Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62017CJ0720
Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 23 May 2019.#Mohammed Bilali v Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl.#Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof.#Reference for a preliminary ruling — Area of freedom, security and justice — Asylum policy — Subsidiary protection — Directive 2011/95/EU — Article 19 — Revocation of subsidiary protection status — Error on the part of the administrative authorities with respect to the facts.#Case C-720/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019.
Mohammed Bilali vs Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija).
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Politika tal-ażil – Protezzjoni sussidjarja – Direttiva 2011/95/UE – Artikolu 19 – Revoka tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja – Żball tal-amministrazzjoni li jikkonċerna liċ-ċirkustanzi ta’ fatt.
Kawża C-720/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019.
Mohammed Bilali vs Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija).
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Politika tal-ażil – Protezzjoni sussidjarja – Direttiva 2011/95/UE – Artikolu 19 – Revoka tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja – Żball tal-amministrazzjoni li jikkonċerna liċ-ċirkustanzi ta’ fatt.
Kawża C-720/17.
Rapporti tal-qorti - ġenerali - Taqsima “Informazzjoni dwar deċiżjonijiet mhux ippubblikati”
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2019:448
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
23 ta’ Mejju 2019 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Politika tal-ażil – Protezzjoni sussidjarja – Direttiva 2011/95/UE – Artikolu 19 – Revoka tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja – Żball tal-amministrazzjoni li jikkonċerna liċ-ċirkustanzi ta’ fatt”
Fil-Kawża C‑720/17,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal-14 ta’ Diċembru 2017, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-28 ta’ Diċembru 2017, fil-proċedura
Mohammed Bilali
vs
Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn E. Regan, President tal-Awla, C. Lycourgos (Relatur), E. Juhász, M. Ilešič u I. Jarukaitis, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: Y. Bot,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal M. Bilali, minn N. Lorenz, Rechtsanwältin, |
– |
għall-Gvern Awstrijak, minn G. Hesse, bħala aġent, |
– |
għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér, G. Koós u G. Tornyai, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Olandiż, minn M. H. S. Gijzen u M. K. Bulterman, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent, |
– |
għall-Gvern tar-Renju Unit, minn R. Fadoju, bħala aġent, assistita minn D. Blundell, barrister, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Condou-Durande u S. Grünheid, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-24 ta’ Jannar 2019,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9). |
2 |
Din it-talba saret fi proċedimenti bejn Mohammed Bilali u Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl (l-Uffiċċju Federali għad-Dritt tal-Barranin u l-Liġi dwar l-Ażil, l-Awstrija) dwar ir-revoka tal-istatus ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni sussidjarja mogħtija lil M. Bilali. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt internazzjonali
3 |
Il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati, iffirmata f’Genève fit-28 ta’ Lulju 1951 (Recueil des traités des Nations unies, vol. 189, p. 137, Nru 2545 (1954)), daħlet fis-seħħ fit-22 ta’ April 1954. Hija ġiet ikkompletata u emendata mill-Protokoll dwar l-Istatus tar-Refuġjati, konkluż fi New York fil-31 ta’ Jannar 1967, li daħal huwa stess fis-seħħ fl-4 ta’ Ottubru 1967 (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Genève”). |
4 |
L-Artikolu 1 ta’ din il-konvenzjoni, wara li jiddefinixxi, b’mod partikolari, fit-Taqsima A, il-kunċett ta’ “refuġjat”, jiddikjara, fit-Taqsima C: “Din il-konvenzjoni ma tibqax tapplika fir-rigward ta’ kull persuna li taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet imsemmija fis-Sezzjoni A msemmija iktar ’il fuq: Jekk hija b’mod volontarju tkun approfittat ruħha mill-ġdid mill-protezzjoni tal-pajjiż ta’ nazzjonalità tagħha; jew Jekk, wara li tkun tilfet in-nazzjonalità tagħha, hija tkun kisbitha mill-ġdid b’mod volontarju; jew Jekk hija tkun kisbet nazzjonalità ġdida u tgawdi mill-protezzjoni tal-pajjiż ta’ nazzjonalità ġdida tagħha; jew Jekk hija tkun irritornat b’mod volontarju fil-pajjiż li minnu tkun telqet jew fejn tkun baqgħet tgħix barra minnu minħabba biża’ ta’ persekuzzjoni; jew Jekk, minħabba li ċ-ċirkustanzi li bihom hija tkun ġiet irrikonoxxuta bħala refuġjat ikunu waqfu milli jeżistu, hija ma tkunx tista’ tkompli tirrifjuta milli tgawdi mill-protezzjoni tal-pajjiż ta’ nazzjonalità tagħha; Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma japplikawx għal kull refuġjat imsemmi fil-paragrafu 1 tat-Taqsima A ta’ dan l-artikolu li jista’ jinvoka, sabiex ikompli jirrifjuta milli japprofitta mill-protezzjoni tal-pajjiż taċ-ċittadinanza tiegħu, raġunijiet imperattivi li jirriżultaw minn persekuzzjonijiet preċedenti. Fir-rigward ta’ persuna li ma jkollhiex nazzjonalità, jekk, minħabba li ċ-ċirkustanzi li bihom hija tkun ġiet irrikonoxxuta bħala refuġjat ikunu waqfu milli jeżistu, hija tkun tista’ tirritorna fil-pajjiż fejn kellha r-residenza abitwali tagħha; Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu mhux ser japplikaw għal kull refuġjat imsemmi fil-paragrafu 1 tat-Taqsima A ta’ dan l-artikolu li jista’ jinvoka, sabiex jirrifjuta milli jirritorna fil-pajjiż li fih kellu r-residenza abitwali tiegħu, raġunijiet imperattivi li jirriżultaw minn persekuzzjonijiet preċedenti.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Direttiva 2011/95
5 |
Il-premessi 3, 8, 9, 12 u 39 tad-Direttiva 2011/95 jiddikjaraw:
[…]
[…]
[…]
|
6 |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprovdi: “Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
[…]
[…]
[…]” |
7 |
Skont l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva: “L-Istati Membri jistgħu jdaħħlu jew jżommu standards aktar favorevoli biex jistabbilixxu min jikkwalifika bħala refuġjat jew bħala persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u biex jistabbilixxu l-kontenut ta’ protezzjoni internazzjonali, safejn dawk l-istandards stabbiliti huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva.” |
8 |
L-Artikolu 14 ta’ din l-istess direttiva, intitolat “Revoka ta’, tmiem ta’ jew ċaħda għat-tiġdid ta’ status ta’ refuġjat”, jipprevedi: “1. Rigward applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitati wara d-dħul fis-seħħ tad-(Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96)), l-Istati Membri għandhom jirrevokaw, itemmu jew jirrifjutaw li jġeddu l-istatus ta’ rifuġjat ta’ ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr statmogħti minn korp governattiv, amministrattiv, ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju jekk hija tkun waqfet milli tkun refuġjat bi qbil mal-Artikolu 11. 2. Mingħajr preġudizzju għad-dmir tar-refuġjat bi qbil mal-Artikolu 4(1) li jiżvela l-fatti rilevanti kollha u jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tiegħu jew/tagħha, l-Istat Membru, li jkun ta l-istatus ta’ refuġjat għandu, fuq bażi individwali, juri li l-persuna interessata tkun waqfet milli tkun jew qatt ma kienet refuġjat bi qbil mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. L-Istati Membri għandhom jirrevokaw, itemmu jew jirrifjutaw li jġeddu l-istatus ta’ refuġjat ta’ persuna li tkun ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat jekk, wara li hija tkun ingħatat status ta’ refuġjat, jiġi stabbilit mill-Istat Membru interessat li:
4. L-Istati Membri jistgħu jirrevokaw, itemmu jew jirrifjutaw li jġeddu l-istatus mogħti lil refuġjat minn korp governattiv, amministrattiv, ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, meta:
5. F’sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux stat lil refuġjat, fejn din id-deċiżjoni ma tkunx għadha ttieħdet. 6. Persuni li għalihom japplikaw il-paragrafi 4 jew 5 huma intitolati għal drittijiet dikjarati jew simili għal dawk dikjarati fl-Artikoli 3, 4, 16, 22, 31, 32 u 33 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra safejn huma preżenti fl-Istat Membru.” |
9 |
Il-Kapitolu V tad-Direttiva 2011/95, intitolat “Kwalifika biex persuna tkun eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja”, fih, b’mod partikolari, l-Artikolu 15 tagħha intitolat “Dannu serju”, li jipprovdi: “Dannu serju jikkonsisti minn:
|
10 |
L-Artikolu 16 ta’ din id-direttiva jipprevedi: “1. Ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat għandha tieqaf milli tkun eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja meta ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-għoti ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja jkunu waqfu milli jeżistu jew ikunu nbiddlu sat-tali punt li l-protezzjoni ma tkunx għadha meħtieġa. 2. Fl-applikazzjoni ta’ paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iqisu jekk il-bdil fiċ-ċirkostanzi huwiex ta’ natura sinifikanti u mhux temporanja li l-persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja m’għadhiex tiffaċċja riskju veru ta’ dannu serju. 3. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja li jista’ jinvoka raġunijiet obbligatorji li joħorġu minn dannu serju preċedenti talli rrifjuta li juża l-protezzjoni tal-pajjiż ta’ nazzjonalità jew, bħala persuna mingħajr stat, tal-pajjiz ta’ residenza abitwali ta’ qabel.” |
11 |
Skont l-Artikolu 18 ta’ din id-direttiva: “L-Istati Membri għandhom jagħtu status ta’ protezzjoni sussidjarja lil ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja bi qbil mal-Kapitoli II u V.” |
12 |
L-Artikolu 19 ta’ din l-istess direttiva, intitolat “Revoka u, tmien ta’ jew rifjut għat-tiġdid ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja”, jipprovdi: “1. Rigward applikazzjonijiet għal protezzjonijiet internazzjonali depożitati wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/83/KE, l-Istati Membri għandhom jirrevokaw, itemmu jew jirrifjutaw li jġeddu l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ta’ ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat mogħti minn korp governattiv, amministrattiv, ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju jekk hija tkun waqfet milli tkun eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja bi qbil mal-Artikolu 16. 2. L-Istati Membri jistgħu jirrevokaw, itemmu jew jirrifjutaw li jġeddu l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ta’ ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat mogħti minn korp governattiv, amministrattiv, ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jekk wara li hija tkun ingħatat status ta’ protezzjoni sussidjarja, hija messha kienet eskluża milli tkun eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja bi qbil mal-Artikolu 17(3). 3. L-Istati Membri għandhom jirrevokaw, itemmu jew jirrifjutaw illi jġeddu l-istat ta’ protezzjoni sussidjarja ta’ ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, jekk:
4. Mingħajr preġudizzju għad-dmir taċ-ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat bi qbil mal-Artikolu 4(1) li tiżvela l-fatti rilevanti kollha u li tipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tagħha, l-Istat Membru, li jkun ta l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja għandu, fuq bażi individwali juri li l-persuna interessata tkun waqfet milli tkun jew qatt ma kienet eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja bi qbil ma’ paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.” |
Id-Direttiva 2003/109/KE
13 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272), kif emendata bid-Direttiva 2011/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 (ĠU 2011, L 132, p. 1) (iktar ’il quddiem “id-Direttiva 2003/109”), tipprovdi fl-Artikolu 4(1a): “L-Istati Membri m’ għandhomx jagħtu status ta’ resident fit-tul fuq il-bażi ta’ protezzjoni internazzjonali fil-każ tar-revoka ta’ protezzjoni internazzjonali, jew it-terminazzjoni jew iċ-ċaħda tat-tiġdid tagħha, kif stabbilit fl-Artikolu 14(3) u fl-Artikolu 19(3) tad-2004/83/KE.” |
14 |
L-Artikolu 9(3a) tad-Direttiva 2003/109, kif imdaħħal mid-Direttiva 2011/51, jipprevedi: “L-Istati Membri jistgħu jirtiraw l-istatus ta’ residenti fit-tul ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fil-każ tar-revoka tal-protezzjoni internazzjonali jew tat-terminazzjoni jew caħda tat-tiġdid tagħha stabbilit fl-Artikolu 14(3) jew l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2004/83/KE, jekk dak l-istatus ta’ residenza fit-tul kien inkiseb fuq il-bażi ta’ protezzjoni internazzjonali.” |
Id-dritt Awstrijak
15 |
L-Artikolu 8 tal-Bundesgesetz über die Gewährung von Asyl (il-Liġi Federali dwar l-ażil), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem “l-AsylG 2005”), jipprevedi: “(1) L-istatus tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja għandu jiġi rikonoxxut għal barrani
[…] (6) Jekk il-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant għall-ażil ma jistax jiġi ddeterminat, għandha tiġi miċħuda l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f’dak li jikkonċerna l-istatus ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni sussidjarja. F’dan il-każ, għandha tiġi adottata deċiżjoni ta’ ritorn, meta din ma hijiex illegali abbażi tal-Artikolu 9(1) u (2), [tal-Liġi ta’ Proċedura dwar l-Uffiċċju Federali għad-dritt tal-Barranin u d-dritt tal-Ażil). […]” |
16 |
L-Artikolu 9 tal-AsylG 2005 jipprovdi li: “(1) Għandu jiġi rrevokat ex officio permezz ta’ deċiżjoni, l-istatus ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni sussidjarja mogħti lil barrani meta
[…]” |
Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
17 |
Fis-27 ta’ Ottubru 2009, M. Bilali, li huwa persuna mingħajr stat, ippreżenta applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Awstrija. Fil-15 ta’ Marzu 2010, din l-applikazzjoni ġiet miċħuda mill-Bundesaskylamt (l-Uffiċċju Federali għall-Ażil, l-Awstrija). Fit-8 ta’ April 2010, l-Asylgerichtshof (il-Qorti dwar l-Ażil, l-Awstrija) laqgħet ir-rikors ippreżentat kontra dik id-deċiżjoni ta’ ċaħda u rritornat il-każ għal eżaminazzjoni ġdida. |
18 |
B’deċiżjoni tas-27 ta’ Ottubru 2010, l-Uffiċċju Federali tal-Ażil ċaħad l-applikazzjoni għall-ażil ta’ M. Bilali filwaqt li tah l-istatus ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja, filwaqt li rrileva li l-identità ta’ M. Bilali ma kinitx ġiet stabbilita u probabbilment kien ċittadin Alġerin. Il-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja ġie rikonoxxut lilu minħabba li bil-qgħad għoli, in-nuqqas ta’ infrastruttura u n-nuqqas ta’ sigurtà kontinwa fl-Alġerija, M. Bilali jista’ jiġi espost, fil-każ ta’ ritorn lejn l-Alġerija, għal trattament inuman skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea tal-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950 (iktar ’il quddiem il-“KEDB”). |
19 |
M. Bilali ppreżenta rikors quddiem l-Asylgerichtshof (il-Qorti dwar l-Ażil) kontra d-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni tiegħu għall-ażil. Id-deċiżjoni dwar l-għoti ta’ protezzjoni sussidjarja saret definittiva. |
20 |
Permezz ta’ sentenza tas-16 ta’ Lulju 2012, l-Asylgerichtshof (il-Qorti dwar l-Ażil) annullat id-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrent għall-ażil, filwaqt li rrilevat b’mod partikolari li, fir-rigward tan-nazzjonalità ta’ dan tal-aħħar, kienu fformulati biss suppożizzjonijiet. |
21 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal-24 ta’ Ottubru 2012, l-Uffiċċju Federali għall-Ażil ċaħad għal darba oħra l-applikazzjoni għall-ażil ippreżentata minn M. Bilali. Barra minn hekk, l-istatus ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja, li kien ingħata lilu fis-27 ta’ Ottubru 2010, ġie rrevokat ex officio u l-permess ta’ residenza temporanju li ġie mogħti lilu bħala benefiċjarju ta’ dan l-istatus ġie rtirat. Dan l-Uffiċċju ċaħad ukoll l-applikazzjoni li jingħata status ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja għax M. Bilali huwa ċittadin Marokkin u adotta deċiżjoni ta’ ritorn tiegħu li tindika lill-Marokk bħala l-pajjiż ta’ destinazzjoni. |
22 |
L-Uffiċċju Federali għall-Ażil ikkonstata li l-kundizzjonijiet ta’ għoti tal-protezzjoni sussidjarja qatt ma ġew issodisfatti. Mir-risposta mogħtija mis-servizz ta’ informazzjoni dwar il-pajjiżi ta’ oriġini, jirriżulta li s-suppożizzjoni li l-Alġerija kienet il-pajjiż ta’ oriġini ta’ M. Bilali kienet żbaljata u li dan tal-aħħar seta’ jibbenefika kemm min-nazzjonalità Marokkina kif ukoll minn dik tal-Mawritanja. |
23 |
Permezz ta’ sentenza tal-21 ta’ Jannar 2016, il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, l-Awstrija) ċaħdet parzjalment ir-rikors ta’ M. Bilali kontra d-deċiżjoni tal-24 ta’ Ottubru 2012, b’mod partikolari sa fejn kienet tikkonċerna d-dispożizzjonijiet ta’ dik id-deċiżjoni li kienu jirrevokaw l-istatus ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja mogħtija lir-rikorrent. Madankollu, hija annullat id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Deċiżjoni li jordnaw ir-ritorn tar-rikorrent lejn il-Marokk. |
24 |
Fir-rigward, b’mod partikolari, tan-nazzjonalità ta’ M. Bilali, il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali) ikkonstatat li dan kellu nazzjonalità doppja, Marokkina u Mawritana, u ddikjarat f’diversi okkażjonijiet li l-familja tiegħu kienet toriġina mill-Marokk. Madankollu, l-istatus ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja ngħata lilu b’kunsiderazzjoni tal-fatt li dan oriġina fl-Alġerija, sabiex, skont dik il-qorti, huwa ġust li dak l-istatus ikun ġie rrevokat skont l-Artikolu 9(1) tal-AsylG 2005, moqri flimkien mal-Artikolu 8(1) ta’ dik il-liġi. Din il-qorti kkunsidrat barra minn hekk li l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għal residenza għal żmien definit kien irriżulta mir-revoka tal-istatus ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja. Hija kkunsidrat ukoll li ma kienx stabbilit li M. Bilali kien ser jiġi espost fil-Marokk għal theddid fuq ħajtu jew fuq il-persuna tiegħu, bħar-ritorn lejn il-fruntiera, imur kontra l-Artikolu 3 tal-KEDB. |
25 |
M. Bilali ppreżenta appell għal “Reviżjoni” minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju. |
26 |
Dik il-qorti l-ewwel tirrileva li l-istatus ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja ngħata lil M. Bilali permezz ta’ deċiżjoni tal-Uffiċċju Federali dwar l-Ażil datata s-27 ta’ Ottubru 2010, fuq il-bażi li huwa kien ċittadin Alġerin. Hija tippreċiża li dik id-deċiżjoni saret finali, iżda li, bid-deċiżjoni tagħha tat-24 ta’ Ottubru 2012, dak l-uffiċċju rrevoka l-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja lil M. Bilali minħabba l-fatti, li kienu dehru matul ir-riċerka mwettqa wara li ngħata dak l-istatus. Skont il-qorti tar-rinviju, ma hemm l-ebda prova li d-dewmien fil-ġbir tal-informazzjoni kien attribwibbli lil M. Bilali. Għall-kuntrarju, dan tal-aħħar indika kemm-il darba li ma kellux nazzjonalità Alġerina u li kien persuna mingħajr stat. Il-qorti tar-rinviju tirrileva wkoll li s-sentenza suġġetta għal appell quddiemha ma turix li “ċ-ċirkostanzi legalment rilevanti” inbidlu mill-għoti lil M. Bilali tal-istatus ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja. |
27 |
F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li l-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali) ibbażat ruħha fuq l-Artikolu 9(1)(1) tal-AsylG 2005, li skontu għandu jiġi rrevokat ex officio l-istatus ta’ benefiċjarju tal- protezzjoni sussidjarja mogħti lil persuna barranija meta l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dan l-istatus ma jiġux issodisfatti jew ma jibqgħux jiġu ssodisfatti. Skont il-qorti tar-rinviju, din hija l-ewwel alternattiva prevista f’dik id-dispożizzjoni li hija applikabbli għall-każ pendenti quddiemha, jiġifieri dik li fiha l-kundizzjonijiet tal-għoti kienu nieqsa fid-data tad-deċiżjoni tal-għoti. Dik il-qorti tesponi li, meta l-awtorità kompetenti għandha l-intenzjoni li tirrevoka dak l-istatus ex officio skont dik l-ewwel alternattiva, dik id-dispożizzjoni ma tagħmel l-ebda distinzjoni skont jekk il-kundizzjonijiet għall-għoti tagħha kinux nieqsa minħabba li l-applikant ma setax jiġi protett jew minħabba li ma kienx meħtieġ li jiġi protett. Dik id-dispożizzjoni ma fihiex lanqas limitazzjoni li l-akkwist frawdolenti biss tal-istatus jista’ jċaħħad id-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kwalunkwe awtorità legali. Għalhekk, żball sempliċi mill-awtoritajiet jaqa’ wkoll fl-ambitu ta’ din id-dispożizzjoni. |
28 |
Madankollu, dik il-qorti tenfasizza wkoll li l-Artikolu 19(3)(b) tad-Direttiva 2011/95 ma jkoprix l-ipoteżi ta’ revoka tal-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja sempliċement minħabba li nkisbet informazzjoni ġdida mill-awtoritajiet. Jista’ jsegwi li dan l-istatus ma jistax jiġi revokat, fil-każ ta’ ċirkustanzi fattwali li ma nbidlux, u minkejja l-iżball tal-awtoritajiet dwar l-eżistenza ta’ kwalunkwe wieħed mill-elementi fattwali li jiġġustifikaw l-għoti tal-istatus, fejn il-benefiċjarju ma jkunx responsabbli għal kwalunkwe aġir msemmi f’dik id-dispożizzjoni. |
29 |
Madankollu, din l-istess qorti tirrileva li l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2011/95 jipprevedi li l-Istati Membri jirrevokaw, itemmu jew jirrifjutaw li jġeddu l-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja meta l-persuna kkonċernata tkun waqfet milli tkun persuna li tista’ tibbenefika skont l-Artikolu 16 ta’ dik id-direttiva, jiġifieri meta ċ-ċirkostanzi li kienu jiġġustifikaw l-għoti ta’ din il-protezzjoni ma jibqgħux jeżistu. Skont il-qorti tar-rinviju, tali kliem jistgħu jiġu interpretati li jfissru li dawn huma ċ-ċirkostanzi li kienu magħrufa meta ngħata l-istatus, sabiex il-bidla fil-konjizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti twassal ukoll għall-estinzjoni tal-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja. |
30 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domanda preliminari: “Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2011/95[…], jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, dwar il-possibbiltà li jiġi rrevokat l-istatus ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni sussidjarja, li tipprovdi li l-istatus ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni sussidjarja jista’ jiġi rrevokat mingħajr ma ċ-ċirkustanzi fattwali stess li mmotivaw l-għoti tal-istatus ikunu nbidlu, iżda jkun biss l-istat tal-għarfien tal-awtoritajiet fir-rigward ta’ dawn iċ-ċirkustanzi fattwali li jkun inbidel u li, f’dan ir-rigward, la alterazzjonijiet u lanqas ommissjonijiet ta’ fatti min-naħa taċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew tal-persuna mingħajr Stat ma kellhom rwol determinanti fid-deċiżjoni li jingħata l-istatus ikkonferit mill-protezzjoni sussidjarja?” |
Fuq id-domanda preliminari
31 |
Permezz tal-mistoqsija tagħha, il-qorti nazzjonali titlob, essenzjalment, jekk l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru milli jirtira l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja meta din tkun tat dak l-istatus mingħajr ma jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet għal dan l-għoti, abbażi ta’ fatti li sussegwentement ġew żvelati li huma żbaljati, u għalkemm il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi kkritikata li qiegħda tqarraq b’dak l-Istat Membru f’dik l-okkażjoni. |
32 |
Bħala punt preliminari, għandu jiġi rrilevat li, fil-kawża prinċipali, id-deċiżjoni li tirrevoka l-istatus ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja ttieħdet fl-24 ta’ Ottubru 2012, filwaqt li, skont l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2011/95, l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tal-Artikolu 19 ta’ dik id-direttiva hija ffissata għall-21 ta’ Diċembru 2013. |
33 |
Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi rigward l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ biss tirrifjuta li tiddeċiedi fuq talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali jekk ikun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew ukoll meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tat-28 ta’ Marzu 2019, Idi, C‑101/18, EU:C:2019:267, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
34 |
Madankollu, f’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju hija adita b’appell għar-reviżjoni kontra s-sentenza tal-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali), fil-21 ta’ Jannar 2016, li ċaħdet l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni li jiġi revokat l-istatus ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni sussidjarja, tal-24 ta’ Ottubru 2012. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex ċar li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/95 ma tippreżenta l-ebda rabta mat-tilwima pendenti quddiem il-qorti tar-rinviju. |
35 |
Taħt il-benefiċċju ta’ din il-preċiżjoni, għandu jiġi enfasizzat, l-ewwel nett, li peress li d-Direttiva 2011/95 ġiet adottata abbażi ta’, b’mod partikolari, l-Artikolu 78(2)(b) TFUE, hija maħsuba, fost l-oħrajn, li tistabbilixxi sistema uniformi ta’ protezzjoni sussidjarja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-25 ta’ Lulju 2018, Alheto, C‑585/16, EU:C:2018:584, punt 88). Mill-premessa 12 ta’ dik id-direttiva jirriżulta li wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħha huwa li tiżgura li l-Istati Membri kollha japplikaw kriterji komuni għall-identifikazzjoni ta’ persuni ġenwinament fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali (sentenzi tat-13 ta’ Settembru 2018, Ahmed, C‑369/17, EU:C:2018:713, punt 37, kif ukoll tal-14 ta’ Mejju 2019, M et, (Revoka tal-istatus ta’ refuġjat), C‑391/16, C‑77/17 u C‑78/17, EU:C:2019:403, punt 79). |
36 |
F’dak ir-rigward, mill-Artikolu 18 tad-Direttiva 2011/95 jirriżulta, moqri flimkien mad-definizzjoni tat-termini “persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja” fl-Artikolu 2(f) tiegħu, u t-termini “status ta’ protezzjoni sussidjarja” fl-Artikolu 2(g) tiegħu, li l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja msemmi f’dik id-Direttiva għandu, fil-prinċipju, jingħata lil kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li, fil-każ ta’ ritorn lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew residenza abitwali tiegħu jew tagħha, ikun f’riskju reali li jsofri dannu serju skont it-tifsira tal-Artikolu 15 ta’ dik id-Direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-4 ta’ Ottubru 2018, Ahmedbekova, C‑652/16, EU:C:2018:801, punt 47). |
37 |
Min-naħa l-oħra, id-Direttiva 2011/95 ma tipprevedix li jingħata status ta’ protezzjoni sussidjarja lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew lil persuni mingħajr stat għajr dawk imsemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-4 ta’ Ottubru 2018, Ahmedbekova, C‑652/16, EU:C:2018:801, punt 48). |
38 |
Madankollu, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-awtorità kompetenti Awstrijaka, li eżaminat l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata mir-rikorrent fil-kawża prinċipali, wettqet żball meta ddeterminat in-nazzjonalità preżunta ta’ dan tal-aħħar. Minn dik id-deċiżjoni jirriżulta wkoll li qatt ma ġie espost, fil-każ ta’ referenza lura lejn il-pajjiż tal-oriġini jew il-pajjiż ta’ residenza abitwali tiegħu, għal riskju reali li jsofri dannu serju skont it-tifsira tal-Artikolu 15 ta’ dik id-direttiva. |
39 |
Barra minn hekk, għalkemm l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jippermetti lill-Istati Membri jintroduċu jew iżommu kriterji iktar favorevoli għall-għoti ta’ protezzjoni sussidjarja, l-ebda leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ din in-natura ma ġiet riferuta mill-qorti tar-rinviju. |
40 |
L-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/95 jistipula l-każijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jew għandhom jirrevokaw, itemmu jew jirrifjutaw li jġeddu l-istatus ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja. |
41 |
F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat, fit-tieni lok, kif tindika l-qorti tar-rinviju, li l-Artikolu 19(3)(b) ta’ dik id-direttiva jipprovdi għat-telf ta’ status mogħti bil-protezzjoni sussidjarja biss jekk il-persuna kkonċernata tkun għamlet użu ta’ alterazzjonijiet jew ommissjonijiet li kellhom rwol determinanti fid-deċiżjoni tal-għoti ta’ dan l-istatus. Barra minn hekk, l-ebda dispożizzjoni oħra ta’ dik id-Direttiva ma tipprovdi espressament li dak l-istatus għandu jew jista’ jiġi rtirat meta, bħal fil-kawża inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-deċiżjoni li jingħata l-istatus tkun ittieħdet abbażi ta’ elementi żbaljati mingħajr tibdil jew ommissjonijiet min-naħa tal-persuna kkonċernata. |
42 |
Madankollu, għandu jiġi kkonstatat, fit-tielet post, li l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/95 ma jeskludix espressament li l-istatus ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja jista’ jintilef jekk l-Istat Membru ospitanti jirrealizza li jkun ta dan l-istatus fuq il-bażi ta’ data żbaljata li ma tistax tiġi attribwita lill-persuna kkonċernata. |
43 |
Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi eżaminat jekk, fid-dawl tal-għan u t-tqassim ġenerali tad-Direttiva 2011/95, waħda mir-raġunijiet l-oħra għat-telf tal-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja, kif elenkata fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/95, hijiex maħsuba biex tapplika għal tali sitwazzjoni. |
44 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li hija kontra l-istruttura ġenerali u l-għanijiet tad-Direttiva 2011/95 li tibbenefika l-għoti tal-istatus, li hija tipprevedi lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinsabu f’sitwazzjonijiet li ma jkollhom ebda rabta mal-loġika tal-protezzjoni internazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-18 ta’ Diċembru 2014, M’Bodj, C‑542/13, EU:C:2014:2452, punt 44). Madankollu, is-sitwazzjoni ta’ persuna li kisbet l-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja fuq il-bażi ta’ data żbaljata mingħajr ma qatt issodisfat il-kundizzjonijiet għall-kisba tagħha ma għandha l-ebda rabta mal-loġika tal-protezzjoni internazzjonali. |
45 |
It-telf tal-istatus bil-protezzjoni sussidjarja f’tali ċirkostanzi huwa konsegwentement konformi mal-iskop u l-istruttura ġenerali tad-Direttiva 2011/95, u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tagħha, li jipprevedi l-għoti tal-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja biss lil persuni li jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet. Għalkemm l-Istat Membru kkonċernat ma setax legalment jagħti dan l-istatus, għandu, iktar u iktar, ikun obbligat li jirtirah meta l-iżball tiegħu jinstab (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2015, H. T., C‑373/13, EU:C:2015:413, punt 49). |
46 |
Għandu jiġi enfasizzat, it-tieni nett, li l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2011/95 jipprevedi li, fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentati, bħal fil-kawża prinċipali, wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/83, l-Istati Membri għandhom jirrevokaw, itemmu jew jirrifjutaw li jġeddu l-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja, fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna mingħajr stat ma tkunx għadha persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja bis-saħħa tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2011/95. |
47 |
Skont dan l-Artikolu 16(1), ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat għandha tieqaf, fil-prinċipju, milli tkun eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja meta ċ-ċirkostanzi li ġġustifikaw l-għoti ta’ din il-protezzjoni jkunu waqfu milli jeżistu jew ikunu nbidlu sat-tali punt li din il-protezzjoni ma tkunx għadha meħtieġa. Tali bidla fiċ-ċirkustanzi għandha tkun, skont il-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu, kbira biżżejjed u definittiva sabiex il-persuna kkonċernata ma tibqax tippreżenta riskju reali li ssofri danni serji, fis-sens tal-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva. |
48 |
Isegwi għalhekk mill-kliem stess tal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2011/95 li hemm rabta kawżali bejn il-bidla fiċ-ċirkustanzi, imsemmija fl-Artikolu 16 ta’ dik id-direttiva, u l-fatt li huwa impossibbli għall-persuna kkonċernata li żżomm l-istatus tagħha bħala benefiċjarja tal-protezzjoni sussidjarja, il-biża’ oriġinali tagħha li ssofri danni serji, skont it-tifsira tal-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva, li ma tidhirx iktar fondata (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-2 ta’ Marzu 2010, Saladouin Abdulla et, C‑175/08, C‑176/08, C‑178/08 u C‑179/08, EU:C:2010:105, punt 66). |
49 |
Issa, għalkemm bidla simili tirriżulta, b’mod ġenerali, minn bidla fiċ-ċirkostanzi fattwali fil-pajjiż terz, peress li din il-bidla rrimedjat għall-kawżi li wasslu għall-għoti ta’ status ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni sussidjarja, xorta jibqa’ l-fatt li, minn naħa waħda, l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2011/95 ma jipprevedix espressament li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu huwa limitat għal tali każ u li, min-naħa l-oħra, bidla fl-istat tal-konjizzjoni tal-Istat Membru ospitanti dwar is-sitwazzjoni personali tal-persuna kkonċernata tista’, bl-istess mod, tirriżulta fil-biża’ oriġinali li din tal-aħħar tista’ ssofri danni serji, skont it-tifsira tal-Artikolu 15 ta’ dik id-direttiva, ma jibqax jidher fondat, fid-dawl tal-informazzjoni l-ġdida fil-pussess ta’ dak l-Istat Membru. |
50 |
Madankollu, kif ukoll sa fejn għandha x’taqsam l-informazzjoni l-ġdida disponibbli għall-Istat Membru ospitanti, timplika bidla fl-istat ta’ konjizzjoni tagħha li huwa kbir u definittiv biżżejjed dwar jekk il-persuna kkonċernata tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja. |
51 |
Għaldaqstant, mill-qari kombinat tal-Artikoli 16 u 19(1) tad-Direttiva 2011/95, jirriżulta li fid-dawl tal-istruttura ġenerali u l-iskop tagħha, li, meta l-Istat Membru ospitanti jkollu informazzjoni ġdida li turi li, kuntrarjament għall-evalwazzjoni inizjali tas-sitwazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li għalih tkun tat protezzjoni sussidjarja, abbażi ta’ elementi żbaljati, dik il-persuna qatt ma kienet f’riskju ta’ danni serji, skont it-tifsira tal-Artikolu 15 ta’ dik id-direttiva, dak l-Istat Membru għandu jikkonkludi li ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-għoti tal-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja evolvew b’tali mod li ż-żamma ta’ dak l-istatus ma għadhiex ġustifikata. |
52 |
F’dan ir-rigward, il-fatt li l-iżball imwettaq mill-Istat Membru ospitanti fl-għoti ta’ dan l-istatus ma huwiex attribwibbli lill-persuna kkonċernata, ma jistax ibiddel il-konstatazzjoni li din tal-aħħar, fir-realtà, qatt ma kienet “persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2011/95 u għalhekk qatt ma ssodisfat il-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw l-għoti tal-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja fis-sens tal-Artikolu 2(g) ta’ dik id-direttiva. |
53 |
Fir-raba’ lok, għandu jiġi enfasizzat li tali interpretazzjoni hija kkorroborata minn qari tad-Direttiva 2011/95 fid-dawl tal-Konvenzjoni ta’ Genève. |
54 |
F’dak ir-rigward, mill-Artikolu 78(1) TFUE jirriżulta li l-politika komuni li l-Unjoni qiegħda tiżviluppa fil-qasam tal-ażil, tal-protezzjoni sussidjarja u tal-protezzjoni temporanja trid tkun f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Genève (sentenza tat-13 ta’ Settembru 2018, Ahmed, C‑369/17, EU:C:2018:713, punt 37). Barra minn hekk, mill-premessa 3 tad-Direttiva 2011/95 jirriżulta li, billi ispira ruħu mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Tampere, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jagħmel mod li s-sistema ta’ ażil Ewropew li din id-direttiva tikkontribwixxi li tistabbilixxi tkun ibbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u globali tal-Konvenzjoni ta’ Genève (sentenza tal-1 ta’ Marzu 2016, Alo u Osso, C‑443/14 u C‑444/14, EU:C:2016:127, punt 30). |
55 |
Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma, fil-prinċipju, rilevanti biss f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat u l-kontenut ta’ dan tal-aħħar, sakemm is-sistema prevista mill-Konvenzjoni ta’ Genève tapplika biss għar-refuġjati u mhux għall-benefiċjarji tal-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja. Madankollu, il-premessi 8, 9 u 39 tad-Direttiva 2011/95 jindikaw li l-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq, b’risposta għall-istedina tal-programm ta’ Stokkolma, jistabbilixxi status uniformi għall-benefiċjarji kollha ta’ protezzjoni internazzjonali u li konsegwentement għażel li jagħti lill-benefiċjarji tal-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja l-istess drittijiet u vantaġġi bħal dawk li minnhom igawdu l-benefiċjarji tal-istatus ta’ refuġjat, ħlief fil-każ ta’ derogi neċessarji u oġġettivament iġġustifikati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-1 ta’ Marzu 2016, Alo u Osso, C‑443/14 u C‑444/14, EU:C:2016:127, punti 31 kif ukoll 32). |
56 |
Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-leġiżlatur tal-Unjoni ispira ruħu mir-regoli applikabbli għar-refuġjati biex jiddefinixxi l-kawżi ta’ telf tal-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja. Fil-fatt, il-formulazzjoni u l-istruttura tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/95 dwar it-telf tal-istatus ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja għandhom similaritajiet mal-Artikolu 14 ta’ dik id-direttiva dwar it-telf tal-istatus ta’ refuġjat, li huwa ispirat mill-Artikolu 1, Taqsima C, tal-Konvenzjoni ta’ Genève. |
57 |
Minn dan isegwi li r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Konvenzjoni ta’ Genève jridu jitqiesu għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/95. F’dan il-kuntest, id-dokumenti maħruġa mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) huma ta’ rilevanza partikolari għar-rwol mogħti lill-UNHCR mill-Konvenzjoni ta’ Genève (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-30 ta’ Mejju 2013, Halaf, C‑528/11, EU:C:2013:342, punt 44). |
58 |
Madankollu, għalkemm l-ebda dispożizzjoni tal-Konvenzjoni ma tipprovdi speċifikament għat-telf tal-istatus ta’ refuġjat fejn sussegwentement jidher li dan l-istatus qatt ma kien ingħata, l-UNHCR madankollu jqis li, f’każ bħal dan, id-deċiżjoni li tagħti l-istatus ta’ refuġjat għandha, fil-prinċipju, tiġi annullata (Gwida għall-proċeduri u l-kriterji għad-determinazzjoni tal-istatus ta’ refuġjat fir-rigward tal-Konvenzjoni tal-1951 u tal-Protokoll tal-1967 dwar l-istatus tar-refuġjati, 1992, punt 117). |
59 |
Għandu jingħad ukoll, il-ħames nett, li t-telf tal-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2011/95 ma jimplikax teħid ta’ pożizzjoni dwar il-kwistjoni distinta jekk il-persuna kkonċernata titlifx kull dritt ta’ residenza fl-Istat Membru kkonċernat u tistax titkeċċa lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2010, B u D, C‑57/09 u C‑101/09, EU:C:2010:661, punt 110). |
60 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat b’mod partikolari, minn naħa, li, kuntrarjament għat-telf tal-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja skont l-Artikolu 19(3)(b) tad-Direttiva 2011/95, it-telf ta’ dak l-istatus skont l-Artikolu 19(1) ta’ din id-direttiva ma jaqax la fil-każijiet li fihom l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw, skont l-Artikolu 4(1a) tad-Direttiva 2003/109, li tagħti l-istatus ta’ residenti għat-tul lil benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, u lanqas għal każijiet li fihom, bis-saħħa tal-Artikolu 9(3a) tad-Direttiva 2003/109, l-Istati Membri jistgħu jirtiraw lill-imsemmija benefiċjarji l-istatus ta’ residenti għat-tul. |
61 |
Min-naħa l-oħra, mill-Artikolu 2(h), in fine, tad-Direttiva 2011/95 jirriżulta li din ma tipprekludix li persuna titlob li tkun protetta fil-kuntest ta’ “tip ieħor ta’ protezzjoni” li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Din id-direttiva tirrikonoxxi b’hekk li l-Istati Membri ospitanti jistgħu jagħtu, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, protezzjoni nazzjonali li tkun akkumpanjata minn drittijiet li jippermettu lil persuni li ma jibbenefikawx mill-istatus ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni sussidjarja li jirrisjedu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, l-għoti ta’ tali status ta’ protezzjoni nazzjonali minn Stat Membru ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2010, B u D, C‑57/09 u C‑101/09, EU:C:2010:661, punti 116 sa 118). |
62 |
Għandu jingħad ukoll li, fl-okkażjoni tal-evalwazzjonijiet li ser jerġa’ jwettaq skont il-proċeduri evokati fil-punti 60 u 61 ta’ din is-sentenza, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrispetta, b’mod partikolari, id-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tal-persuna kkonċernata, li huwa garantit, fil-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom, mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 8 tal-KEDB. |
63 |
Jikkostitwixxi ċirkostanza rilevanti f’dan ir-rigward il-fatt li, kuntrarjament għall-ipoteżi msemmija fl-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2011/95, il-persuna li l-istatus tagħha bħala benefiċjarja ta’ protezzjoni sussidjarja jkun tneħħa abbażi tal-Artikolu 19(1) ta’ dik id-direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 16 tiegħu, intenzjonalment ma ġiex imqarraq mill-awtorità nazzjonali kompetenti meta tat dak l-istatus. |
64 |
Barra minn hekk, mill-punti 60 u 63 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2011/95, moqri flimkien mal-Artikolu 16 tagħha, miżmum fil-punt 51 ta’ din is-sentenza, huwa mingħajr preġudizzju għall-effett utli tal-Artikolu 19(3)(b) tad-Direttiva 2011/95. |
65 |
Minn dak li ntqal qabel għandha tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2011/95, moqri flimkien mal-Artikolu 16 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru għandu jirrevoka l-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja meta jkun ngħata dan l-istatus mingħajr ma l-kundizzjonijiet għal dan l-għoti jkunu ssodisfatti, abbażi ta’ fatti li sussegwentement ġew irrivelati li huma żbaljati, u għalkemm il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi kkritikata li qiegħda tqarraq b’dak l-Istat Membru f’dik l-okkażjoni. |
Fuq l-ispejjeż
66 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, moqri flimkien mal-Artikolu 16 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru għandu jirrevoka l-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja meta jkun ngħata dan l-istatus mingħajr ma l-kundizzjonijiet għal dan l-għoti jkunu ssodisfatti, abbażi ta’ fatti li sussegwentement ġew irrivelati li huma żbaljati, u għalkemm il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi kkritikata li qiegħda tqarraq b’dak l-Istat Membru f’dik l-okkażjoni. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.