Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62010TJ0331

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba̕ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2012.
Yoshida Metal Industry Co. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni).
Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta wiċċ b’tikek suwed — Forma tal-prodott neċessarja għall-kisba ta’ riżultat tekniku — Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
Kawża T-331/10.

IdentifikaturECLI: ECLI:EU:T:2012:220





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba̕ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2012 — Yoshida Metal Industry vs UASI — Pi-Design et (Rappreżentazzjoni ta’ wiċċ trijangolari b’tikek suwed)

(Kawża T-331/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta wiċċ b’tikek suwed — Forma tal-prodott neċessarja għall-kisba ta’ riżultat tekniku — Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Sinjali komposti esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarja għall-kisba ta’ riżultat tekniku — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(e)(ii)) (ara l-punti 26-28)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Mejju 2010 (Każ R 1235/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Pi-Design AG, Bodum France u Bodum Logistics A/S minn naħa, u Yoshida Metal Industry Co. Ltd min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta’ Mejju 2010, (Każ R 1235/2008-1) hija annullata.

2)

Minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ Yoshida Metal Industry Co. Ltd.

3)

Pi-Design AG, Bodum France u Bodum Logistics A/S għandhom ibatu l‑ispejjeż tagħhom.

Fuq