Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62020CJ0233
Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 25 November 2021.#WD v job-medium GmbH.#Request for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof.#Reference for a preliminary ruling – Social policy – Directive 2003/88/EC – Protection of the safety and health of workers – Article 7(1) – Right to an allowance in lieu of paid annual leave not taken before the end of the employment relationship – Early termination of the employment relationship by the employee.#Case C-233/20.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021.
WD vs job-medium GmbH.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Oberster Gerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2003/88/KE – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Artikolu 7(1) – Dritt għal kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas mhux meħud qabel it-tmiem tar‑relazzjoni ta’ xogħol – Tmiem qabel iż-żmien tar-relazzjoni ta’ xogħol minħabba l-impjegat.
Kawża C-233/20.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021.
WD vs job-medium GmbH.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Oberster Gerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2003/88/KE – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Artikolu 7(1) – Dritt għal kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas mhux meħud qabel it-tmiem tar‑relazzjoni ta’ xogħol – Tmiem qabel iż-żmien tar-relazzjoni ta’ xogħol minħabba l-impjegat.
Kawża C-233/20.
Rapporti tal-qorti - ġenerali - Taqsima “Informazzjoni dwar deċiżjonijiet mhux ippubblikati”
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2021:960
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla)
25 ta’ Novembru 2021 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2003/88/KE – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Artikolu 7(1) – Dritt għal kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas mhux meħud qabel it-tmiem tar‑relazzjoni ta’ xogħol – Tmiem qabel iż-żmien tar-relazzjoni ta’ xogħol minħabba l-impjegat”
Fil-Kawża C‑233/20,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l‑Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tad‑29 ta’ April 2020, li waslet fil-Qorti tal‑Ġustizzja fl‑4 ta’ Ġunju 2020, fil-proċedura
WD
vs
job‑medium GmbH, fi stralċ,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),
komposta minn I. Ziemele (Relatriċi), Presidenta tas-Sitt Awla, li qiegħda taġixxi bħala Presidenta tas-Seba’ Awla, T. von Danwitz u A. Kumin, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: G. Hogan,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal WD, minn G. Storch u R. Storch, Rechtsanwälte, |
|
– |
għal job‑medium GmbH, fi stralċ, minn F. Marhold, Rechtsanwalt, |
|
– |
għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch, J. Schmoll u C. Leeb, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.‑R. Killmann u C. Valero, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑15 ta’ April 2021,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381), kif ukoll tal‑Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn WD u l-persuna li kienet timpjegah, job‑medium GmbH, fi stralċ, dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li tħallas lil WD kumpens finanzjarju għal-leave annwali mhux meħud qabel it-tmiem tar‑relazzjoni ta’ xogħol. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
|
3 |
Il-premessi 4 u 5 tad-Direttiva 2003/88 jgħidu li:
|
|
4 |
L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat “Għan u skop”, jipprevedi li: “1. Din id-Direttiva tistabbilixxi ħtiġiet minimi tas-siġurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol. […]” |
|
5 |
L-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Leave annwali”, jistabbilixxi li: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal-leave annwali bil-ħlas ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat b’konformità mal-kondizzjonijiet għall-intitolament għal, u l-għoti ta’, leave bħal dan stabbilit bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew bil-prattika. 2. Il-perjodu minimu ta’ leave annwali bil-ħlas ma jistax ikun mibdul b’pagament ta’ benefiċċji bħala kumpens, apparti minn meta r-relazzjoni ta’ l-impieg tkun ġiet itterminata.” |
|
6 |
L-Artikolu 23 tal-istess direttiva, intitolat “Il-livell ta’ Protezzjoni”, huwa fformulat kif ġej: “Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ Stat Membru li jiżviluppa, fid-dawl ta’ ċirkostanzi li jinbidlu, leġislattiva differenti, disposizzjonijiet regolatorji jew kuntrattwali fil-qasam tal-ħin tax-xogħol, sakemm il-ħtiġiet minimi li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva jkun hemm konformità magħhom, l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandhiex tikkostitwixxi bażi valida għat-tnaqqis tal-livell ġenerali tal-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema.” |
Id-dritt Awstrijak
|
7 |
Skont l-Artikolu 10 tal-Urlaubsgesetz (il-Liġi dwar il-Leave), tas‑7 ta’ Lulju 1976 (BGBl. I, 3/2013): “1. Fid-data ta’ tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol, l-impjegat għandu jkun intitolat, għas-sena ta’ referenza li fiha r-relazzjoni ta’ xogħol tiġi tterminata, għal kumpens finanzjarju bħala kumpens għal-leave li jikkorrispondi mal-perijodu tax-xogħol matul is-sena ta’ referenza skont is-sena ta’ referenza sħiħa. Leave diġà meħud għandu jitnaqqas mil-leave annwali dovut pro rata temporis. […] 2. L-ebda kumpens finanzjarju ma għandu jkun dovut jekk l-impjegat itemm ir‑relazzjoni ta’ xogħol qabel iż-żmien mingħajr raġuni serja. 3. Fir-rigward tal-leave mhux meħud relatat mas-snin ta’ referenza preċedenti, il-ħaddiem għandu dritt, minflok l-allowance tal-leave mħallas li tkun għadha dovuta, għal kumpens finanzjarju li jikkorrispondi għat-totalità tal-allowance tal‑leave mħallas li tkun għadha dovuta, sakemm id-dritt għal-leave ma huwiex preskritt. […]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
8 |
WD kien impjegat ma’ job‑medium mill‑25 ta’ Ġunju 2018 sad‑9 ta’ Ottubru 2018, data li fiha WD temm ir-relazzjoni ta’ xogħol permezz ta’ riżenja qabel iż-żmien u mhux iġġustifikata. Matul il-perijodu ta’ impjieg, WD kiseb dritt għal leave annwali mħallas li jikkorrispondi għal 7.33 ijiem ta’ xogħol, li minnhom erbat ijiem ittieħdu matul il-perijodu ta’ impjieg. Fid-data meta ġiet fi tmiemha r-relazzjoni ta’ xogħol, WD kien għad fadallu dritt għal-leave li jikkorrispondi għal 3.33 ijiem. Billi invokat l-Artikolu 10(2) tal-Liġi dwar il‑Leave, job-medium irrifjutatlu l-ħlas tal-kumpens finanzjarju għal dawn il-ġranet mhux meħuda, ekwivalenti għal ammont ta’ EUR 322.06. |
|
9 |
Billi qies li din id-dispożizzjoni hija kuntrarja għad-dritt tal‑Unjoni, WD ippreżenta rikors għall-ħlas ta’ dan il-kumpens finanzjarju. |
|
10 |
Ir-rikors tiegħu ġie miċħud fl-ewwel istanza kif ukoll fl-istadju tal-appell abbażi tal‑Artikolu 10(2) tal-Liġi dwar il-Leave. |
|
11 |
Adita b’rikors għal reviżjoni kontra d-deċiżjoni mogħtija fl-istadju tal-appell, l‑Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), tippreċiża li t-telf tad-dritt għall-ħlas tal-kumpens għal-leave annwali mhux meħud, previst fl-Artikolu 10(2) tal-Liġi dwar il-Leave, huwa limitat għall-każ ta’ riżenja tal-ħaddiem, matul ir‑relazzjoni ta’ xogħol, mingħajr raġuni serja. F’dan il-kuntest, tikkostitwixxi “raġuni serja” kull ċirkustanza li fiha ma jistax jiġi raġonevolment mistenni li l‑ħaddiem ikompli r-relazzjoni ta’ xogħol. |
|
12 |
Dik il-qorti tindika li l-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa, minn naħa, ta’ inċentiv, sa fejn din tiddisswadi lill-ħaddiem milli jtemm qabel iż-żmien ir-relazzjoni ta’ xogħol mingħajr raġuni, u, min-naħa l-oħra, ekonomiku, peress li hija għandha l‑intenzjoni li teħles lill-persuna li timpjega minn oneru finanzjarju meta affaċċjata bit-telf imprevedibbli ta’ wieħed mill-impjegati tagħha. |
|
13 |
L-imsemmija qorti għandha, madankollu, dubji dwar il-kompatibbiltà tal‑Artikolu 10(2) tal‑Liġi dwar il-Leave mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll mal‑Artikolu 31(2) tal-Karta. |
|
14 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ammissibbiltà
|
15 |
Job-medium issostni li d-domandi preliminari huma inammissibbli, għar-raġuni li l-qorti tar-rinviju ma kinitx obbligata tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja, peress li s‑soluzzjoni tal-kawża prinċipali hija evidenti fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni u tal‑ġurisprudenza eżistenti. |
|
16 |
Qabelxejn, għandu jiġi kkonstatat li, fid-dawl tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-fatt li qorti nazzjonali ma hijiex obbligata tressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jew li r-risposta għal talba għal deċiżjoni preliminari tkun allegatament evidenti fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni ma għandu ebda effett fuq l-ammissibbiltà ta’ tali talba. |
|
17 |
Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn din tal-aħħar u l-qrati nazzjonali, stabbilita fl‑Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq it‑tilwima u li għandha tagħti d-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad‑domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, sakemm id‑domandi magħmula jkunu jikkonċernaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta tagħti deċiżjoni (sentenza tal‑24 ta’ Novembru 2020, Openbaar Ministerie (Falsifikazzjoni ta’ dokumenti), C‑510/19, EU:C:2020:953, punt 25). |
|
18 |
Minn dan isegwi li d-domandi dwar id-dritt tal-Unjoni jgawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar domanda għal deċiżjoni preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal‑Unjoni ma jkollha l-ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l‑problema tkun ta’ natura ipotetika jew ukoll meta l‑Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tal‑24 ta’ Novembru 2020, Openbaar Ministerie (Falsifikazzjoni ta’ dokumenti), C‑510/19, EU:C:2020:953, punt 26). |
|
19 |
Skont il-qorti tar-rinviju, WD ġie rrifjutat il-ħlas tal-kumpens finanzjarju għal‑leave mhux meħud fi tmiem ir‑relazzjoni ta’ xogħol tiegħu ma’ job‑medium abbażi tal‑Artikolu 10(2) tal-Liġi dwar il-Leave, għar-raġuni li huwa temm qabel iż-żmien din ir-relazzjoni, mingħajr raġuni serja. |
|
20 |
Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il‑kompatibbiltà ta’ din id-dispożizzjoni mal‑Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 u mal-Artikolu 31(2) tal-Karta. |
|
21 |
Konsegwentement, jirriżulta b’mod ċar li d-domandi magħmula jirrigwardaw l‑interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u li r-risposta għal dawn id-domandi hija utli u rilevanti għar-riżoluzzjoni tal-tilwima quddiem il-qorti tar-rinviju. |
|
22 |
Minn dan jirriżulta li d-domandi magħmula huma ammissibbli. |
Fuq il-mertu
Fuq l-ewwel domanda
|
23 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, moqri fid-dawl tal-Artikolu 31(2) tal‑Karta, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprevedi li ma huwa dovut l-ebda kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas mhux meħud fir‑rigward tal-aħħar sena ta’ impjieg kurrenti, meta l‑ħaddiem itemm qabel iż-żmien, unilateralment u mingħajr raġuni serja, ir‑relazzjoni ta’ xogħol. |
|
24 |
Qabelxejn, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal‑Ġustizzja, id-dritt għal-leave annwali mħallas ta’ kull ħaddiem għandu jitqies li huwa prinċipju ta’ dritt soċjali tal-Unjoni li għandu importanza partikolari, li minnu ma tistax issir deroga u li l-implimentazzjoni tiegħu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tista’ ssir biss fil-limiti espressament stipulati fid‑Direttiva 2003/88 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Ġunju 2014, Bollacke, C‑118/13, EU:C:2014:1755, punt 15 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
25 |
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 jirrifletti u jikkonkretizza għalhekk id-dritt fundamentali għal perijodu annwali ta’ leave mħallas, stabbilit fl-Artikolu 31(2) tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑8 ta’ Settembru 2020, Il-Kummissjoni u Il-Kunsill vs Carreras Sequeros et, C‑119/19 P u C‑126/19 P, EU:C:2020:676, punt 115). |
|
26 |
Minn dan isegwi li d-dritt għal-leave annwali mħallas ma jistax jiġi interpretat b’mod restrittiv (sentenzi tat‑8 ta’ Novembru 2012, Heimann u Toltschin, C‑229/11 u C‑230/11, EU:C:2012:693, punt 23, kif ukoll tal‑25 ta’ Ġunju 2020, Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria u Iccrea Banca SpA, C‑762/18 u C‑37/19, EU:C:2020:504, punt 55 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
27 |
Barra minn hekk, minn kliem id-Direttiva 2003/88 u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, għalkemm huma l-Istati Membri li għandhom jiddefinixxu l-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju u ta’ implimentazzjoni tad-dritt għal‑leave annwali mħallas, huma għandhom jastjenu ruħhom milli jissuġġettaw għal xi kundizzjoni l-kostituzzjoni stess tal-imsemmi dritt li jirriżulta direttament minn din id-direttiva (sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria u Iccrea Banca SpA, C‑762/18 u C‑37/19, EU:C:2020:504, punt 56 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
28 |
It-tieni nett, għandu jitfakkar li l-għan tad-dritt għal-leave annwali mħallas, mogħti lil kull ħaddiem bis-saħħa tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88, huwa, minn naħa, li jippermetti lill-ħaddiem jistrieħ mit-twettiq tal-kompiti li huwa għandu jwettaq skont il-kuntratt ta’ xogħol tiegħu u, min-naħa l-oħra, li jgawdi minn perijodu ta’ rilassament u ta’ rikreazzjoni. Dan l-għan, li jiddistingwi d-dritt għal-leave annwali mħallas minn tipi oħra ta’ leave li għandhom għanijiet differenti, huwa bbażat fuq il-premessa li l-ħaddiem ikun effettivament ħadem matul il-perijodu ta’ referenza (sentenzi tal‑4 ta’ Ottubru 2018, Dicu, C‑12/17, EU:C:2018:799, punti 27 u 28, kif ukoll tal‑25 ta’ Ġunju 2020, Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria u Iccrea Banca SpA, C‑762/18 u C‑37/19, EU:C:2020:504, punti 57 u 58). |
|
29 |
Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar ukoll li d-dritt għal-leave annwali jikkostitwixxi biss wieħed miż-żewġ aspetti tad-dritt għal-leave annwali mħallas bħala prinċipju fundamentali ta’ dritt soċjali tal-Unjoni. Dan id-dritt fundamentali għaldaqstant jinvolvi wkoll dritt għal ksib ta’ ħlas kif ukoll, bħala dritt inerenti għal dan id-dritt għal-leave annwali “imħallas”, id-dritt għal kumpens finanzjarju għal-leave annwali mhux meħud meta tintemm ir-relazzjoni ta’ xogħol (sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria u Iccrea Banca SpA, C‑762/18 u C‑37/19, EU:C:2020:504, punt 83 kif ukoll il‑ġurisprudenza ċċitata). |
|
30 |
Meta r-relazzjoni ta’ xogħol tintemm, it-teħid effettiv tal-leave annwali bil-ħlas ma huwiex iktar possibbli. Sabiex jiġi evitat li, minħabba din l-impossibbiltà, kull tgawdija mill-ħaddiem ta’ dan id-dritt, anki f’forma pekunjarja, jiġi eskluż, l‑Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 jipprevedi li l-ħaddiem għandu dritt għal kumpens finanzjarju (sentenza tal‑20 ta’ Jannar 2009, Schultz‑Hoff et, C‑350/06 u C‑520/06, EU:C:2009:18, punt 56). |
|
31 |
Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li l-Artikolu 7(2) tad‑Direttiva 2003/88 ma jistabbilixxi ebda kundizzjoni għall-għoti tad-dritt għal kumpens finanzjarju ħlief dik relatata mal-fatt, minn naħa, li r-relazzjoni ta’ xogħol tkun intemmet u, min-naħa l-oħra, li l-ħaddiem ma jkunx ħa l-leave annwali kollu li għalih huwa kien intitolat fid-data meta din ir-relazzjoni ntemmet (sentenzi tas‑6 ta’ Novembru 2018, Bauer u Willmeroth, C‑569/16 u C‑570/16, EU:C:2018:871, punt 44, kif ukoll tal‑25 ta’ Ġunju 2020, Varhoven kasatsionen sad na Republika Bulgaria u Iccrea Banca SpA, C‑762/18 u C‑37/19, EU:C:2020:504, punt 84 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
32 |
Għaldaqstant, ir-raġuni li għaliha r-relazzjoni ta’ xogħol intemmet ma hijiex rilevanti fir-rigward tad-dritt għal kumpens finanzjarju previst fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Lulju 2016, Maschek, C‑341/15, EU:C:2016:576, punt 28). |
|
33 |
F’dan il-każ, skont il-qorti tar-rinviju, il-ħaddiem effettivament ħadem matul il‑perijodu ta’ referenza. B’hekk huwa kiseb dritt għal-leave annwali mħallas li parti minnu kienet għadha ma ntużatx meta r-relazzjoni ta’ xogħol intemmet. Il‑kumpens finanzjarju relatat mal-jiem ta’ leave mhux meħuda ġie rrifjutat lilu għas-sempliċi raġuni li huwa temm ir-relazzjoni ta’ xogħol qabel iż-żmien u mingħajr raġuni serja. |
|
34 |
Issa, kif tfakkar fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, il-fatt li l-ħaddiem itemm, fuq talba tiegħu stess, ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu ma huwiex rilevanti għad-dritt tiegħu, skont il-każ, għal kumpens finanzjarju għad-drittijiet għal leave annwali mħallas li ma setax jieħu qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu. |
|
35 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall‑ewwel domanda hija li l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, moqri fid-dawl tal-Artikolu 31(2) tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li tipprevedi li ma huwa dovut l-ebda kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas mhux meħud fir‑rigward tal-aħħar sena ta’ impjieg kurrenti, meta l-ħaddiem itemm qabel iż-żmien, unilateralment u mingħajr raġuni serja, ir‑relazzjoni ta’ xogħol. |
Fuq it-tieni domanda
|
36 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, li fuqha l-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda tagħha, kif tidher fil-punt 14 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, sa liema punt u skont liema kriterji hija għandha tivverifika jekk kienx impossibbli għall-ħaddiem li jieħu l-leave mħallas tiegħu. |
|
37 |
Issa, peress li mill-punti 30 sa 32, 34 u 35 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, fi kwalunkwe każ, il-ħaddiem għandu dritt għal kumpens għall-ġranet ta’ leave imħallas mhux meħud, u dan indipendentement mir-raġuni għaliex ma setax jeħodhom, ma hemmx bżonn li l-qorti nazzjonali tivverifika jekk kienx impossibbli għal dan il-ħaddiem li jieħu dawn il-ġranet ta’ leave mħallas. |
Fuq l-ispejjeż
|
38 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.