Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62014CJ0051
Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 11 June 2015.#Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG v Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung.#Request for a preliminary ruling from the Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen.#Reference for a preliminary ruling — Agriculture — Common organisation of the markets — Sugar — Reimbursement of storage costs — Regulation (EEC) No 1998/78 — Article 14(3) — Regulation (EEC) No 2670/81 — Article 2(2) — Substitute exports of C sugar — Conditions — Actual exchange of C sugar with the replacement sugar — Replacement possible only with sugar produced by another manufacturer established on the territory of the same Member State — Validity in the light of Articles 34 TFEU and 35 TFEU.#Case C-51/14.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015.
Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Zokkor — Rimbors tal-ispejjeż ta’ ħażna — Regolament (KEE) Nru 1998/78 — Artikolu 14(3) — Regolament (KEE) Nru 2670/81 — Artikolu 2(2) — Sostituzzjoni għall-esportazzjoni ta’ zokkor C — Kundizzjonijiet — Sostituzzjoni materjali taz-zokkor C maz-zokkor ta’ sostituzzjoni — Sostituzzjoni li setgħet issir biss permezz ta’ zokkor prodott minn manifattur stabbilit fit-territorju tal-istess Stat Membru — Validità fir-rigward tal-Artikoli 34 TFUE u 35 TFUE.
Kawża C-51/14.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015.
Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Zokkor — Rimbors tal-ispejjeż ta’ ħażna — Regolament (KEE) Nru 1998/78 — Artikolu 14(3) — Regolament (KEE) Nru 2670/81 — Artikolu 2(2) — Sostituzzjoni għall-esportazzjoni ta’ zokkor C — Kundizzjonijiet — Sostituzzjoni materjali taz-zokkor C maz-zokkor ta’ sostituzzjoni — Sostituzzjoni li setgħet issir biss permezz ta’ zokkor prodott minn manifattur stabbilit fit-territorju tal-istess Stat Membru — Validità fir-rigward tal-Artikoli 34 TFUE u 35 TFUE.
Kawża C-51/14.
Rapporti tal-qorti - ġenerali
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2015:380
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
11 ta’ Ġunju 2015 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Zokkor — Rimbors tal-ispejjeż ta’ ħażna — Regolament (KEE) Nru 1998/78 — Artikolu 14(3) — Regolament (KEE) Nru 2670/81 — Artikolu 2(2) — Sostituzzjoni għall-esportazzjoni ta’ zokkor C — Kundizzjonijiet — Sostituzzjoni materjali taz-zokkor C maz-zokkor ta’ sostituzzjoni — Sostituzzjoni li setgħet issir biss permezz ta’ zokkor prodott minn manifattur stabbilit fit-territorju tal-istess Stat Membru — Validità fir-rigward tal-Artikoli 34 TFUE u 35 TFUE”
Fil-Kawża C‑51/14,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein‑Westfalen (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑17 ta’ Jannar 2014, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑4 ta’ Frar 2014, fil-proċedura
Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG
vs
Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, K. Jürimäe (Relatur), J. Malenovský, M. Safjan u A. Prechal, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Wathelet,
Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑7 ta’ Jannar 2015,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għal Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG, minn D. Ehle, Rechtsanwalt, |
|
— |
għall-Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung, minn W. Wolski u J. Jakubiec, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Rossi u G. von Rintelen, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1998/78, tat‑18 ta’ Awwissu 1978, li jippreskrivi regoli dettaljati għat-tpaċija ta’ spejjeż ta’ ħażniet għaz-zokkor (ĠU L 351, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1714/88, tat-13 ta’ Ġunju 1988 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 8, p. 70, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1998/78”), kif ukoll fuq l-interpretazzjoni u l-validità tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2670/81, tal‑14 ta’ Settembru 1981, li jippreskrivi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni rigward il-produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 5, p. 85), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3892/88, tal-14 ta’ Diċembru 1988 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 8, p. 157, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 2670/81”). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG (iktar ’il quddiem “Pfeifer & Langen”) u l-Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung (Uffiċċju federali għall-agrikoltura u għall-ikel, iktar ’il quddiem il-“BLE”), fir-rigward tar-restituzzjoni tar-rimborsi tal-ispejjeż ta’ ħażna li nġabru indebitament minn Pfeifer & Langen għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. |
Il-kuntest ġuridiku
Ir-Regolament (KEE) Nru 1785/81
|
3 |
It-tielet, il-ħdax u l-ħmistax-il premessa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81, tat‑30 ta’ Ġunju 1981, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 177, p. 4), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1069/89, tat‑18 ta’ April 1989 (ĠU L 114, p. 1, iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”) kienu fformulati kif ġej: “[...] sabiex tiġi żgurata lill-produtturi ta’ pitravi u ta’ kannamiela ta[l-Unjoni] ż-żamma tal-garanziji neċessarji fir-rigward tal-impjieg tagħhom u tal-livell ta’ għajxien tagħhom, jeħtieġ li jiġu previsti miżuri li jistgħu jistabbilizzaw is-suq taz-zokkor [...]; [...] [...] ir-raġunijiet li sa issa wasslu lill-[Unjoni] żżomm sistema ta’ kwoti ta’ produzzjoni għas-setturi taz-zokkor [...] jibqgħu validi; [...] madankollu, għandu jsir tibdil f’dik is-sistema sabiex, minn naħa jittieħdu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi reċenti fil-produzzjoni u, min-naħa l-oħra, sabiex [l-Unjoni] tingħata l-istrumenti meħtieġa sabiex tiżgura, b’mod ġust iżda effikaċi, l-finanzjament sħiħ mill-produtturi nnifishom tal-ispejjeż għar-rilaxx tal-kwantitajiet żejda li jirriżultaw mir-rabta bejn il-produzzjoni tal-[Unjoni] u l-konsum tagħha; [...] [...] [...] peress li l-kwoti ta’ produzzjoni attribwiti lill-impriżi jikkostitwixxu mezz sabiex jiġu ggarantiti lill-produtturi l-prezzijiet Komunitarji u li jkollhom fejn jikkumerċjalizzaw dak li jipproduċu, it-trasferiment tal-kwoti għandu jsir billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-interess tal-partijiet kollha kkonċernati u b’mod partikolari dak tal-produtturi ta’ pitravi u ta’ kannamiela; [...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
4 |
L-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament bażiku kien jipprovdi li: “1. Hija prevista, taħt il-kundizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, sistema ta’ tpaċija tal-ispejjeż ta’ ħażna li tinkludi ħlas lura u finanzjament ta’ dan permezz ta’ kontribuzzjoni. [...] 2. L-ispejjeż ta’ ħażna:
[...] [prodott] minn pitravi jew minn kannamiela miġbura [fl-Unjoni], huma rrimborsati b’rata fissa mill-Istati Membri. [...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
|
5 |
L-Artikolu 24 tar-Regolament bażiku kien jistabbilixxi, fir-rigward ta’ kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, jiġifieri mill‑1 ta’ Lulju ta’ sena sat‑30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, kwantitajiet bażiċi għaz-“zokkor A” u għaz-“zokkor B” li kull Stat Membru għandu jaqsam bejn il-produtturi (iktar ’il quddiem il-“manifatturi”) ta’ zokkor stabbiliti fit-territorju tiegħu. B’hekk kienu jingħataw lill-manifatturi kwota A u kwota B għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. Kull kwantità ta’ zokkor prodotta b’eċċess mill-kwoti A u B kienet tissejjaħ “zokkor C”. |
|
6 |
Skont l-Artikolu 26 ta’ dan ir-regolament: “1. […] iz-zokkor C li ma jkunx twarrab bis-saħħa tal-Artikolu 27 […] ma jistax jiġi kkummerċjalizzat fis-suq intern [...] u għandu jiġi esportat fl-istat li jkun qabel l‑1 ta’ Jannar ta’ wara t-tmiem tas-sena kummerċjali in kwistjoni. [L-Artikolu 8 ma huwiex applikabbli] għal dan iz-zokkor [...]. [...] 3. Il-modalitajiet għall-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu għandhom jiġu deċiżi skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 41. [...]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
Ir-Regolament Nru 1998/78
|
7 |
Ir-Regolament Nru 1998/78 jistabbilixxi l-modalitajiet għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ tpaċija tal-ispejjeż ta’ ħażna taz-zokkor stabbilita permezz tal-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku. |
|
8 |
L-Artikolu 14(3) ta’ dan ir-regolament jipprovdi: “Meta kwantità ta’ zokkor C tiġi ssostitwita għall-esportazzjoni minn kwantità korrispondenti ta’ zokkor A jew B, il-kwantità ssostitwita titqies, għall-applikazzjoni tar-rimbors, bħala zokkor A mill-ġurnata fejn jitwettqu l-formalitajiet doganali ta’ esportazzjoni.” [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
Ir-Regolament Nru 2670/81
|
9 |
Ir-Regolament Nru 2670/81, adottat abbażi tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament bażiku, kien jippreċiża l-kundizzjonijiet li fihom l-esportazzjoni taz-zokkor C għandha titqies li tkun saret. |
|
10 |
Il-ħames premessa tar-Regolament Nru 2670/81 kienet ifformulata kif ġej: “[...] fabbrikant għandu jitħalla jesporta zokkor [...] li ma jkunx prodott minnu; [...] huwa meħtieġ f’dak il-każ li jsir provvediment għall-ħlas ta’ ammont b’rata fissa li jista’ jiġi kunsidrat fil-każijiet kollha bħala kumpens għal xi vantaġġ li joħroġ minn din il-bidla; [...]” |
|
11 |
L-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-regolament kien jipprovdi: “Din il-prova [tal-esportazzjoni taz-zokkor C] għandha tingħata bil-wiri ta’:
[...] Għall-għanijiet ta’ esportazzjoni, il-fabbrikant imsemmi jista’, madankollu, jibdel iz-zokkor tat-tip [C] ma’ zokkor ieħor [kodiċi 1701 tan-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382)] jew l-isoglukosju tat-tip [C] ma’ isoglukosju ieħor prodotti minn fabbrikant ieħor stabbilit fit-territorju ta’ l-istess Stat Membru. F’dak il-każ, il-fabbrikant li jagħmel il-bidla jrid iħallas [EUR 1.25] għal kull 100 kilogramma [...]. [...]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
12 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li Pfeifer & Langen, manifattur taz-zokkor, ibbenefikat minn rimbors tal-ispejjeż ta’ ħażna, bis-saħħa tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku, għall-introduzzjoni fil-ħażna ta’ zokkor mill-abjad fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq taz-zokkor (iktar ’il quddiem l-“OKS taz-zokkor”) għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 1987/1988 sa 1996/1997. |
|
13 |
Bejn is-snin 1997 u 2003, Pfeifer & Langen kienet suġġetta għal investigazzjoni għal frodi fuq ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ ħażna ta’ zokkor mill-abjad fir-rigward tas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija iktar ’il fuq. F’dan il-kuntest, ġiet akkużata b’mod partikolari talli, matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 1990/1991, iddikjarat bħala zokkor eliġibbli għar-rimbors kwantità ta’ zokkor prodott b’żieda fuq il-kwoti ta’ produzzjoni, ikkwalifikat, f’dan il-każ, bħala “zokkor C”. |
|
14 |
F’dan ir-rigward, Pfeifer & Langen indikat li matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 1990/1991 xtrat kwantità ta’ zokkor li jaqa’ fil-kwota, imsemmi, bl-istess mod, jew “zokkor A” jew “zokkor B”, prodott fi Franza. Dan iz-zokkor ġie ttrasportat minn dan l-Istat Membru lejn wieħed mill-istabbilimenti ta’ Pfeifer & Langen li jinsab il-Ġermanja u ġie rreġistrat bħala zokkor li jaqa’ fil-kwota. Madankollu, dan l-istess zokkor ma ġiex maħżun fis-silo ta’ din il-kumpannija, iżda rċieva dokumenti ta’ tranżitu ġodda u ġie ttrasportat fil-port ta’ Antwerpen (il-Belġju) bil-għan li jiġi esportat barra mill-Unjoni bħala zokkor C. Sussegwentement, Pfeifer & Langen iddikjarat kwantità ekwivalenti ta’ zokkor C li hija kienet ipproduċiet b’eċċess (iktar ’il quddiem iz-“zokkor C inkwistjoni”) bħala zokkor prodott fi ħdan il-kwota li għalih intalab ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ ħażna. |
|
15 |
Permezz ta’ deċiżjoni tat‑30 ta’ Jannar 2003, il-BLE, bħala awtorità kompetenti għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ ħażna, annullat parzjalment ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ ħażna mogħti lil Pfeifer & Langen għax-xhur ta’ Lulju 1990 sa Ġunju 1991 u rrikjediet ir-restituzzjoni tal-ammonti mħallsa. Pfeifer & Langen ressqet ilment kontra din id-deċiżjoni. |
|
16 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal-4 ta’ Ottubru 2006, il-BLE ċaħad l-ilment ta’ Pfeifer & Langen sa fejn dan kien jirrigwarda z-zokkor C inkwistjoni. |
|
17 |
Fis‑7 ta’ Novembru 2006, Pfeifer & Langen ippreżentat rikors kontra din l-aħħar deċiżjoni tal-BLE quddiem il-Verwaltungsgericht Köln (tribunal amministrattiv ta’ Köln). Fir-rikors tagħha, din il-kumpannija sostniet, b’mod partikolari, li hija kienet b’mod regolari ssostitwixxiet mal-esportazzjoni ta’ zokkor C inkwistjoni kwantità ekwivalenti ta’ zokkor li jaqa’ fil-kwota li ġej minn Franza, b’tali mod li dan iz-zokkor C kien eliġibbli għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ ħażna, konformement mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 1998/78. |
|
18 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal‑25 ta’ Novembru 2009, il-Verwaltungsgericht Köln ċaħad it-talba ta’ Pfeifer & Langen sa fejn din kienet tirrigwarda l-operazzjoni ta’ sostituzzjoni ta’ zokkor li kienet wettqet din il-kumpannija. F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti kkonstatat li din is-sostituzzjoni ma kinitx konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2670/81, li jirrikjedi li z-zokkor ta’ sostituzzjoni jiġi minn manifattur ieħor stabbilit fl-istess Stat Membru. |
|
19 |
Il-qorti tar-rinviju, adita minn Pfeifer & Langen b’appell kontra din id-deċiżjoni, tqis li l-eżitu tal-proċedura pendenti quddiemha jiddependi fuq il-kwistjoni dwar jekk is-sostituzzjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor C hijiex possibbli bejn manifatturi stabbiliti fi Stati Membri differenti, liema fatt jeħtieġ li jiġi ddeterminat liema dispożizzjoni, mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 1998/78 jew mill-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2670/81, huwa applikabbli għaċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali. Fil-fatt, għalkemm iż-żewġ dispożizzjonijiet jittrattaw is-sostituzzjoni taz-zokkor C, l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 1998/78 ma jipprovdi ebda kundizzjoni partikolari, filwaqt li l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2670/81 jimponi li z-zokkor ta’ sostituzzjoni jiġi prodott minn manifattur stabbilit fl-istess Stat Membru. |
|
20 |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li għandu jiġi speċifikat jekk dawn id-dispożizzjonijiet jirrikjedu li l-kwantità ta’ zokkor C inizjali u l-kwantità ta’ zokkor ta’ sostituzzjoni jkunu suġġetti għal sostituzzjoni fiżika jew jekk is-sostituzzjoni fil-kontabbiltà tal-imsemmija kwantitajiet hijiex biżżejjed. Fl-aħħar nett, li kieku fil-kawża prinċipali kellu japplika l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2670/81, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-limitazzjoni tas-sostituzzjoni għall-manifatturi stabbiliti fl-istess Stat Membru tikkostitwixxix restrizzjoni għall-moviment liberu tal-merkanzija fl-Unjoni. |
|
21 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein‑Westfalen (tribunal superjuri amministrattiv tal-Land ta’ Nordrhein Westfalen) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Osservazzjonijiet preliminari
|
22 |
Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-OKS taz-zokkor, ir-Regolament bażiku jipprevedi sistema ta’ kwoti nazzjonali għall-produzzjoni ta’ zokkor fl-Unjoni. Konformement mal-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri jagħtu, b’osservanza tal-kwantitajiet bażiċi allokati lilhom, kwota A u kwota B lil kull manifattur ta’ zokkor fit-territorju tiegħu. Iz-zokkor prodott fil-limitu ta’ dawn il-kwoti jista’ jitqiegħed għaċ-ċirkolazzjoni fl-Unjoni u jibbenefika minn miżuri differenti ta’ għajnuna favur il-produzzjoni. |
|
23 |
Min-naħa l-oħra, iz-zokkor prodott b’eċċess mill-kwoti mogħtija lil kull manifattur, jiġifieri z-zokkor C, ma jistax jiġi kkummerċjalizzat fis-suq intern. Bis-saħħa tal-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku, dan iz-zokkor għandu, bħala prinċipju, jiġi esportat fil-kundizzjoni li fiha jkun jinsab barra l-Unjoni qabel l‑1 ta’ Jannar sussegwenti għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni inkwistjoni. |
|
24 |
Hekk kif jirriżulta mill-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament Nru 2670/81, kull manifattur għandu, bħala prinċipju, jesporta z-zokkor C li jirriżulta mill-produzzjoni tiegħu. Madankollu, hekk kif tenfasizza l-ħames premessa ta’ dan ir-regolament, il-leġiżlatur tal-Unjoni qies li kien xieraq li jipprovdi għall-manifatturi inkwistjoni l-possibbiltà li jesportaw, f’ċerti każijiet, zokkor li ma pproduċewx huma stess. |
|
25 |
Għal dan il-għan, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tal-imsemmi regolament jipprovdi mekkaniżmu li jippermetti lil manifattur jissostitwixxi, fil-mument tal-esportazzjoni, il-kwantità ta’ zokkor C li huwa għandu jesporta ma’ kwantità ekwivalenti ta’ zokkor taħt il-kwota, li ġie prodott minn manifattur ieħor stabbilit fit-territorju tal-istess Stat Membru. Għalhekk minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li, permezz ta’ bidla ta’ natura kontabbli, iz-zokkor issostitwit, li inizjalment jiġi kklassifikat taħt il-kategorija taz-zokkor C, jirċievi l-istatus ta’ zokkor li jaqa’ fil-kwota u jista’ jitqiegħed liberament fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq intern mill-manifattur, filwaqt li z-zokkor ta’ sostituzzjoni, inizjalment prodott fi ħdan il-kwota, huwa esportat bħala zokkor C. |
|
26 |
Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi sistema ta’ tpaċija tal-ispejjeż ta’ ħażna taz-zokkor, fejn l-Istati Membri għandhom jirrimborsaw b’rata fissa lill-manifatturi l-ispejjeż sostnuti minnhom għal din il-ħażna. Konformement mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(1) tal-imsemmi regolament, huma biss l-ispejjeż sostnuti għall-ħażna taz-zokkor prodott fil-limitu tal-kwoti A u B li jistgħu jiġu rrimborsati, bl-esklużjoni tal-ispejjeż ta’ ħażna taz-zokkor C. |
|
27 |
Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandha tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju. |
Fuq l-ewwel u r-raba ’ domandi
|
28 |
Permezz tal-ewwel u r-raba’ domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, minn naħa, jekk l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 1998/78 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2670/81, moqrija flimkien, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, fir-rigward ta’ sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali fejn manifattur jixtieq jissostitwixxi l-esportazzjoni ta’ kwantità ta’ zokkor C bi kwantità ekwivalenti ta’ zokkor li taqa’ fil-kwota prodotta minn manifattur ieħor, għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet li jinsabu f’din l-aħħar dispożizzjoni fil-kuntest tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ ħażna u, min-naħa l-oħra, jekk din l-istess dispożizzjoni hijiex valida fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni sa fejn hija tirrikjedi li z-zokkor ta’ sostituzzjoni ġie prodott minn manifattur ieħor stabbilit fit-territorju tal-istess Stat Membru. |
|
29 |
Qabel kollox, għandu jitfakkar li l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 1998/78 jipprovdi li, meta kwantità ta’ zokkor C tiġi ssostitwita fil-mument tal-esportazzjoni bi kwantità korrispondenti ta’ zokkor A jew B, il-kwantità ssostitwita titqies, għall-applikazzjoni tar-rimbors, bħala zokkor A mill-ġurnata fejn jitwettqu l-formalitajiet doganali. |
|
30 |
Fir-rigward tal-formulazzjoni tagħha, għandu jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni tillimita ruħha għall-istabbiliment tal-mument meta kwantità ta’ zokkor C regolarment issostitwita b’zokkor li jaqa’ fil-kwota għandha tiġi kkunsidrata, għall-finijiet tal-kalkolu tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ ħażna, bħala zokkor eliġibbli għall-imsemmi rimbors. |
|
31 |
Fir-rigward ta’ sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali fejn manifattur jixtieq jissostitwixxi fil-mument tal-esportazzjoni kwantità ta’ zokkor C bi kwantità ekwivalenti ta’ zokkor li taqa’ fil-kwota prodotta minn manifattur ieħor, jeħtieġ ukoll li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet li jinsabu fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2670/81. |
|
32 |
F’dan ir-rigward, mill-kliem ta’ din l-aħħar dispożizzjoni jirriżulta li huma previsti tliet kundizzjonijiet sabiex sostituzzjoni ta’ dan it-tip tkun regolari. L-ewwel nett, iz-zokkor ta’ sostituzzjoni għandu jaqa’ taħt il-kodiċi 1701 tan-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, it-tieni nett, dan iz-zokkor għandu jkun ġie prodott minn manifattur ieħor stabbilit fit-territorju tal-istess Stat Membru u, it-tielet nett, il-manifattur li jopera s-sostituzzjoni għandu jħallas ammont ta’ EUR 1.25 għal kull 100 kg ta’ zokkor issostitwit. |
|
33 |
Il-qorti tar-rinviju madankollu tindika li ma jistax jiġi dedott biċ-ċert mill-kliem tal-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2670/81, fil-verżjoni inizjali tiegħu, li din id-dispożizzjoni timponi li z-zokkor ta’ sostituzzjoni jkun ġie prodott minn manifattur ieħor stabbilit fit-territorju tal-istess Stat Membru. Fil-fatt, fl-imsemmija verżjoni, ġaladarba l-verb “jipproduċi” jinsab fis-singular, interpretazzjoni purament litterali tagħti lil wieħed x’jifhem li l-kundizzjoni li l-prodott ta’ sostituzzjoni għandu jkun ġie prodott minn manifattur stabbilit fit-territorju tal-istess Stat Membru jeżisti biss għas-sostituzzjoni tal-iżoglukożju C. |
|
34 |
F’dan ir-rigward, jeħtieġ sempliċement li jitfakkar li l-ħtieġa ta’ applikazzjoni u ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni teskludi li, fil-każ ta’ dubju, it-test ta’ dispożizzjoni jiġi kkunsidrat b’mod iżolat f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi tiegħu, iżda bil-kontra tirrikjedi li dan jiġi interpretat u applikat fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti bil-lingwi uffiċjali l-oħra (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Stauder, 29/69, EU:C:1969:57, punt 3; Moksel Import und Export, 55/87, EU:C:1988:377, punt 15; EMU Tabac et, C‑296/95, EU:C:1998:152, punt 36, u Profisa, C‑63/06, EU:C:2007:233, punt 13). |
|
35 |
Issa, minkejja l-ambigwità eventwali tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2670/81, fil-verżjoni inizjali tiegħu bil-lingwa Ġermaniża, mit-test ta’ din id-dispożizzjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali l-oħra, u b’mod partikolari fil-verżjonijiet bil-lingwa Franċiża, Griega, Taljana u Olandiża jirriżulta espressament li l-leġiżlatur tal-Unjoni impona, bħala kundizzjoni għas-sostituzzjoni taz-zokkor C, li z-zokkor ta’ sostituzzjoni jkun ġie prodott minn manifattur ieħor stabbilit fit-territorju tal-istess Stat Membru. Barra minn hekk, din il-kundizzjoni tirriżulta biċ-ċar mill-kliem tal-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża ta’ dan ir-regolament hekk kif applikabbli ratione temporis fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, u b’mod partikolari mill-kliem “die von einem anderen auf dem Hoheitsgebiet desselben Mitgliedstaats ansässigen Hersteller erzeugt worden sind”. |
|
36 |
Fl-aħħar nett, sa fejn it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2670/81 jimponi li z-zokkor ta’ sostituzzjoni jkun ġie prodott minn manifattur ieħor fl-istess Stat Membru, il-qorti tar-rinviju tixtieq issir taf jekk din id-dispożizzjoni hijiex valida fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, tar-regoli tad-dritt primarju relatat mal-moviment liberu tal-merkanzija, jiġifieri l-Artikoli 34 TFUE u 35 TFUE. |
|
37 |
Ċertament, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi kif ukoll ta’ miżuri ta’ effett ekwivalenti, prevista fl-Artikoli 34 TFUE u 35 TFUE, ma tgħoddx biss għal miżuri nazzjonali, iżda wkoll għal miżuri li jirriżultaw mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Denkavit Nederland, 15/83, EU:C:1984:183, punt 15; Meyhui, C‑51/93, EU:C:1994:312, punt 11; Kieffer u Thill, C‑114/96, EU:C:1997:316, punt 27; kif ukoll Alliance for Natural Health et, C‑154/04 u C‑155/04, EU:C:2005:449, punt 47). |
|
38 |
Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-kundizzjoni li z-zokkor ta’ sostituzzjoni għandu jkun ġie prodott minn manifattur stabbilit fl-istess Stat Membru, imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2670/81, jekk jitqies li din tikkostitwixxi restrizzjoni fis-sens tal-Artikoli 34 TFUE u 35 TFUE, hija, fi kwalunkwe każ, ġustifikata, peress li hija implikazzjoni neċessarja tas-sistema tal-kwoti stabbilita mir-Regolament bażiku. |
|
39 |
Hekk kif jirriżulta mit-tielet, l-għaxar u l-erbatax-il premessi tar-Regolament bażiku, is-sistema ta’ kwoti tikkostitwixxi waħda mill-miżuri tal-OKS taz-zokkor li għandha bħala għan aħħari li tistabbilizza s-suq tal-Unjoni u, għalhekk, li tiżgura, b’mod partikolari, iż-żamma tal-garanziji neċessarji fir-rigward tal-impjieg u l-livell tal-għixien tal-manifatturi tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, il-kwoti nazzjonali jiggarantixxu lill-manifatturi l-prezzijiet Komunitarji u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dak li jipproduċu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Koninklijke Coöperatie Cosun vs Il‑Kummissjoni, C‑68/05 P, EU:C:2006:674, punti 59 u 62, kif ukoll id-digriet Isera & Scaldis Sugar et, C‑154/12, EU:C:2013:101, punt 46). |
|
40 |
Għal dan il-għan, il-leġiżlatur tal-Unjoni pprovda, hekk kif tfakkar fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, għat-tqassim fi ħdan l-Istati Membri individwali tal-produzzjoni ta’ zokkor fl-Unjoni. Għaldaqstant kull Stat Membru għandu jqassam, fil-forma ta’ kwoti A u B, il-kwantitajiet bażiċi li ġew attribwiti lilu bejn il-manifatturi stabbiliti fit-territorju tiegħu sabiex ikun jista’ jirregola l-produzzjoni ta’ zokkor fi ħdanu. |
|
41 |
Issa din is-sostituzzjoni fil-mument tal-esportazzjoni taz-zokkor C bejn manifatturi stabbiliti fi Stati Membri differenti, li tidħol fil-kuntest ta’ kwoti nazzjonali distinti, hija tali li tipperturba l-istruttura tas-sistema tal-kwoti ta’ produzzjoni stabbiliti mir-Regolament bażiku. Fil-fatt, operazzjoni ta’ sostituzzjoni taz-zokkor C fil-mument tal-esportazzjoni, hekk kif deskritt fil-punt 25 ta’ din is-sentenza, hija ekwivalenti, effettivament, għal trasferiment ta’ kwoti mill-manifattur li jipprovdi z-zokkor ta’ sostituzzjoni lejn il-manifattur li jagħmel din is-sostituzzjoni. Għalhekk, b’mod partikolari, jirriżulta li l-kwoti miżmuma minn dawn iż-żewġ manifatturi ma jkunux jikkoinċidu iżjed ma’ dawk li kienu ngħatawlhom inizjalment mill-Istati Membri rispettivi tagħhom, konformement mal-kwantità bażika tagħhom. |
|
42 |
Għalhekk, kundizzjoni bħal dik stabbilita mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2670/81 ma hijiex kuntrarja għall-projbizzjonijiet previsti fl-Artikoli 34 TFUE u 35 TFUE. |
|
43 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel u għar-raba’ domandi għandha tkun li l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 1998/78 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2670/81, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fir-rigward ta’ sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali fejn fil-mument tal-esportazzjoni manifattur jixtieq jissostitwixxi kwantità ta’ zokkor C bi kwantità ekwivalenti ta’ zokkor li taqa’ taħt il-kwota prodotta minn manifattur ieħor, jeħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet li jinsabu f’din l-aħħar dispożizzjoni fil-kuntest tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ ħażna. Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu, b’mod partikolari, ir-rekwiżit li z-zokkor ta’ sostituzzjoni jkun ġie prodott minn manifattur ieħor stabbilit fit-territorju tal-istess Stat Membru. L-eżami tad-domandi magħmula ma żvela ebda element li jista’ jaffettwa l-validità ta’ din l-istess dispożizzjoni. |
Fuq it-tieni u t-tielet domandi
|
44 |
Permezz tat-tieni u t-tielet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 1998/78 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2670/81 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jirrikjedu, bħala kundizzjoni ta’ regolarità ta’ operazzjoni ta’ sostituzzjoni fil-mument tal-esportazzjoni taz-zokkor C, li l-kwantità ta’ zokkor C inizjali u l-kwantità ta’ zokkor ta’ sostituzzjoni jiġu materjalment issostitwiti mill-manifattur. |
|
45 |
Qabel kollox, għandu jitfakkar li, kif ġie kkonstatat fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 1998/78 jillimita ruħu sabiex jistabbilixxi l-mument li minnu kwantità ta’ zokkor C issostitwita b’mod regolari permezz ta’ zokkor li jaqa’ fil-kwota għandu jiġi kkunsidrat, għall-finijiet tal-kalkolu tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ ħażna, bħala zokkor eliġibbli għall-imsemmi rimbors. Il-kundizzjonijiet ta’ irregolarità ta’ operazzjoni ta’ sostituzzjoni fil-mument tal-esportazzjoni taz-zokkor C ma zokkor li jaqa’ fil-kwota prodott minn manifattur ieħor jaqa’, fil-fatt, taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2670/81. |
|
46 |
Fir-rigward ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, għandu jiġi kkonstatat li r-rekwiżit li l-kwantità ta’ zokkor C inizjali u l-kwantità ta’ zokkor ta’ sostituzzjoni għandhom ikunu materjalment issostitwiti ma jirriżultax fost il-kundizzjonijiet previsti fil-formulazzjoni tagħha, hekk kif imfakkra fil-punt 32 ta’ din is-sentenza. Għalhekk, l-imsemmija dispożizzjoni ma timponix tali sostituzzjoni materjali. |
|
47 |
Din il-konklużjoni hija kkorroborata bil-fatt li, bħal ma sostnew Pfeifer & Langen kif ukoll il-BLE fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, iz-zokkor mill-abjad huwa prodott omoġenju, b’tali mod li ma hemmx differenzi fiżiċi osservabbli bejn iz-zokkor C inizjali, minn naħa, u z-zokkor ta’ sostituzzjoni, min-naħa l-oħra. |
|
48 |
Barra minn hekk, mill-ħames premessa tar-Regolament Nru 2670/81 jirriżulta li l-mekkaniżmu ta’ sostituzzjoni fil-mument tal-esportazzjoni taz-zokkor C għandu tendenza li jippermetti lill-manifattur jissodisfa l-obbligu tiegħu ta’ esportazzjoni taz-zokkor C billi jesporta zokkor li ma jkunx ipproduċa huwa stess. Li tiġi rikjesta s-sostituzzjoni materjali tal-kwantitajiet ta’ zokkor issostitwiti jmur kontra dan l-għan. |
|
49 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni u t-tielet domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 14(3) tar-Regolament Nru 1998/78 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2670/81 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jirrikjedux, bħala kundizzjoni ta’ regolarità ta’ operazzjoni ta’ sostituzzjoni għall-esportazzjoni ta’ zokkor, li l-kwantità ta’ zokkor C inizjali u l-kwantità ta’ zokkor ta’ sostituzzjoni jiġu materjalment issostitwiti mill-manifattur. |
Fuq l-ispejjeż
|
50 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.