Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62014CJ0511
Judgment of the Court (Third Chamber) of 16 June 2016.#Pebros Servizi Srl v Aston Martin Lagonda Ltd.#Request for a preliminary ruling from the Tribunale civile di Bologna.#Reference for a preliminary ruling — Area of freedom, security and justice — Judicial cooperation in civil matters — Regulation (EC) No 805/2004 — European Enforcement Order for uncontested claims — Article 3(1)(b) — Conditions for certification — Judgment in default — Concept of ‘uncontested claim’ — Procedural conduct of a party capable of constituting an ‘absence of contestation of the claim’.#Case C-511/14.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2016.
Pebros Servizi Srl vs Aston Martin Lagonda Ltd.
Talba għal deċiżjoni preliminari imressqa minn Tribunale civile di Bologna.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (KE) Nru 805/2004 – Titolu eżekuttiv Ewropew għall-krediti mhux ikkontestati – Artikolu 3(1)(b) – Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni – Sentenza fil-kontumaċja – Kunċett ta’ ‘kreditu mhux ikkontestat’ – Aġir proċedurali ta’ parti li twassal għal ‘assenza ta’ kontestazzjoni tal-kreditu’.
Kawża C-511/14.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2016.
Pebros Servizi Srl vs Aston Martin Lagonda Ltd.
Talba għal deċiżjoni preliminari imressqa minn Tribunale civile di Bologna.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (KE) Nru 805/2004 – Titolu eżekuttiv Ewropew għall-krediti mhux ikkontestati – Artikolu 3(1)(b) – Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni – Sentenza fil-kontumaċja – Kunċett ta’ ‘kreditu mhux ikkontestat’ – Aġir proċedurali ta’ parti li twassal għal ‘assenza ta’ kontestazzjoni tal-kreditu’.
Kawża C-511/14.
Rapporti tal-qorti - ġenerali
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2016:448
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
16 ta’ Ġunju 2016 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 805/2004 — Titolu eżekuttiv Ewropew għall-krediti mhux ikkontestati — Artikolu 3(1)(b) — Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni — Sentenza fil-kontumaċja — Kunċett ta’ ‘kreditu mhux ikkontestat’ — Aġir proċedurali ta’ parti li twassal għal ‘assenza ta’ kontestazzjoni tal-kreditu’”
Fil-Kawża C‑511/14,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale di Bologna (qorti ta’ Bologna, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-6 ta’ Novembru 2014, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-14 ta’ Novembru 2014, fil-proċedura
Pebros Servizi Srl
vs
Aston Martin Lagonda Ltd.
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, D. Šváby, J. Malenovský, M. Safjan (Relatur) u M. Vilaras, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: Y. Bot,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għal Pebros Servizi Srl, minn N. Maione, avukat, |
|
— |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Salvatorelli, avvocato dello Stato, |
|
— |
għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Moro u M. Wilderspin, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-14 ta’ Jannar 2016,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal‑Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38). |
|
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża mressqa minn Pebros Servizi Srl, kumpannija stabbilita fl-Italja, intiża għaċ-ċertifikazzjoni bħala titolu eżekuttiv Ewropew, fis-sens tar-Regolament Nru 805/2004, ta' sentenza li saret definittiva, mogħtija fil-kontumaċja kontra Aston Martin Lagonda Ltd (iktar ’il quddiem “Aston Martin”), kumpannija stabbilita fir-Renju Unit. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
|
3 |
Skont il-premessi 5, 6, 10, 12, 17 u 20 tar-Regolament Nru 805/2004:
[…]
[…]
[…]
[…]
|
|
4 |
L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 805/2004, intitolat “Suġġett”, jistabbilixxi: “L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati li jippermetti, permezz tal-preskrizzjoni ta’ standards minimi, iċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ sentenzi, settlement tal-qrati u strumenti awtentiċi mal-Komunità kollha mingħajr ma ikun meħtieġ li jinġiebu xi proċeduri intermedjarji fl-Istat Membru ta’ l-infurzar qabel ir-rikonoxximent u l-infurzar.” |
|
5 |
L-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament, intitolat “Drittijiet ta’ infurzar li għandhom jiġu ċertifikati bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew]”, jiddisponi: “Dan ir-Regolament għandu japplika għal sentenzi, settlement tal-qorti, u strumenti awtentiċi dwar talbiet mhux kontestati. Talba titqies bħala mhux kontestata jekk:
|
|
6 |
L-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament, intitolat “Ħtiġiet għal ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew]”, jistabbilixxi: “Sentenza dwar talba mhux kontestata mwassla fi Stat Membru għandha, ma’ l-applikazzjoni f’kull żmien tal-qorti ta’ oriġini, tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar jekk:
|
|
7 |
L-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 805/2004, intitolat “Ħruġ ta’ ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew]”, jiddisponi: “Iċ-ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar għandu jinħareġ bl-użu tal-formola standard fl-Annessi.” |
|
8 |
Il-Kapitolu III tar-Regolament Nru 805/2004, li fih jinkludi l-Artikoli 12 sa 19 ta’ dan tal-aħħar, jistabbilixxi standards minimi applikabbli għal proċeduri dwar debiti mhux ikkontestati. Dawn l-istandards, intiżi sabiex jitħarsu d-drittijiet tad-difiża tad-debitur, ma jikkonċernawx biss il-metodi ta’ notifika jew ta’ servizz tal-att promotur u atti oħra, iżda wkoll il-kontenut informattiv ta’ dan l-att, peress li d-debitur għandu jiġi informat dwar il-kreditu kif ukoll dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jikkontestah. L-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-regolament, intitolat “Kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ l-istandards minimi”, jistabbilixxi: “Sentenza fuq talba li ma tkunx kontestata skod it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1)(b) jew (ċ) tista’ biss tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] jekk il-proċeduri tal-qorti fl-Istat Membru ta’ l-oriġini ikunu jikkonformaw mal-ħtiġiet proċedurali stipulati f’dan il-Kapitolu.” |
|
9 |
Skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 805/2004, intitolat “Relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 44/2001”: “Dan ir-Regolament ma għandux jeffettwa l-possibbiltà li jitfittex rikonoxximent u infurzar, skont ir-Regolament (KE) Nru 44/2001, ta’ sentenza, settlement ta’ qorti jew strument awtentiku dwar talba mhux kontestata.” |
Id-dritt Taljan
|
10 |
Fid-dritt Taljan, il-proċedura fil-kontumaċja hija rregolata mill-Kapitolu VI, tat-Titolu I, tal-Ktieb II tal-Codice di procedura civile (Kodiċi ta’ proċedura ċivili). Dan il-Kapitolu VI jinkludi l-Artikoli 290 sa 294 ta’ dan il-kodiċi. |
|
11 |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 291 tal-Kodiċi ta’ proċedura ċivili, intitolat “Nuqqas ta’ dehra tal-konvenut”, jiddisponi: “Jekk il-konvenut ma jidhirx u l-qorti istruttorja tikkonstata difett li jwassal għan-nullità tan-notifika tat-taħrika, hija tiffissa terminu obbligatorju fil-konfront tar-rikorrenti sabiex jikkonferma t-tħarrika. Il-konferma tostakola kull dekadenza.” |
|
12 |
L-Artikolu 293 ta’ dan il-kodiċi, intitolat “Dehra tal-konvenut kontumaċi”, jipprevedi: “Il-konvenut iddikjarat kontumaċi jista’ jidher quddiem il-qorti fi kwalunkwe mument tal-proċedura sas-seduta fejn jiġu ppreċiżati t-talbiet. Id-dehra tista’ ssir permezz tal-preżentazzjoni ta’ nota, ta’ rappreżentazzjoni u ta’ atti fir-Reġistru, jew b’dehra quddiem il-qorti waqt is-seduta. Il-konvenut kontumaċi li jidher quddiem il-qorti, fi kwalunkwe każ, jista’ jikkontesta s-sottomissjonijiet bil-miktub ppreżentati kontrih matul l-ewwel seduta jew fit-terminu lilu allokat mill-qorti istruttorja.” |
|
13 |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 294 tal-istess kodiċi, intitolat “Tneħħija tad-dekadenza”, jistabbilixxi: “Il-konvenut kontumaċi li jidher quddiem il-qorti jista’ jitlob lill-qorti istruttorja sabiex jiġi awtorizzat iwettaq atti li għalihom huwa kieku jkun eskluż jekk juri li, minħabba fin-nullità tat-taħrika jew tan-notifika ta’ din, huwa ma setax jieħu konjizzjoni tal-proċedura jew li huwa kien ostakolat milli jidher minnħabba f’kawża li ma hijiex attribwibbli għalih.” |
It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
|
14 |
Jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li Pebros Servizi ħarrket quddiem it-Tribunale di Bologna (qorti ta’ Bologna, l-Italja) numru ta’ kumpaniji, li fosthom hemm Aston Martin. |
|
15 |
L-iżvolġiment tal-kawża bejn Pebros Servizi u Aston Martin quddiem din il-qorti seħħ fl-assenza ta’ din tal-aħħar, minkejja li skont id-deċiżjoni tar-rinviju, it-taħrika ġiet debitament innotifikata u li din kienet f’pożizzjoni li tipparteċipa f’din il-kawża. |
|
16 |
Permezz ta’ sentenza tal-24 ta’ Jannar 2014 li temmet din il-kawża, it-Tribunale di Bologna (qorti ta’ Bologna) ikkundannat lil Aston Martin tħallas lil Pebros Servizi s-somma ta’ EUR 18000, flimkien mal-interessi legali mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sentenza u sal-ħlas, kif ukoll ikkundannatha għall-ispejjeż, għal ammonti ta’ EUR 835 u EUR 9500 għal, rispettivament, l-ispejjeż tal-kawża u spejjeż professjonali, miżjuda bit-taxxa fuq il-valur miżjud u kontribuzzjonijiet oħra relatati mas-sigurtà soċjali skont il-liġi nazzjonali. |
|
17 |
Peress li din is-sentenza ma ġietx appellata hija saret definittiva. |
|
18 |
Fl-14 ta’ Ottubru 2014, Pebros Servizi adixxiet lit-Tribunale di Bologna (qorti ta’ Bologna) b’talba għaċ-ċertifikazzjoni ta’ din is-sentenza bħala titolu eżekuttiv Ewropew, fis-sens tar-Regolament Nru 805/2004, sabiex tiftaħ il-proċedura ta’ eżekuzzjoni li tippermetti l-irkupru tal-kreditu tagħha. |
|
19 |
Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar l-applikabbiltà tar-Regolament Nru 805/2004 fil-kawża prinċipali, sa fejn, fis-sistema ġuridiku Taljan, l-assenza fil-kawża ma tikkostitwixxix kunsens mill-konvenut fil-konfront tat-talba mressqa kontrih. Għalhekk, tinqala’ l-kwistjoni ta’ jekk kundanna fil-kontumaċja tistax tiġi kkunsidrata bħala kundanna għal debitu mhux ikkontestata. |
|
20 |
F’dan ir-rigward, din il-qorti tirrileva li żewġ interpretazzjonijiet tal-kunċett ta’ “assenza ta’ kontestazzjoni” huma possibbli. L-ewwel interpretazzjoni, issuġġerita minn din il-qorti u bbażata fuq id-dritt nazzjonali, teskludi l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 805/2004, peress li l-proċedura fil-kontumaċja prevista fl-ordinament ġuridiku Taljan ma tammontax għal nuqqas ta’ kontestazzjoni tad-debitu. Min-naħa l-oħra, skont it-tieni interpretazzjoni, dan il-kunċett ta’ “assenza ta’ kontestazzjoni” huwa ddefinit b’mod awtonomu mid-dritt tal-Unjoni u jinkludi wkoll l-assenza fil-kawża. |
|
21 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale di Bologna (qorti ta’ Bologna) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti: “Fil-każ ta’ sentenza fil-kontumaċja (fl-assenza ta’ parti) li permezz tagħha parti li ma dehritx/assenti kienet ġiet ikkundannata, mingħajr, madankollu, ebda rikonoxximent espress tad-dritt minn naħa ta’ din il-parti, huwa d-dritt nazzjonali li għandu jiddetermina jekk dan l-aġir proċedurali huwiex ekwivalenti għal nuqqas ta’ kontestazzjoni fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 805/2004, tal-21 ta’ April 2004, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE fit-30 ta’ April 2004, li possibbilment jista’ jiċħad, skont id-dritt nazzjonali, in-natura mhux ikkontestata tat-talba, jew abbażi tad-dritt Ewropew, kundanna fil-kontumaċja/fl-assenza ta’ parti timplika, minn natura tagħha stess, nuqqas ta’ kontestazzjoni, b’mod li r-Regolament (KE) Nru 805/2004 japplika irrispettivament mill-evalwazzjoni tal-qorti nazzjonali?” |
Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari u tad-domanda preliminari
|
22 |
Il-gvern Taljan jikkontesta l-ammissibbiltà kemm tat-talba għal deċiżjoni preliminari kif ukoll tad-domanda preliminari. |
Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari
|
23 |
Skont il-gvern Taljan, fil-kawża prinċipali, it-Tribunale di Bologna (qorti ta’ Bologna) ma hijiex tintervjeni fil-kwalità tagħha ta’ “qorti”, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, sa fejn il-proċedura segwita minn dik il-qorti, meta tintalab tiddeċiedi dwar talba għaċ-ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja bħala titolu eżekuttiv Ewropew, ma tissodisfax il-kriterji oġġettivi li jippermettu li din il-proċedura tiġi kklassifikata bħala eżerċizzju ta’ attività ġudizzjarja, peress li din il-proċedura iktar tista’ titqies bħala purament amministrattiva jew bħala proċedura ta’ ġurisdizzjoni volontarja. |
|
24 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, jekk l-Artikolu 267 TFUE ma jissuġġettax ir-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja għan-natura kontradittorja tal-proċedura li matulha l-qorti nazzjonali tifformula domanda preliminari, il-qrati nazzjonali għandhom is-setgħa li jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja biss jekk tilwima hija pendenti quddiemhom u jekk dawn huma mitluba jiddeċiedu fil-kuntest ta’ proċedura maħsuba sabiex twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja (sentenza tal-25 ta’ Ġunju 2009, Roda Golf & Beach Resort, C‑14/08, EU:C:2009:395, punti 33 u 34 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
|
25 |
Fil-fatt, dan ikun il-każ tal-proċedura li twassal għaċ-ċertifikazzjoni ta’ sentenza ġudizzjarja bħala titolu eżekuttiv Ewropew. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tippreċiża li din il-proċedura teħtieġ eżami ġudizzjarju tal-kundizzjonijiet previsti mir-Regolament Nru 805/2004, sabiex tevalwa l-osservanza tal-istandards minimi intiżi li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża tad-debitur (sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2014, Imtech Marine Belgium, C‑300/14, EU:C:2015:825, punti 46 u 47). |
|
26 |
Għalhekk, dan ir-regolament jimponi fuq il-korp li jipproċedi għaċ-ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja bħala titolu eżekuttiv Ewropew, li jwettaq sensiela ta’ verifiki tal-elementi elenkati fil-formola fl-Anness I tar-Regolament Nru 805/2004. F’dak li jikkonċerna l-istħarriġ tar-regolarità tal-proċedura ġudizzjarja li wasslet għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni li hija s-suġġett taċ-ċertifikazzjoni, li din il-qorti twettaq fl-istadju ta’ din iċ-ċertifikazzjoni, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 29 tal-konklużjonijiet tiegħu, din ma hijiex ta’ natura differenti mill-verifiki ta’ natura ġudizzjarja li għandha twettaq qabel ma tagħti d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tagħha fi kawżi oħra. Barra minn hekk, fl-Artikolu 6 tiegħu, dan ir-regolament b’mod partikolari jimponi fuq din il-qorti, lil hinn mill-istħarriġ tar-regolarità ta’ din il-proċedura ġudizzjarja preċedenti u tal-osservanza tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni, stħarriġ tan-natura eżekuttiva tad-deċiżjoni mogħtija u tan-natura tad-debitu. |
|
27 |
Barra minn hekk, minkejja li l-proċedura ta’ ċertifikazzjoni tiżvolġi wara li t-tilwima tkun ġiet deċiża mid-deċiżjoni ġudizzjarja li tagħlaq l-istanza, xorta jibqa’ l-fatt li, fl-assenza ta’ ċertifikazzjoni, din id-deċiżjoni ma tkunx għad għandha l-kapaċità meħtieġa sabiex tgawdi minn moviment liberu fl-ispazju ġudizzjarju Ewropew, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tiegħu. |
|
28 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li jekk l-kliem “jagħtu s-sentenza tagħhom”, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, jinkludu l-proċedura kollha li twassal għas-sentenza tal-qorti tar-rinviju, dawn il-kliem għandhom jiġu interpretati b’mod wiesgħa, sabiex jiġi evitat li numru ta’ kwistjonijiet proċedurali jiġu kkunsidrati bħala inammissibbli u ma jkunux jistgħu jingħataw interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja u li din tal-aħħar ma tkunx tista’ tieħu konjizzjoni tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt tal-Unjoni li l-qorti tar-rinviju hija obbligata tapplika (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-17 ta’ Frar 2011, Weryński, C‑283/09, EU:C:2011:85, punti 41 u 42, kif ukoll tal-11 ta’ Ġunju 2015, Fahnenbrock et, C‑226/13, C‑245/13, C‑247/13 u C‑578/13, EU:C:2015:383, punt 30). |
|
29 |
Għalhekk, il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja bħala titolu eżekuttiv Ewropew jidher, mill-perspettiva funzjonali, mhux bħala proċedura distinta mill-proċedura ġudizzjarja preċedenti, iżda bħala l-aħħar fażi ta’ din, neċessarju sabiex tiżgura l-effettività sħiħa tagħha, li tippermetti lill-kreditur li jipproċedi għall-irkupru tad-debitu tiegħu. |
|
30 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li jiġi kkonstatat li ċ-ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja bħala titolu eżekuttiv Ewropew jikkostitwixxi att ta’ natura ġudizzjarja, li fil-kuntest tal-adozzjoni tiegħu l-qorti nazzjonali għandha s-setgħa li tagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli. |
Fuq l-ammissibbiltà tad-domanda preliminari
|
31 |
Il-gvern Taljan jeċċepixxi l-inammissibbiltà tad-domanda preliminari magħmula, billi jsostni li, fl-assenza ta’ applikazzjoni imperattiva, fil-kawża prinċipali, tar-Regolament Nru 805/2004, din id-domanda hija mingħajr rilevanza. Fil-fatt, skont dan il-gvern, l-applikazzjoni, f’din it-tilwima, tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1), jippermetti li tiġi evitata l-problema tad-definizzjoni ta’ debitu mhux ikkontestat, kif hemm f’din il-kawża, peress li dan l-aħħar regolament ma fih ebda referenza għar-regoli nazzjonali ta’ proċedura. |
|
32 |
F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza, u ċ-ċaħda mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali hija possibbli biss meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2015, Fahnenbrock et, C‑226/13, C‑245/13, C‑247/13 u C‑578/13, EU:C:2015:383, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
33 |
F’dan il-każ, Pebros Servizi talbet, skont ir-Regolament Nru 805/2004, iċ-ċertifikazzjoni ta’ sentenza bħala titolu eżekuttiv Ewropew. Għaldaqstant, il-qorti adita b’din it-talba għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet previsti minn dan ir-regolament humiex issodisfatti. Indipendentement mill-fatt li r-Regolament Nru 1215/2012 ma huwiex applikabbli ratione temporis għall-kawża prinċipali, li l-fatti dwarha huma preċedenti għad-data li minnha beda japplika dan ir-regolament, il-fatt li, fil-każ ta’ rifjut ta’ tali talba, Pebros Servizi tista’, skont il-gvern Taljan, tibda l-proċedura ta’ eżekuzzjoni prevista minn dan l-aħħar regolament jew tagħżel direttament din il-proċedura ma taffettwax ir-rilevanza tad-domanda magħmula. |
|
34 |
Għaldaqstant id-domanda preliminari magħmula hija ammissibbli. |
Fuq il-mertu
|
35 |
Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kundizzjonijiet li taħthom, fil-każ ta’ sentenza fil-kontumaċja, debitu huwa meqjus bħala “mhux ikkontestat”, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 805/2004, għandhomx jiġu ddeterminati skont il-liġi tal-forum jew b’mod awtonomu, permezz biss ta’ dan ir-regolament. |
|
36 |
Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li t-termini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tinkludi ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata tagħha, għandhom normalment jingħataw, fl-Unjoni Ewropea kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi mfittxija billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni tfittex li tilħaq (sentenza tal-5 ta’ Diċembru 2013, Vapenik, C‑508/12, EU:C:2013:790, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
37 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 805/2004 ma jiddefinixxix il-kunċett ta’ “debitu mhux ikkontestat” billi jirreferi għad-dritt tal-Istati Membri. Għall-kuntrarju, jirriżulta minn qari tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament fid-dawl tal-premessa 5 ta’ din tal-aħħar, li dan il-kunċett huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni. Ir-referenza għad-dritt tal-Istati Membri fil-punti (b) u (ċ) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament ma jirrigwardax l-elementi li jikkostitwixxu dan il-kunċett, iżda jikkonċerna biss elementi speċifiċi tal-applikazzjoni tiegħu. |
|
38 |
Il-premessa 5 ta’ dan l-istess regolament tistabbilixxi li l-kunċett ta’ “talbiet mhux kontestati” għandu jkopri s-sitwazzjonijiet kollha li fihom kreditur, fl-assenza vverifikata ta’ kull kontestazzjoni mid-debitur dwar in-natura u l-ammont ta’ kreditu pekunjarju, ikun kiseb, b’mod partikolari, deċiżjoni ġudizzjarja kontra dan id-debitur. |
|
39 |
Hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, Aston Martin, fil-kwalità tagħha ta’ debitur debitament informat u li ngħatat l-opportunità li tipparteċipa fil-proċedura ġudizzjarja, baqgħet inattiva matul din il-proċedura, u fl-ebda mument ma pparteċipat fiha. Għal din ir-raġuni, sentenza fil-kontumaċja ngħatat fil-konfront tagħha. Minn dan jirriżulta li s-sitwazzjoni ta’ din il-kumpannija taqa’ taħt il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 805/2004, li taħtu debitu huwa meqjus bħala mhux ikkontestat, jekk “id-debitur ma jkun oġġezzjoni qatt għalih, b’konformità mal-ħtiġiet relevanti proċedurali taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini, fil-kors tal-proċeduri tal-qorti”. |
|
40 |
Il-premessa 6 ta’ dan ir-regolament, f’dan ir-rigward, jippreċiża li l-assenza ta’ oġġezzjonijiet mid-debitur, kif previst fl-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament, jista’ jieħu l-forma ta’ nuqqas li jidher f’seduta jew nuqqas li jikkonforma ma’ talba tal-qorti li jagħti avviż bil-miktub tal-ħsieb tiegħu li jiddefendi l-kawża. |
|
41 |
Konsegwentement, debitu jista’ jitqies bħala “mhux ikkontestat” fis-sens tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 805/2004, jekk id-debitur bl-ebda mod ma jaġixxi sabiex jopponi għal dan, billi ma jweġibx għall-istedina tal-qorti li javżaha bil-miktub dwar l-intenzjoni li jiddefendi l-kawża jew billi ma jidhirx fis-seduta. |
|
42 |
Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li ċ-ċirkustanza li, skont id-dritt Taljan, kundanna fil-kontumaċja ma hijiex ekwivalenti għal kundanna għal debitu mhux ikkontestat hija mingħajr rilevanza għall-finijiet tar-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju. Ir-referenza espliċita għar-regoli ta’ proċedura tal-Istat Membru, prevista fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 805/2004, tirrigwarda mhux il-konsegwenzi ġuridiċi fl-assenza tad-debitur fil-proċedura, peress li dawn huma s-suġġett ta’ klassifikazzjoni awtonoma taħt dan ir-regolament, iżda tikkonċerna esklużivament il-modalitajiet proċedurali li taħthom id-debitur jista’ effettivament jopponi d-debitu. |
|
43 |
Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 805/2004 jistabbilixxi biss standards proċedurali minimi, neċessarji għar-rispett tad-drittijiet tad-difiża tad-debitur kontumaċi, mingħajr ma jirregola l-aspetti kollha tal-kontestazzjoni tad-debitu, bħal, b’mod partikolari, il-forma ta’ att ta’ kontestatazzjoni, il-korpi implikati fil-proċedura ta’ kontestatazzjoni jew it-termini applikabbli. Konsegwentement, f’kull Stat Membru, id-debitur għandu jipproċedi għal tali kontestazzjoni, konformement mar-regoli ta’ proċedura ċivili fis-seħħ. |
|
44 |
Barra minn hekk, f’dak li jikkonċerna l-istandards minimi ta’ proċedura stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament u msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, dawn l-istandards, li l-osservanza tagħhom hija neċessarja, skont l-Artikolu 6(1)(ċ) ta’ dan ir-regolament, sabiex deċiżjoni dwar debitu mhux ikkontestat mogħti fi Stat Membru jista’ jiġi ċċertifikat bħala titolu eżekuttiv Ewropew, għandhom l-għan li jiżguraw, konformement mal-premessa 12 tal-istess regolament, li d-debitur ikun informat fi żmien utli u b’tali mod li jkun jista’ jorganizza d-difiża tiegħu, minn naħa, mill-kawża mressqa kontrih kif ukoll mill-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni attiva tiegħu fil-proċedura sabiex jikkontesta d-debitu kkonċernat u, min-naħa l-oħra, tal-konsegwenzi ta’ assenza ta’ parteċipazzjoni f’din. Fil-każ partikolari ta’ deċiżjoni fil-kontumaċja, fis-sens tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 805/2004, dawn l-istandards minimi ta’ proċedura huma intiżi sabiex jiżguraw l-eżistenza ta’ garanziji suffiċjenti tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża. |
|
45 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-kundizzjonijiet li fihom, fil-każ ta’ deċiżjoni fil-kontumaċja, debitu huwa meqjus “mhux ikkontestat”, fis-sens tal‑punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004, għandhom jiġu ddeterminati b’mod awtonomu, bis-saħħa ta’ dan ir-regolament biss. |
Fuq l-ispejjeż
|
46 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
Il-kundizzjonijiet li fihom, fil-każ ta’ deċiżjoni fil-kontumaċja, debitu huwa meqjus “mhux ikkontestat”, fis-sens tal‑punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati, għandhom jiġu ddeterminati b’mod awtonomu, bis-saħħa ta’ dan ir-regolament biss. |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.