta jkun rilevanti. Il-Kummissjoni qed tqis l-aspett ta’ l-ambjent fl-aġġornament li għaddej tal-manwali tagħha dwar l-appoġġ għall-baġit u għall-politika settorjali. F’dawn il-manwali u fil-ktejjeb tat-tagħrif dwar l-ambjent ser tarmonizza l-mod kif tiġi indirizzata r-relazzjoni bejn kwistjonijiet ta’ l-ambjent u l-appoġġ għall-baġit. |
|
39.-46. |
L-eżami bir-reqqa ambjentali tal-proġetti jista’ jittejjeb aktar. Il-ktejjeb tat-tagħrif ambjentali ser jipprovdi gwida xierqa u indikazzjonijiet aktar konsistenti għall-proċess ta’ l-eżami bir-reqqa. Inkella, referenza għall-ambjent fost numru (limitat) ta’ kwistjonijiet trasversali oħra fl-identifikazzjoni standard tal-proġetti u tal-fajls ta’ formulazzjoni fiha nnifisha ma ttellifx minn konsiderazzjoni xierqa ta’ aspetti ambjentali fit-tfassil tal-proġett. Fir-rigward ta’ l-istaff allokat biex jippromwovi l-integrazzjoni ambjentali jekk jogħġbok irreferi għar-risposta għall-paragrafu 18. Fl-iffissar ta’ prijoritajiet għall-użu ta’ riżorsi limitati, għandha ssir enfażi fuq il-bini tal-kapaċitajiet ta’ l-istaff mhux speċjalizzat biex jitratta proċeduri bażiċi ta’ integrazzjoni ambjentali (eżami bir-reqqa) u biex jagħmlu disponibbli appoġġ speċjalizzat meta dan jintalab matul l-identifikazzjoni u formulazzjoni. Fir-rigward ta’ l-informazzjoni dwar l-EIAs, f’Novembru 2005 tnieda l-ewwel inventarju tal-valutazzjonijiet ta’ l-impatt, imma li għadu mhux eżawrjenti, fil-parti l-kbira fis-settur tat-trasport bl-appoġġ tal-Help-desk ta’ l-Ambjent tal-KE. Dan ser jiġi kompletat u jiġi aġġornat regolarment, sabiex informazzjoni rilevanti tkun tista’ ssir disponibbli meta tintalab għall-istaff KE u għall-pubbliku usa’. Id-delegazzjoni tan-Nikaragwa, imsemmija fil-kaxxa 6, hija waħda reġjonali, li titratta ma’ sitt pajjiżi, bi staff li jinsab fin-Nikaragwa, fil-Gwatemala, fil-Kosta Rika u fil-Panama. |
EVALWAZZJONI TA' L-EFFETTIVITÀ TA' PROĠETTI AMBJENTALI U FATTURI LI JINFLUWENZAW L-EFFETTIVITÀ
|
50.-56. |
Minħabba l-kuntest diffiċli tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-Kummissjoni tqis li l-proġetti huma raġonevolment effettivi. Għandhom jitqiesu n-numri kbar ta’ fatturi li jintervjenu matul l-implimentazzjoni (inklużi l-instabbilità politika u l-problemi ta’ l-infurzar tal-liġi), li ta’ sikwit ikunu barra mill-kontroll tal-proġett, li jaffetwaw l-opportunitajiet li jintlaħqu r-riżultati mixtieqa. Is-sostenibbiltà finanzjarja hija sfida kumplessa komuni għall-parti l-kbira tal-proġetti ta’ żvilupp, u aktar u aktar għal proġetti li għandhom bħala mira primarja t-titjib ambjentali. Il-parti l-kbira ta’ l-interventi ambjentali appoġġjati mill-KE fil-fatt ippruvaw jirrikonċiljaw għanijiet ta’ konservazzjoni u bżonnijet ta’ żvilupp lokali, billi appoġġjaw l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali minn komunitajiet lokali u attivitajiet oħra li jiġġeneraw dħul (bħalma huwa l-ekoturiżmu) biex isaħħu l-amministrazzjonijiet lokali li huma inkarigati mill-ħarsien ta’ l-ambjent. Madankollu, huwa probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi li jistgħu jinkisbu minn dawn l-attivitajiet ma jilħqux dak li huwa meħtieġ biex tiġi żgurata vijabilità finanzjarja tul medda twila ta’ żmien ta’ l-isforzi ta’ konservazzjoni u dan sakemm issir valutazzjoni xierqa tal-firxa ta’ servizzi ambjentali lokali u globali li jipprovdu ż-żoni ta’ konservazzjoni. Matul l-aħħar ftit snin, il-Kummissjoni ħadet passi biex ittejjeb l-effettività u s-sostenibbiltà tal-proġetti, u ser tkompli timmonitorja b’attenzjoni r-rendiment tal-proġetti ffinanzjati bil-ħsieb li jsir aktar titjib. Kaxxa 10. Il-Kummissjoni tqis li l-ekoturiżmu ġie żviluppat, għalkemm hemm lok għal aktar żvilupp. Sar ħafna xogħol biex tiġi megħluba l-kaċċa illegali kemm fiż-żoni mħarsa ta’ intervent u fiż-żoni fejn jitmewwet l-effett. Ir-riżultati limitati ta’ wħud mill-miżuri ta’ żvilupp għandhom x’jaqsmu aktar man-nuqqas ta’ kwalunkwe esperjenza jew mudell f’dan it-tip ta’ ambjent uman u fiżiku karatterizzat minn livell baxx ħafna ta’ riċettività. Il-programm Ecofac ħadem ma’ diversi timijiet ta’ antropoloġi speċjalizzati f’dawk l-ambjenti sabiex jipprova jegħleb dawn il-kwistjonijiet. |
|
58.-59. |
Il-Kummissjoni qed tagħmel ħilitha biex ittejjeb il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-proġett (ara l-paragrafu 63). Dan għandu jippermetti l-iskoperta fl-aktar stadju bikri ta’ metodi ambizzjużi żżejjed, jew ta’ kwalunkwe inkonsistenza bejn l-għanijiet tal-proġett u l-mezzi, inkluż kemm idum il-proġett. Il-valutazzjonijiet tad-Delegazzjonijiet hawnhekk huma ta’ importanza kbira. Il-kwalità tal-qafas loġiku u l-preżenza ta’ indikaturi xieraq li jistgħu jiġu verifikati b’mod oġġettiv (OVI) huma wkoll elementi importanti. L-involviment tal-komunitajiet lokali huwa prerekwiżit għall-għażla ta’ proġett u dan l-aspett huwa vvalutat bir-reqqa meta tiġi evalwata proposta. Il-Kummissjoni qed tagħmel ħilitha wkoll biex taċċellera l-proċessi ta’ l-għażla u tal-ġestjoni tal-proġetti. Ir-reviżjoni reċenti tal-proċeduri tas-sejħiet għall-proposti hija parti minn dan l-isforz. Id-devoluzzjoni tar-responsabbiltajiet ta’ l-implimentazzjoni lid-Delegazzjonijiet tikkontribwixxi b’mod konsiderevoli għat-titjib tas-sitwazzjoni. L-għanijiet mfittxa taħt l-ambjent, u speċjalment il-proġetti ta’ foresterija, ma jistgħux jintlaħqu fi żmien qasir. It-tul massimu ta’ proġetti ffinanzjati taħt il-linja baġitarja ta l-Ambjent u tal-Foresti issa ġiet iffissata għal 60 xahar. |
|
60. |
Ir-regola d + 3 stabbilita fl-Artikolu 166 tar-Regolament Finanzjarju tintroduċi fil-fatt impediment temporanju fil-ġestjoni ta’ l-għajnuna esterna f’dak li jirrigwarda l-kuntratti u l-ftehimiet individwali (bl-eċċezzjoni tal-verifika finanzjarja u ta’ l-evalwazzjoni) fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ finanzjament li jridu jiġu konklużi mhux aktar tard minn tliet snin li jibdew japplikaw mid-data tal-bidu tal-baġit (il-perjodu msejjaħ n + 1 huwa inkluż fil-perjodu d + 3). Il-konsegwenzi ta’ din ir-regola ser jinħassu għall-ewwel darba din is-sena minħabba li r-Regolament Finanzjarju daħal fis-seħħ fl-1.1.2003. Din ir-regola hija kultant meqjusa bħala li tippreżenta ċertu numru ta’ diffikultajiet fil-ġestjoni ta’ l-għajnuna esterna. Il-Kummissjoni pproponiet emenda għall-Artikolu 166 tar-Regolament Finanzjarju li għandha tippermetti skadenza kontraenti sa 5 snin fil-każ ta’ wħud mill-proġetti tul medda twila ta’ żmien u f’bosta fażijiet. |
|
61. |
L-ambitu tal-proġett għandu jkun indirizzat fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jitqiesu l-fatturi speċifiċi għall-proġett u dawk relatati mal-kuntest. F’uħud mill-każi, l-ambitu multireġjonali għandu l-għan li jżid il-potenzjal għal impatt fuq skala akbar. |
|
62. |
Il-Kummissjoni taqbel li l-NGOs u l-konsulenti esterni għandhom bżonn għarfien aħjar tal-proċeduri KE. Għal dan il-għan jiġu orgnanizzati seminars reġjonali. Barra minn dan, jiġu segwiti sforzi lejn is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri KE. |
|
63. |
Il-Kummissjoni hija konxja li s-sitwazzjoni effettiva fil-qasam għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa fil-valutazzjoni tal-proġetti. Skond dan, il-“Gwida Prattika għall-Proċeduri tal-Kuntratti għall-Azzjonijiet Esterni tal-KE” il-ġdida, li ilha fis-seħħ minn Frar 2006, tagħti aktar piż minn qabel lill-fehmiet tad-Delegazzjonijiet KE fil-valutazzjoni tal-proposti għall-proġetti. Kaxxa 11. Il-Proġett għall-Ġestjoni Naturali tal-Foresti (NFMP) jista’ jidher wisq ambizzjuż f’termini kemm ta’ li jkopri żona wiesgħa wisq u kemm għaliex qed jimmira livelli ċentrali ta’ gvern f’kuntest ta’ politika; madankollu m’għandux jitqies waħdu. L-NFMP huwa maħsub biex jappoġġja programm settorjali usa’ taħt il-gvern ċentrali, il-Programm għall-Ħarsien tal-Foresti Naturali (NFPP), li għandu l-għan li jtejjeb is-sistemi tal-ġestjoni tal-foresti mal-pajjiż kollu. L-NFMP huwa għalhekk wieħed minn serje ta’ interventi komplementari imwettaq taħt l-NFPP biex tittejjeb il-ġestjoni tal-foresti fiċ-Ċina u għandu l-appoġġ ta’ l-NFPP biex b’hekk jista’ jkun effettiv f’żona usa’ u f’kuntest ta’ politika. |
|
64.-65. |
Filwaqt li tagħmel ħilitha biex ittejjeb l-effiċjenza tal-proċeduri għall-preparazzjoni tal-proġetti, il-Kummissjoni tfittex li tiżgura li l-istudji ta’ probabbiltà u t-tfassil tal-proġetti jitwettqu skond standards ta’ kwalità għolja u skond prinċipji ta’ pussess. F’dan ir-rigward, il-bżonn li jinbdew valutazzjoni ta’ l-impatt ambjentali ex-ante li tinvolvi l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati jista’ jaffetwa wkoll it-tul tal-fażi preparatorja. Fir-rigward tal-proċeduri għas-sejħa għall-proposti taħt il-programmi tematiċi, il-Kummissjoni taqbel li kien hemm dewmien bejn meta it-tnedija tas-sejħa u l-iffirmar tat-tieni grupp ta’ kuntratti. Madankollu, ta’ min iqis li s-sejħa għall-proposti ta’ l-2001 kienet waħda mill-ewwel sejħiet imnedija mill-Kummissjoni taħt il-programmi tematiċi fl-għajnuna esterna. Kif issemma aktar ’il fuq, il-Kummissjoni ilha minn dak iż-żmien tagħmel ħilitha biex taċċellera l-proċessi ta’ l-għażla u tal-ġestjoni tal-proġetti, u dan diġà rriżulta f’titjib sinifikanti fis-sejħa sussegwenti li tnediet fl-2003. Il-proċeduri għas-sejħa għall-proposti introdotti fl-2006, jipprevedu li ż-żmien bejn il-ftuħ ta’ sejħa għall-proposti u l-preparazzjoni ta’ kuntratt m’għandux jeċċedi sena. |
|
66. |
Il-proċeduri KE u r-regoli ta’ l-akkwist huma ingranati biex jiżguraw l-ogħla livell ta’ trasparenza u ġustizzja u jippermettu superviżjoni u kontroll ta’ l-użu tal-fondi pubbliċi. Il-Kummissjoni taqbel li hemm lok għal semplifikazzjoni tal-proċeduri sabiex jiżdiedu l-veloċità u l-effettività tal-konsenja ta’ għajnuna, u pproponiet emendi għar-Regolament Finanzjarju f’dan ir-rigward. Diġà twettqet l-ewwel reviżjoni tal-proċeduri taħt ir-regolamentazzjoni korrenti mill-EuropeAid u daħlet fis-seħħ fi Frar ta’ din is-sena (ara l-gwida prattika l-ġdida). Kaxxa 12. Il-Kummissjoni tqis li minkejja d-dewmien li kien hemm bejn is-sottomissjoni tal-proposta u l-approvazzjoni tagħha, il-proġett fil-Brażil baqa’ rilevanti minħabba li l-problemi u l-bżonnijiet li għandhom jiġu indirizzati u deskritti fil-proposta baqgħu jeżistu meta beda l-proġett. Id-dewmien fl-approvazzjoni tal-proġett għandu jiġi evitat kemm jista’ jkun possibbli. |
|
68. |
Il-Kummissjoni għandha l-istess fehmiet bħall-Qorti dwar l-importanza kritika li jinbnew il-kapaċitajiet fil-pajjiżi msieħba. Dan l-għan fil-fatt kien segwit b’mod kostanti taħt il-kooperazzjoni KE, għalkemm jista’ jkun diffiċli li tkun provduta valutazzjoni kwalitativa u kwantitativa tar-riżultati tiegħu. L-attivitajiet għall-bini tal-kapaċitajiet ta’ sikwit kellhom punt fokali lokali (żona ta’ intervent ta’ proġett) u kellhom bħala mira livelli lokali ta’ gvern flimkien mas-soċjetà ċivili. Komponent tal-bini tal-kapaċitajiet li għandu bħala mira l-amministrazzjonijiet ċentrali ġie inkluż b’mod aktar frekwenti taħt operazzjonijiet akbar iffinanzjati taħt programmi ġeografiċi. Madankollu, sabiex il-bini tal-kapaċitajiet u l-ħidma b’appoġġ għall-istituzzjonijiet ikunu effettivi bis-sħiħ, huma meħtieġa pussess u impenn min-naħa ta’ l-istituzzjonijiet riċeventi. |
|
69. |
Meta tidentifika u tfassal interventi taħt programmi ġeografiċi, il-KE dejjem tfittex li tiżgura l-ogħla livell ta’ impenn politiku tal-pajjiż benefiċjarju. Madankollu, anki minħabba l-piż ġeneralment limitat ta’ kwistjonijiet ambjentali meta mqabbla ma’ prijoritajiet politiċi oħra f’pajjiżi/reġjuni benefiċjarji, tali impenn fil-prattika mhuwiex dejjem daqshekk sod u b’saħħtu kif ikun iddikjarat, u mhux dejjem jittraduċi ruħu f’livell adegwat ta’ kooperazzjoni u appoġġ min-naħa tal-kontroparti f’livell operattiv. |
|
70. |
Is-sitwazzjoni evokata mill-Qorti f’dan il-paragrafu tinbet direttament miċ-ċirkustanzi li għadhom kif ġew deskritti (il-paragrafu 69) kif ukoll minn għarfien insuffiċjenti tal-proċeduri KE imsemmija fir-risposta għall-paragrafu 62. Il-Kummissjoni qiegħda dejjem aktar tagħmel enfażi fuq il-pussess u r-responsabbiltà ta’ l-amministrazjonijiet imsieħba fejn għandhom x’jaqsmu l-ġestjoni ta’ l-operazzjonijiet, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti taħt ir-Regolamenti Finanzjarji. L-ispinta li għaddejja lejn konsenja ġdida ta’ għajnuna hija differenti mill-metodu klassiku tal-proġett (metodi settorjali, programmi ta’ appoġġ għall-politiki settorjali) u hija ġġustifikata fost l-oħrajn minn preokkupazzjoni ċara dwar is-sostenibbiltà ta’ l-operazzjonijiet tul medda twila ta’ żmien. Il-Kummissjoni hija konxja mill-problemi relatati ma ċaqliq fl-istaff u sfortunatament esperjenzat il-konsegwenzi negattivi ta’ tali bidliet fi proġetti/programmi, partikolarment dawk implimentati fil-parti l-kbira taż-żoni remoti. Madankollu, din il-problema ġeneralment tmur lil hinn mid-djalogu politiku li l-KE jista’ jkollha mal-pajjiżi benefiċjarji. |
|
72. |
Il-Kummissjoni kienet b’mod konstanti attenta għat-tfassil tal-proġetti/programmi għall-bżonn li ttejjeb l-għajxien lokali bħala kundizzjoni kruċjali għas-sostenibbiltà tul medda twila ta’ żmien ta’ l-isforzi ta’ konservazzjoni u skond il-miri komplessivi għat-tnaqqis tal-faqar. Madankollu, il-possibbilitajiet ta’ ġenerazzjoni ta’ dħul fi u madwar iż-żoni ta’ konservazzjoni huma ġeneralment limitati u mhumiex suffiċjenti biex jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ l-iżvilupp lokali u tal-ħarsien ambjentali tul medda twila ta’ żmien. Ara r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafi 50.-56. Ukoll, u b’mod mill-aktar kritiku, il-progress promoss permezz ta’ l-għajnuna għall-iżvilupp KE f’dan il-qasam jibqa’ vulnerabbli għall-effetti ta’ l-iżviluppi mbuttati mill-politiki nazzjonali u internazzjonali f’oqsma oħra, għalhekk l-importanza kruċjali biex tiġi żgurata l-koerenza tal-politika għall-iżvilupp. Parti konsiderevoli tal-ħidma li ssir mill-programm ECOFAC fis-snin kollha ta’ intervent kienet indirizzata lit-turiżmu u b’mod aktar ġenerali għall-kwistjonijiet li jiġġeneraw id-dħul (iż-żoni tal-kaċċa fl-Afrika Ċentrali, il-kwistjonijiet tat-turiżmu fil-Kongo Brazzaville, fil-Gabon, fil-Ginea Ekwatorjali, fis-Sao Tome). Il-faċilitajiet eżistenti ta’ l-ekoturiżmu fiż-żona ta’ l-intervent ta’ l-ECOFAC inħolqot mill-programm. |
|
73.-74. |
Il-metodu tal-proġett jipprovdi opportunitajiet limitati, biex jiġu vvalutati b’mod konġunt ma’ l-imsieħba fl-iżvilupp il-politiki ambjentali u l-programmi usa’ tal-pajjiżi msieħba, u biex tingħata ħarsa lejn l-implikazzjonijiet dwar l-ambjent ta’ politiki barra mis-settur ta’ l-ambjent. Madankollu, il-profili ambjentali tal-pajjiżi li bħalissa qed jitwettqu bħala parti mill-preparazzjoni tad-Dokumenti ta’ Strateġija tal-Pajjiżi huma maħsuba biex jidentifikaw dawn in-nuqqasijiet, sabiex ikunu jistgħu jitqiesu meta jkunu qed jitfasslu l-operazzjonijiet ta’ l-għajnuna. |
|
75. |
Sa mill-2001 il-gvernijiet ċentrali mhumiex eliġibbli bħala applikanti jew imsieħba għas-sejħa għall-proposti taħt il-linja baġitarja ta’ l-Ambjent u tal-Foresterija u għalhekk ma jistgħux jibbenefikaw minn għotja. Madankollu, jitħallew ikunu involuti fil-proġetti, partikolarment permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom bħala assoċjati. Għalkemm rari osservat, dan l-involviment għandu jiġi mħeġġeġ, fejn ikun neċessarju, biex ikun żgurat li r-riżultati tal-proġetti ikunu sostenibbli fil-livell tal-politika. |
|
76. |
Fir-rigward tar-rwol ta’ l-appoġġ dirett għall-baġit, jekk jogħġbok ara l-kummenti għall-paragrafi 36. –38. |
|
77. |
Għandhom isiru aktar sforzi biex jixxerdu aħjar ir-riżultati miksuba u l-lezzjonijiet mitgħallma taħt il-proġetti tal-programmi ta’ l-Ambjent u tal-Foresti. Meta tiġi vvalutata proposta, ta’ min jara li parti mill-baġit ikun iddedikat għat-tixrid u għall-kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà wara li jiġu kkompletati l-attivitajiet. Waqt it-twettiq tal-proġett, fl-aħħar sena tiegħu, għandu jiġi ppreparat pjan ċar għat-tixrid u għall-attivitajiet futuri. Huwa mistenni wkoll li, wara l-proċess ta’ devoluzzjoni, il-gvernijiet fil-pajjiżi benefiċjarji ser ikunu informati aħjar bir-riżultati tal-proġetti. Kaxxa 15. Il-ħolqien tal-PPG7 huwa komplessa sa mill-bidunett. Fl-1992, il-Brażil, bħala l-pajjiż ospitanti tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, kien konvint mis-7 setgħat ekonomiċi ewlenija biex jaqbel dwar il-PPG7. F’dak l-istadju, madankollu, il-kuxjenza dwar l-urġenza tal-ħarsien ambjentali fl-Amażonja ma kinitx mifruxa fil-pajjiż, u lanqas ma kienu stabbiliti l-istrutturi u l-baġits xierqa fl-Istati parteċipanti. Meta wasal iż-żmien, il-programm ikkontribwixxa għall-ħolqien tal-Ministeru ta’ l-Ambjent u tas-Segretarjati ta’ l-Ambjent fl-Istati involuti. Ġew ikkompletati wkoll bosta attivitajiet ta’ taħriġ, li mhux dejjem irriżultaw f’benefiċċju totali, minħabba ċ-ċaqliq kbir fl-istaff. Fattur ieħor li joħloq kumplikazzjoni huwa d-differenzi kulturali u leġiżlattivi kbar li jeżistu bejn l-Istati differenti fir-reġjun ta’ l-Amażonja. Pereżempju, ir-Rondônja kien l-uniku Stat fejn it-Tqassim f’Żoni Ekoloġiċi u Ekonomiċi kien adottat bħala liġi. Fi Stati oħra ma kien hemm l-ebda politika uffiċjali li tappoġġja l-EEZ. L-esperjenza wriet li l-miżuri ta’ “kmand u kontroll” ma jistgħux jiġu implimentati b’mod effettiv. L-Istat huwa prattikament assenti fiż-żona. Minbarra dan, biex jiġu kkontrollati l-5 miljun kilometru kwadru tal-foresta ta’ l-Amażonja, konsiderevolment aktar mill-madwar 4 miljun kilometru kwadru ta’ l-UE preżenti, għandha tkun neċessarja preżenza enormi ta’ l-Istat. Dan in-nuqqas qed jiġi megħlub bil-mod il-mod permezz tal-monitoraġġ mill-ajru u bis-satellita. Minkejja l-isforzi tal-Ministeru ta’ l-Ambjent f’din id-direzzjoni, jibqa’ diffiċli li jkunu introdotti politiki ambjentali bħala kwistjoni orizzontali li tinvolvi wkoll ministeri oħra, prinċipalment minħabba l-pressjoni politika biex jinħolqu t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. |
|
78. |
Dwar is-sostenibbiltà finanzjarja ta’ proġetti fis-settur ta’ l-ambjent (jiġifieri l-ħarsien, il-konservazzjoni, il-valorizzazzjoni), jekk jogħġbok ara r-risposti għall-paragrafi 50. –56. u 72. |
|
79. |
Il-Kummissjoni hija konxja mill-problema u qed tindirizzaha fil-preparazzjoni tal-programm tematiku l-ġdid għall-2007-2013, li jinsisti fuq is-sussidjarjetà u fuq il-komplementarjetà tal-programm tematiku għall-programmi ġeografiċi. |
|
80. |
Il-Kummissjoni taqsam bis-sħiħ din l-osservazzjoni tal-Qorti. Għal darb’oħra issir referenza għar-risposti mogħtija għall-paragrafi 50-56 u 72. Il-Kummissjoni tagħti importanza lill-fatt li tkun żgurata l-koerenza politika għall-iżvilupp, sabiex jiġu prevenuti miżuri li jistgħu jipprovdu inċentivi qawwija għall-benefiċċji ekonomiċi tul medda qasira ta’ żmien, biex b’hekk idgħajfu l-isforzi kooperattivi fil-konservazzjoni u l-prospetti tas-sostenibbiltà tagħhom. Barra minn dan, fir-rigward tal-qtugħ illegali tas-siġar (Kaxxa 16), li ta’ spiss huwa fattur ewlieni li jdgħajjef il-vijabilità ta’ xi proġett iffinanzjat mill-KE, il-Kummissjoni nediet il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (FLEGT) (COM/2003/251 finali). Dan il-Pjan ta’ Azzjoni huwa pass importanti fid-direzzjoni t-tajba biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ambjentali b’mod aktar globali u komprensiv, filwaqt li jitqiesu l-impatti fundamentali u li ta’ spiss mhumiex meqjusa tal-mudelli ta’ kummerċ dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent. |
|
81. |
Kaxxa 16. Iż-żoni kollha tal-foresti naturali fiċ-Ċina jingħataw kwota għall-qtugħ tas-siġar li tikkwantifika l-ammont ta’ injam li jista’ jinqata’ għal (i) l-użu ta’ l-injam fid-dar/għall-fjuwil u (ii) r-rinnovazzjoni tad-djar. Fiż-żoni tal-Proġett ta’ Ġestjoni tal-Foresti Naturali (NFMP) japplika dan li ġej: fil-Provinċja ta’ Sichuan hemm projbizzjoni totali fuq il-qtugħ tas-siġar; fil-Provinċji ta’ Hunan u Hainan m’hemmx. F’Hunan u f’Hainan, il-foresti nqerdu matul għexieren ta’ snin u ġew/qed jiġu sostitwiti mill-bambù (Hunan) u mill-gomma (Hainan) li huma esplojtati legalment għall-injam/gomma. Iż-żoni tal-bambù/gomma huma proprjetà kollettiva u jintabu f’konfini ma’ żoni ta’ foresta naturali. Ġie rrapurtat li l-bdiewa jidħlu fuq iż-żoni ta’ foresta naturali meta jkunu qed jaħsdu l-foresti li huma proprjetà kollettiva tagħhom. Safejn taf id-Delegazzjoni KE fiċ-Ċina mhemm l-ebda qtugħ illegali ta’ injam li jintuża kummerċjalment fl-industrija ta’ l-injam (timber/wood industry). Il-qtugħ kummerċjali tas-siġar f’Hunan u f’Hainan m’għandu l-ebda impatt fuq l-effettività ta’ l-NFMP. Fejn għandu x’jaqsam l-użu tal-foresti naturali mill-popolazzjoni rurali, huwa preċiżament il-kompitu ta’ l-NFMP li jiżvilupp mudelli għall-użu sostenibbli. Fl-Indoneżja, il-Kummissjoni appoġġjat il-Proġett tal-Ġestjoni tal-Foresta tal-Berau (BFMP) li introduċa ġestjoni sostenibbli tal-foresti u għen biex iħares il-biċċiet ta’ l-art tar-riċerka ta’ importanza internazzjonali STREK li oriġinarjament kienu stabbiliti bl-għajnuna tas-CIRAD, Franza. It-theddida ta’ l-attivitajiet ta’ tħaffir għall-faħam tibqa’. Madankollu, il-proġett il-ġdid ippjanat, l-Ippjanar Parteċipattiv tar-Riżorsi Naturali fil-Berau u fil-Bulugan, ser jipprovdi l-qafas ġenerali għall-ippjanar integrat għall-użu ta’ l-art li huwa meħtieġ għall-assembleji distrettwali biex jagħmlu għażliet informati bejn l-użi ta’ l-art li jikkompetu. |
KONLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET
|
82. |
Wara li f’Diċembru 2005 ġie ffirmat il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, li jagħti aktar importanza lill-aspetti ambjentali tal-politika ta’ żvilupp, il-Kummissjoni ser tirrivedi u taġġorna l-Istrateġija għall-Integrazzjoni ta’ l-Ambjent ta’ l-2001, u ser tagħmilha aktar komprensiva. |
|
83. |
Fir-rigward ta’ bżonnijiet ta’ staff, fl-iffissar tal-prijoritajiet għall-użu tar-riżorsi limitati, għandha ssir enfażi fuq il-bini ta’ kapaċitajiet ta’ l-istaff mhux speċjalizzat biex jittratta proċeduri bażiċi ta’ integrazzjoni ambjentali (eżami bir-reqqa) u biex l-appoġġ speċjalizzat isir disponibbli, meta dan jintalab, matul l-identifikazzjoni u l-formulazzjoni. L-abbozz tal-manwal ta’ l-integrazzjoni ta’ l-ambjent dalwaqt jiġi ffinalizzat. Il-partijiet komponenti diġà qed jintużaw u ġew ikkonsultati b’mod estensiv. Minn Novembru 2004 sat-tmiem ta’ l-2005 madwar 350 membru ta’ l-istaff ġew imħarrġa fil-Kwartieri Ġenerali u d-Delegazzjonijiet. Il-Kummissjoni taqbel mal-bżonn għal aktar tisħiħ ta’ l-għarfien u qed tqis jekk tagħmilx il-korsijiet tematiċi mandatorji għall-istaff prinċipali. Is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni diġà huma żviluppati sew, imma l-Kummissjoni ser teżamina modi biex ittejjeb it-tixrid ta’ l-aqwa prattika minn evalwazzjonijiet fil-livell tal-proġetti. |
|
84. |
Il-Kummissjoni qed tipprepara sistematikament Profili ta’ l-Ambjent tal-Pajjiż bl-għan li tintegra aħjar l-ambjent fil-ġenerazzjoni li jmiss tad-Dokumenti ta’ Strateġija tal-Pajjiż (2007-2013). Madankollu, l-impatt ta’ dawn is-CEPs fuq is-CSPs il-ġodda fl-aħħar mill-aħħar jiddependi mill-prijorità li l-pajjiżi msieħba jagħtu lill-kwistjonijiet ambjentali. Appoġġ Ġenerali għall-Baġit (GBS) jinvolvi djalogu ta’ politika wiesa’ dwar l-istrateġiji ta’ żvilupp ta’ l-imsieħba, u jiffoka fuq it-tnaqqis fil-faqar, l-istabbiltà makroekonomika, u l-ġestjoni finanzjarja pubblika mtejba skond id-dispożizzjonijiet u l-impenji legali (bħalma huwa l-Artikolu 61.2 tal-Ftehim ta’ Cotonou). Il-Kummissjoni ser tagħmel ħilitha biex tintegra l-ambjent fil-livell tad-djalogu ta’ politika kull meta jkun rilevanti. Fil-każ ta’ appoġġ baġitarju fis-setturi (SBS), jista’ jitqies it-tħassib ambjentali speċifiku għas-settur permezz tad-djalogu tal-politika settorjali kif ukoll permezz tat-tfassil tal-programm innifsu. Jista’ jiġi previst ukoll SBS iffokat fuq l-ambjent. Il-Kummissjoni qed tqis l-aspett ta’ l-ambjent fir-reviżjoni korrenti tal-manwali tagħha dwar l-appoħħ għall-baġit u għall-politika settorjali. |
|
85. |
Minħabba l-kuntest diffiċli tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-Kummissjoni tqis il-proġetti bħala li huma raġonevolment effettivi. Għandhom jitqiesu n-numri kbar ta’ fatturi li jintervjenu matul l-implimentazzjoni (inklużi l-instabbiltà politika u l-problemi ta’ l-infurzar tal-liġi), li ta’ sikwit ma jkunux taħt il-kontroll tal-proġett, li jaffetwaw il-possibbiltajiet li jintlaħqu r-riżultati maħsuba u li jipproduċu l-impatt mistenni. Il-Kummissjoni qed tagħmel ħilitha biex ittejjeb il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-proġetti. Il-Kummissjoni qiegħda dejjem aktar tagħmel enfażi fuq il-pussess u r-responsabbiltà ta’ l-amministrazzjonijiet imsieħba fejn għandha x’taqsam il-ġestjoni ta’ l-operazzjonijiet, anki skond id-dispożizzjonijiet rilevanti taħt ir-Regolamenti Finanzjarji. L-ispinta li għaddejja lejn modalitajiet ġodda ta’ konsenja ta’ l-għajnuna li huma differenti mill-metodu klassiku tal-proġett (metodi settorjali, programmi settorjali ta’ appoġġ għall-politika) hija ġustifikata fost l-oħrajn minn preokkupazzjoni għas-sostenibbiltà ta’ l-operazzjonijiet tul medda twila ta’ żmien. |
|
86. |
Il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Komunità hija rregolata mill-prinċipji ta’ sħubija u ta’ pussess f’isem il-pajjiżi riċeventi. Dan ifisser li l-prijoritajiet tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni ġeografika huma miftiehma permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni, fejn il-pajjiżi benefiċjarji msieħba jistgħu jiddedikaw aktar sforzi fuq setturi soċjali bħalma huma s-saħħa u l-edukazzjoni. Madankollu l-Kummissjoni ser tkompli taħdem sabiex iżżid il-kuxjenza dwar kwistjonijiet ambjentali fir-relazzjonijiet bilaterali tagħha mal-pajjiżi msieħba. Il-Kummissjoni tikkonċentra l-isforzi tagħha biex tottimizza l-użu tar-riżorsi skarsi. F’dan ir-rigward, f’Marzu 2005, il-kompetenza tematika fil-EuropeAid ġiet organizzata mill-ġdid sabiex tipprovdi appoġġ ta’ kwalità tajba b’mod effiċjenti. |
|
87. |
Il-Kummissjoni ser tirrivedi u taġġorna l-Istrateġija għall-Integrazzjoni ta’ l-Ambjent ta’ l-2001, u ser tagħmilha aktar komprensiva, billi tqis l-iżviluppi reċenti fil-politika bħalma huma l-kunsens Ewropew dwar l-iżvilupp ta’ Diċembru 2005, l-istrateġija għal żvilupp sostenibbli, u l-programm tematiku għall-Ambjent u għall-ġestjoni sostenibbli tar-Riżorsi Naturali u ta’ l-Enerġija (ENRTP). |
|
88. |
Il-Kummissjoni ser tniedi grupp ta’ direzzjoni bejn is-servizzi dwar l-ambjent li qed jiżviluppa li ser jipprovdi gwida u jiżgura koordinazzjoni aħjar. Ser jiġu żviluppati aktar sinerġiji bl-istabbiliment ta’ Osservatorju għall-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli miċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta tal-KE biex jagħti appoġġ lill-programmazzjoni u lill-implimentazzjoni tal-politika ta’ żvilupp KE. |
|
89. |
Fl-iffissar tal-prijoritajiet għall-użu ta’ riżorsi limitati, għandha ssir enfażi fuq il-bini tal-kapaċitajiet ta’ l-istaff mhux speċjalizzat biex jitratta proċeduri bażiċi ta’ integrazzjoni ambjentali (eżami b’reqqa) u biex appoġġ speċjalizzat ikun disponibbli meta dan jintalab matul l-identifikazzjoni u l-formulazzjoni. |
|
90. |
Huwa mistenni li l-manwal ta’ l-integrazzjoni ta’ l-ambjent jiġi approvat fl-2006 u jintbagħat lis-servizzi rilevanti KE fi Brussell u lid-Delegazzjonijiet. Il-konformità ser tiġi verifikata bħala parti mill-kontrolli tal-Grupp ta’ Appoġġ għall-Kwalità fl-istadji ta’ l-identifikazzjoni u l-formulazzjoni ta’ l-operazzjonijiet. |
|
91. |
Il-Kummissjoni taqbel mal-bżonn għal aktar tisħiħ ta’ l-għarfien u ser tqis jekk tagħmilx il-korsijiet tematiċi mandatorji għall-istaff prinċipali. Din id-deċiżjoni trid tittieħed b’mod parallel għal dik biex jiġi allokat il-baġit neċessarju għal dawn il-korsijiet. Il-Kummissjoni ser tindirizza din il-kwistjoni fl-2006. |
|
92. |
Il-Kummissjoni ser tqis twettaqx evalwazzjoni ġenerali f’dan l-istadju u l-probabbiltà li d-data tiġi esplojtata aħjar mis-sistema ta’ monitoraġġ biex ikun jittejjeb ir-rendiment. Il-Kummissjoni nediet il-ħolqien ta’ database li ser tipprovdi inventarju ta’ l-evalwazzjonijiet tal-proġetti kollha, li tista’ tiġi mfittxa u jkun hemm aċċess għalih permezz ta’ kliem prinċipali, inkluż “ambjent”. Dan ser jippermetti li r-riżultati jiġu vvalutati b’mod aktar sistematiku. |
|
93. |
Il-Kummissjoni hija konxja li jeħtieġ li jsiru aktar sforzi biex tittejjeb il-kapaċità tagħha li tikkonsenja informazzjoni dwar in-nefqa ambjentali li tkun kemm jista’ jkun eżatta. Madankollu, hemm limitu għal dak li jista’ jinkiseb, partikolarment fir-rigward tal-possibbiltà li tiġi identifikata nefqa relatata ma’ l-ambjent taħt proġetti mhux ambjentali. |
|
94. |
Il-linji ta’ gwida tal-programmazzjoni għas-CSPs tal-ġenerazzjoni li jmiss speċifikament jeħtieġu analiżi tas-sitwazzjoni ambjentali, ibbażata fuq il-Profil ta’ l-Ambjent tal-Pajjiż (CEP), u jidentifikaw oqsma possibbli ta’ intervent (jew integrati fis-setturi fokali, jew riżorsi ta’ l-ambjent/naturali bħala settur speċifiku). |
|
95. |
Permezz ta’ l-aġġornament tagħha tal-manwali rilevanti li mistennija jiġu finalizzati fl-2006, il-Kummissjoni ser tagħmel sforz partikolari biex tintegra aħjar l-ambjent fl-operazzjoni tagħha ta’ appoġġ dirett għall-baġit permezz tad-djalogu dwar strateġiji għat-tnaqqis tal-faqar li jakkumpanja l-GBS u, meta jkun rilevanti, permezz tad-djalogu tal-politika settorjali u t-tfassil ta’ l-SBS individwali (eliġibbiltà u kundizzjonijiet ta’ ħlas). SEA tal-politiki governattivi ser tiġi promossa meta jkun xieraq, partikolarment f’relazzjoni ma’ metodi settorjali/appoġġ baġitarju fis-setturi li jiffokaw fuq setturi aktar sensittivi għall-ambjent. |
|
96. |
Fil-manwal ambjentali ser jiġu stabbiliti l-proċeduri ta’ l-eżami bir-reqqa. L-applikazzjoni tagħhom ser tiġi mmonitorjata bħala parti mill-kontrolli ta’ l-appoġġ għall-kwalità (QSG) fl-identifikazzjoni u fil-formulazzjoni. Il-Kummissjoni ser tqis il-possibbiltà li tafda lid-Delegazzjonijiet KE bi rwol akbar f’dan il-qasam, b’mod li huwa kompatibbli mad-disponibbiltà korrenti u futura possibbli tar-riżorsi umani kwalifikati filwaqt li tqis il-bżonn li ma tikkontradixxix l-isforzi li għaddejjin li għandhom l-għan li jissemplifikaw il-proċeduri. Għandha ssir enfażi fuq il-bini tal-kapaċitajiet ta’ l-istaff mhux speċjalizzati biex iwettqu l-eżamijiet bir-reqqa u biex jagħmlu disponibbli l-appoġġ meta dan jintalab. |
|
97. |
Il-parti l-kbira ta’ dawn il-kontrolli ser jitwettqu bħala parti mill-QSG matul il-fażi tal-formulazzjoni, li tħares lejn il-kwalità u l-konsistenza ta’ operazzjoni proposta, inklużi l-kwalità u l-kompletezza ta’ l-istudji preliminari kollha u tad-dispożizzjonijiet inklużi fl-abbozzi tal-ftehimiet ta’ finanzjament. |
|
98. |
Il-Kummissjoni hija konxja li s-sitwazzjoni effettiva fuq il-post għandha titqies b’mod xieraq fil-valutazzjoni. Skond dan, il-“Gwida Prattika għall-Proċeduri tal-Kuntratti għal Azzjonijiet Esterni tal-KE” il-ġdida, li ilha fis-seħħ minn Frar 2006, tagħti aktar piż minn qabel lill-fehmiet tad-Delegazzjonijiet KE fil-valutazzjoni tal-proposti għall-proġetti. |
|
99. |
Il-Kummissjoni taqbel li hemm lok għal semplifikazzjoni tal-proċeduri sabiex jiżdiedu l-veloċità u l-effettività tal-konsenja ta’ l-għajnuna, filwaqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-ġustizzja. Il-Kummissjoni pproponiet emendi għar-Regolament Finanzjarju f’dan ir-rigward. Diġà twettqet l-ewwel reviżjoni tal-proċeduri taħt ir-regolamentazzjoni korrenti mill-EuropeAid u din daħlet fis-seħħ fi Frar ta’ din is-sena (ara l-gwida prattika l-ġdida). |
|
100. |
Il-Programm Tematiku dwar l-Ambjent u r-Riżorsi Naturali inkluża l-Enerġija li dalwaqt ġej ser iħeġġeġ lill-komunitajiet lokali biex jiġġestixxu r-riżorsi b’mod sostenibbli u ser jippromwovi l-integrazzjoni ta’ tali azzjonijiet fil-programmi ġeografiċi. |
|
101. |
Il-Kummissjoni ser tqis jekk tagħmilx studju ta’ l-għażliet disponibbli għall-modalitajiet ta’ l-għajnuna fis-settur ta’ l-ambjent, bħala parti mill-istrateġija ambjentali riveduta tagħha, billi tibbaża ruħha fuq l-esperjenza tagħha stess u fuq l-esperjenza ta’ donaturi oħra, u filwaqt li tqis il-limitazzjonijiet proċedurali u legali korrenti. |