Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62013CJ0417
Judgment of the Court (Second Chamber) of 28 January 2015.#ÖBB Personenverkehr AG v Gotthard Starjakob.#Request for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof.#Reference for a preliminary ruling — Social policy — Directive 2000/78/EC — Equal treatment in employment and occupation — Article 2(1) and (2)(a) — Article 6(1) — Discrimination based on age — National legislation under which inclusion of periods of service completed before the age of 18 for the purpose of determining remuneration is subject to an extension of the periods for advancement — Justification — Whether appropriate for the purpose of achieving the objective pursued — Possibility of challenging the extension of the periods for advancement.#Case C-417/13.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Jannar 2015.
ÖBB Personenverkehr AG vs Gotthard Starjakob.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Oberster Gerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikolu 2(1) u (2)(a) — Artikolu 6(1) — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-akkreditazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni, ta’ perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena għal proroga tat-termini tal-avvanz — Ġustifikazzjoni — Kapaċità li jintlaħaq l-għan imfittex — Dritt li tiġi kkontestata l-proroga tat-termini tal-avvanz.
Kawża C-417/13.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Jannar 2015.
ÖBB Personenverkehr AG vs Gotthard Starjakob.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Oberster Gerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikolu 2(1) u (2)(a) — Artikolu 6(1) — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-akkreditazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni, ta’ perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena għal proroga tat-termini tal-avvanz — Ġustifikazzjoni — Kapaċità li jintlaħaq l-għan imfittex — Dritt li tiġi kkontestata l-proroga tat-termini tal-avvanz.
Kawża C-417/13.
Rapporti tal-qorti - ġenerali
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2015:38
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
28 ta’ Jannar 2015 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikolu 2(1) u (2)(a) — Artikolu 6(1) — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-akkreditazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni, ta’ perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena għal proroga tat-termini tal-avvanz — Ġustifikazzjoni — Kapaċità li jintlaħaq l-għan imfittex — Dritt li tiġi kkontestata l-proroga tat-termini tal-avvanz”
Fil-Kawża C‑417/13,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Ġunju 2013, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-23 ta’ Lulju 2013, fil-proċedura
ÖBB Personenverkehr AG
vs
Gotthard Starjakob,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, K. Lenaerts, Viċi-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala Mħallef tat-Tieni Awla, J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev (Relatur) u J.L. da Cruz Vilaça, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: Y. Bot,
Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-15 ta’ Mejju 2014,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal M. Starjakob, minn M. Orgler, avukat, u D. Rief, |
— |
għal ÖBB Personenverkehr AG, minn C. Wolf, avukat, |
— |
għall-Gvern Awstrijak, minn G. Hesse, bħala aġent, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.-R. Killmann u D. Martin, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-3 ta’ Lulju 2014,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) kif ukoll tal-Artikoli 7(1), 16 u 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn G. Starjakob u ÖBB-Personenverkehr AG (iktar ’il quddiem “ÖBB”) dwar il-legalità tal-iskema professjonali ta’ remunerazzjoni adottata mil-leġiżlatur Awstrijak sabiex jelimina diskriminazzjoni bbażata fuq l-età. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-Direttiva 2000/78
3 |
Skont l-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2000/78 għandha “[l]-iskop […] li tniżżel parametru ġenerali biex tikkumbatti diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u x-xogħol, bi skop li timplimenta fl-Istati Membri il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament”. |
4 |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprovdi: “1. Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, ’il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament’ għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1. 2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:
[...]” |
5 |
Skont l-Artikolu 3(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva, hija għandha tapplika, fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lill-Komunità Ewropea, għall-persuni kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, inklużi organi pubbliċi, f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol, inklużi l-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni. |
6 |
L-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva huwa redatt b’dan il-mod: “1. Minkejja l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li trattament differenti fuq bażi ta’ età m’għandhux jikkostitwixxi diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, hu objettivament u raġonevolment iġġustifikat b’għan leġittimu, inkluża politika leġittima ta’ l-impjieg, tas-suq tax-xogħol u ta’ objettivi ta’ taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanjiet jkunu approprjati u neċessarji. Dan it-trattament differenti jista’ b’mod partikolari jinkludi:
[…]” |
7 |
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2000/78 jipprevedi li, “[b]i skop li tiġi żgurata l-ugwaljanza kompleta fil-prattika, il-prinċipju ta’ l-ugwaljanza fit-trattament m’għandux iżomm lil Stat Membru milli jikkonserva jew jadotta miżuri speċifiċi biex jipprevjeni jew jikkompensa għal żvantaggi marbuta ma’ xi waħda mill-bażijiet imsemmija fl-Artikolu 1”. |
8 |
L-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva, jipprovdi li “[l]-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew jikkonservaw dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-protezzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament minn dawk previsti f’din id-Direttiva”. |
9 |
L-Artikolu 16(a) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li kwalunkwe liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi kuntrarji għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament ikunu aboliti. |
10 |
L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/78, dwar is-sanzjonijiet, jipprovdi: “L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati. Is-sanzjonijiet, li jistgħu jinvolvu l-pagament ta’ kumpens lill-vittma, għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kumissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijet sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Diċembru 2003 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom.” |
Id-dritt Awstrijak
Il-liġi federali dwar l-ugwaljanza fit-trattament
11 |
Id-Direttiva 2000/78 ġiet trasposta fl-Awstrija permezz tal-Liġi dwar l-ugwaljanza fit-trattament tal-2004 (Gleichbehandlungsgesetz, BGBl. I, 66/2004, iktar ’il quddiem il-“GIBG”). Din il-liġi tipprovdi fl-Artikolu 26(2) tagħha: “Jekk, minħabba ksur mill-persuna li timpjega tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 17(1)(2), ħaddiem jew ħaddiema titħallas għall-istess xogħol jew għal xogħol tal-istess valur remunerazzjoni inferjuri għal dik ta’ ħaddiem jew ħaddiema li ma tkunx suġġetta għal diskriminazzjoni abbażi ta’ waħda mir-raġunijiet previsti fl-Artikolu 17, dak il-ħaddiem jew dik il-ħaddiema għandha dritt ta’ ħlas mingħand il-persuna li timpjega tad-differenza u għall-ħlas tad-danni għall-preġudizzju morali subit.” |
12 |
L-Artikolu 29(1) tal-GIBG jipprovdi: “It-terminu sabiex jiġu inforzati d-drittijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 26(1) u (5) huwa ta’ sitt xhur. Dan it-terminu jibda jiddekorri mir-rifjut tal-kandidatura jew tal-promozzjoni. It-terminu sabiex jiġu inforzati d-drittijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 26(11) huwa ta’ sena. [...] Fir-rigward tad-drittijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 26(2), (3), (4), (6), (8), (9) u (10), il-preskrizzjoni ta’ tliet snin tal-Artikolu 1486 [tal-Kodiċi Ċivili (Allgemeines Bürgerliches Gesetzbuch), iktar ’il quddiem l-‘ABGB’] hija applikabbli [...].” |
L-ABGB
13 |
L-Artikolu 1480 tal-ABGB jirrigwarda l-preskrizzjoni. Skont dan l-artikolu, “[il]-krediti għal kontribuzzjonijiet annwali b’lura, b’mod partikolari l-interessi, il-pensjonijiet, il-kontribuzzjonijiet għall-manteniment, benefiċċji lill-axxendenti, it-tnaqqis tal-kapital ta’ snin ta’ servizz miftiehma, jaqgħu fi tliet snin; id-dritt innifsu huwa preskritt b’nuqqas ta’ użu ta’ tletin sena”. |
14 |
L-Artikolu 1486 tal-ABGB intitolat “Termini ta’ preskrizzjoni partikolari”, jipprovdi: “Huma preskritti bi tliet snin: il-krediti [...]
[...]” |
Ir-Regolament tal-1963 dwar ir-remunerazzjonijiet fi ħdan il-linji tal-ferrovija
15 |
L-impjegati tal-linji tal-ferroviji Awstrijaċi impjegati sal-31 ta’ Diċembru 1995 jaqgħu fis-sistema ta’ avvanz iddefinit mill-Artikolu 3 tar-Regolament tal-1963 dwar ir-remunerazzjonijiet fi ħdan il-linji tal-ferrovija (Bundesbahn-Besoldungsordnung 1963, BGBl. 170/1963, iktar ’il quddiem il-“BO 1963”), li jipprovdi: “(1) Id-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz għandha tkun iddeterminata fis-sens li huma meqjusa li — ħlief għall-perijodi ta’ qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena u b’riżerva tad-dispożizzjonijiet restrittivi tas-subparagrafi 4 sa 7 — huma meqjusa li jippreċedu l-jum tar-reklutaġġ:
(2) Skont is-subparagrafu 1(a) għandhom jitqiesu li jippreċedu l-jum tar-reklutaġġ:
[…] (6) Hija pprojbita l-akkreditazzjoni iktar minn darba tal-istess perijodu — ħlief l-akkreditazzjoni doppja prevista fl-Artikolu 32 tar-[Regolament tal-1974 dwar ir-remunerazzjonijiet fi ħdan il-linji tal-ferrovija (Bundesbahn-Besoldungsordnung 1974, BGBl. 263)]. [...]” |
Il-liġi dwar il-linji tal-ferrovija federali
16 |
Wara kunsens bejn l-imsieħba soċjali, il-liġi dwar il-linji tal-ferrovija federali (Bundesbahngesetz, BGBl. I Nru 852/1992, iktar ’il quddiem l-“ÖBB-G”) ġiet emendata bil-liġi tal-2011 (BGBl. I, 129/2011, iktar ’il quddiem il-“liġi tal-2011). Din il-liġi emendat b’mod partikolari s-sistema stabbilita fl-Artikolu 3 tal-BO 1963. L-Artikolu 53a tal-ÖBB-G jipprevedi: “(1) Għall-membri tal-persunal u pensjonanti li jidħlu jew ser jidħlu fis-servizz tal-linji tal-ferrovija Awstrijaċi (ÖBB) […] sal-31 ta’ Diċembru 2004 u li d-data ta’ referenza individwali tagħhom għall-finijiet tal-avvanz hija jew ser tkun stabbilita abbażi tal-Artikolu 3 tal-[BO 1963], din id-data hija s-suġġett ta’ kalkolu ġdid, wara komunikazzjoni tal-perijodi ta’ servizz li għandhom ikunu akkreditati, skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(2) F’każ li d-data ta’ referenza individwali għall-finijiet tal-avvanz tiġi ffissata mill-ġdid skont il-paragrafu (1), għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
[...] (4) Il-prova tal-perijodi ta’ servizz li għandhom ikunu akkreditati skont il-paragrafu (1) għandha titressaq b’mod xieraq, fid-dawl tal-iffissar mill-ġdid tad-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz, mill-membri tal-persunal u pensjonati permezz tal-formola pprovduta mill-persuna li timpjega. Għal persuni li ma jġibux din il-prova jew li jġibuha b’mod inkorrett jew mhux komplut, tinżamm id-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz applikabbli preċedentament fir-rigward tagħhom […]. (5) Għall-krediti salarjali li jirriżultaw mill-iffissar mill-ġdid ta’ data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz, il-perijodu bejn it-18 ta’ Ġunju 2009 u l-jum tal-pubblikazzjoni [tal-liġi tal-2011] ma jidħlux fil-kalkolu tat-terminu tal-preskrizzjoni ta’ tliet snin.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
17 |
G. Starjakob, li twieled fil-11 ta’ Mejju 1965, beda jaħdem fl-1 ta’ Frar 1990 fi ħdan kumpannija li kienet il-predeċessur fid-dritt ta’ ÖBB. Id-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz tiegħu kienet ġiet iffissata bl-akkreditazzjoni ta’ nofs il-perijodu ta’ taħriġ imwettaq minn G. Starjakob wara li għalaq l-età ta’ 18-il sena, filwaqt li dak imwettaq qabel din l-età ma ġiex akkreditat, skont l-Artikolu 3 tal-BO 1963. |
18 |
Fl-2012, billi invoka s-sentenza Hütter (C‑88/08, EU:C:2009:381), G. Starjakob fetaħ kawża kontra ÖBB għall-ħlas tad-differenza fis-salarju li kien dovut lilu għall-perijodu mill-2007 sal-2012 li kieku d-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz tiegħu kienet ikkalkolata bl-akkreditazzjoni tal-perijodu ta’ taħriġ imwettaq qabel għalaq l-età ta’ 18-il sena. |
19 |
Il-Landesgericht Innsbruck (Qorti Reġjonali ta’ Innsbruck) ċaħdet ir-rikors, billi qieset li l-Artikolu 53a tal-ÖBB-G jipprojbixxi d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età. Hija ddeċidiet li G. Starjakob seta’ jitlob biss li d-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz tkun ikkalkolata skont il-paragrafu (1) ta’ dan l-artikolu sa fejn huwa jaċċetta l-konsegwenzi marbuta ma’ din id-data ta’ referenza l-ġdida msemmija fil-paragrafu (2) tal-imsemmi artikolu, dwar il-proroga tal-perijodi meħtieġa għall-avvanz, u jipproduċi l-prova tal-perijodi tas-servizz akkreditati skont il-paragrafu (4) tal-istess artikolu (obbligu ta’ kooperazzjoni). Peress li G. Starjakob għadu ma ġabx din il-prova, id-data ta’ referenza ffissata għall-finijiet tal-avvanz tiegħu bis-saħħa tal-Artikolu 3 tal-BO 1963 tibqa’ valida. |
20 |
Fl-appell, l-Oberlandesgericht Innsbruck (Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Innsbruck) laqgħet it-talba ta’ G. Starjakob. Hija qieset li, fl-assenza ta’ dawn il-provi, is-sitwazzjoni legali applikabbli għal dan tal-aħħar kienet dik prevista fil-BO 1963, iżda li din tal-aħħar hija diskriminatorja. Konsegwentement, hija qieset li kien hemm lok li tiġi ddeterminata data ta’ referenza ġdida għall-finijiet tal-avvanz ta’ G. Starjakob li takkredita l-perijodu ta’ taħriġ imwettaq qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena, filwaqt li ma tapplikax għalih il-proroga tal-perijodi meħtieġa għall-avvanz. |
21 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Oberster Gerichtsof (Qorti Superjuri) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq id-domanda 1(b) u d-domanda 4
22 |
Permezz tad-domanda 1(b) u tad-domanda 4 tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien u fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju, essenzjalment, tistaqsi jekk id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 6(1) tad-Direttiva 2000/78, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex telimina diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, takkredita l-perijodi ta’ servizz ta’ qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena u, fl-istess ħin, ittawwal b’sena l-perijodu meħtieġ għall-avvanz f’kull wieħed mill-ewwel tliet livelli ta’ remunerazzjoni. |
23 |
Qabel kollox, għandu jiġi vverifikat jekk mill-applikazzjoni tal-Artikolu 53a tal-ÖBB-G jirriżultax differenza fit-trattament, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/78. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont it-termini ta’ din id-dispożizzjoni, “’il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament’ għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1” ta’ din id-direttiva. L-Artikolu 2(2)(a) tagħha jippreċiża li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tal-istess artikolu, għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli minn persuna oħra f’sitwazzjoni simili, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva. |
24 |
Fil-kawża prinċipali, il-kategoriji ta’ persuni rilevanti għall-finijiet ta’ dan il-paragun huma, minn naħa, il-membri tal-persunal li l-esperjenza tagħhom kisbuha, anki jekk parzjalment, qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena (iktar ’il quddiem il-“membri tal-persunal żvantaġġati mis-sistema preċedenti”) u, min-naħa l-oħra, dawk li kisbu, wara li għalqu din l-età, esperjenza tal-istess natura u ta’ tul paragunabbli (iktar ’il quddiem il-“membri tal-persunal ivvantaġġati mis-sistema preċedenti”). |
25 |
F’dak li jikkonċerna l-eżistenza ta’ differenza fit-trattament bejn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ membri tal-persunal, mill-proċess li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, wara s-sentenza Hütter (EU:C:2009:381), il-leġiżlatur Awstrijak stabbilixxa, permezz tal-adozzjoni tal-Artikolu 53a tal-ÖBB-G, il-kliem tal-Artikolu 3 tal-BO 1963 u stabbilixxa sistema ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz li tippermetti li jiġu akkreditati, għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-data ta’ referenza għall-avvanz, il-perijodi ta’ servizz wara t-30 ta’ Ġunju segwenti t-tmiem tal-edukazzjoni obbligatorja ġenerali ta’ disa’ snin skolastiċi, sew jekk dawn ikunu nkisbu qabel, u sew jekk wara, li jkunu għalqu l-età ta’ 18-il sena. Kif irrilevat il-qorti tar-rinviju, din id-data ta’ referenza issa hija ddeterminata mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq l-età. |
26 |
Madankollu, għandu jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 53a tal-ÖBB-G għadux japplika trattament differenti għaż-żewġ kategoriji ta’ membri tal-persunal ikkonċernati. |
27 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-membri tal-persunal żvantaġġati mis-sistema preċedenti, li, abbażi tal-Artikolu 53a(4) tal-ÖBB-G, jiksbu l-akkreditazzjoni tal-perijodi ta’ servizz preċedenti għall-għeluq tat-18-il sena tagħhom, ikunu suġġetti għat-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu, li jipprovdi li kull perijodu meħtieġ għall-avvanz f’kull wieħed mill-ewwel tliet livelli jiġi estiż b’sena, fatt li jtawwal bi tliet snin it-terminu sabiex jinkiseb avvanz futur. |
28 |
Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-membri tal-persunal ivvantaġġati mis-sistema preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li dawn ma għandhom l-ebda raġuni sabiex jitolbu l-applikazzjoni fir-rigward tagħhom ta’ kalkolu ġdid tad-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz tagħhom, sa fejn huma ma wettqux perijodi ta’ servizz qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena. Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 53a(2)(3) tal-ÖBB-G jistabbilixxi li l-iffissar mill-ġdid tad-data ta’ referenza individwali għall-finijiet tal-avvanz ma jkollux effett jekk dan jimplika tnaqqis salarjali meta mqabbel mal-metodu għall-iffissar preċedenti ta’ din id-data. Issa, sa fejn, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, it-terminu meħtieġ għall-avvanz jiġi estiż b’sena f’kull wieħed mill-ewwel tliet livelli ta’ remunerazzjoni, fatt li jimplika tnaqqis salarjali fir-rigward tagħhom, fil-konfront tal-imsemmija membri tal-persunal ivvantaġġati ma tiġix applikata l-imsemmija dispożizzjoni, għal kuntrarju tal-membri tal-persunal żvantaġġati mis-sistema preċedenti li kkooperaw għall-finijiet ta’ kalkolu ġdid tad-data ta’ referenza tagħhom. |
29 |
Għaldaqstant, billi adotta l-Artikolu 53a(2)(1) tal-ÖBB-G, il-leġiżlatur Awstrijak introduċa dispożizzjoni li tkompli tapplika trattament differenti bejn il-membri tal-persunal żvantaġġati mis-sistema preċedenti u dawk li ġew vantaġġati minn din is-sistema, f’dak li jikkonċerna l-pożizzjoni tagħhom fl-iskala ta’ remunerazzjoni u r-remunerazzjoni korrispondenti. |
30 |
Billi tagħmel hekk, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali mhux biss ixxejjen il-vantaġġ li jirriżulta mill-akkreditazzjoni ta’ perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena, kif jirriżulta mill-punt 27 ta’ din is-sentenza, iżda tiżvantaġġa, ukoll, biss lill-membri tal-persunal żvantaġġati mis-sistema preċedenti sa fejn il-proroga tat-termini għal avvanz tista’ tapplika biss għal dawn tal-aħħar. Għaldaqstant, l-effetti żvantaġġużi ta’ din is-sistema fir-rigward ta’ dawn il-membri tal-persunal ma ntemmewx kompletament (sentenza Schmitzer, C‑530/13, EU:C:2014:2359, punt 34). |
31 |
Sa fejn il-proroga ta’ sena għal kull perijodu meħtieġ għall-avvanz f’kull wieħed mill-ewwel tliet livelli tapplika biss għall-membri tal-persunal li jkunu wettqu perijodi ta’ servizz qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali fiha differenza fit-trattament diretta bbażata fuq l-età, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/78 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Schmitzer, EU:C:2014:2359, punt 35). |
32 |
It-tieni nett, għandu jiġi eżaminat jekk din id-differenza fit-trattament tistax tiġi ġġustifikata. |
33 |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 fil-fatt jippreċiża li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età ma għandhiex tikkostitwixxi diskriminazzjoni jekk din tkun oġġettivament u raġonevolment iġġustifikata, fil-kuntest tad-dritt nazzjonali, minn għanijiet leġittimi, b’mod partikolari minn għanijiet leġittimi ta’ politika tal-impjieg, tas-suq tax-xogħol u tat-taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi intiżi sabiex dawn l-għanijiet jintlaħqu jkunu xierqa u neċessarji (sentenza Schmitzer, EU:C:2014:2359, punt 37). |
34 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod repetut iddeċidiet li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fl-għażla mhux biss tat-tfittxija ta’ għan partikolari fost għanijiet oħra fil-qasam tal-politika soċjali u tal-impjieg, iżda wkoll fid-definizzjoni tal-miżuri li kapaċi jilħquh (sentenza Schmitzer, EU:C:2014:2359, punt 38, u l-ġurisprudenza ċċitata). |
35 |
Skont il-qorti tar-rinviju, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija, qabelxejn, intiża sabiex tistabbilixxi sistema ta’ remunerazzjoni u ta’ avvanz mhux diskriminatorja. Fil-kuntest ta’ din ir-riforma, ir-regoli li jissuġġettaw ir-reviżjoni tad-dati ta’ referenza għal talba minn kull persuna interessata kif ukoll dawk dwar il-proroga tat-termini għal avvanz għandhom għanijiet ta’ newtralità finanzjarja, ta’ ekonomija amministrattiva, ta’ rispett tad-drittijiet kweżiti u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. |
36 |
Għal dak li jirrigwarda, minn naħa, l-għan ta’ newtralità finanzjarja tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitfakkar li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jqisu kunsiderazzjonijiet baġitarji b’mod parallel ma’ kunsiderazzjonijiet politiċi, soċjali jew demografiċi, sakemm, filwaqt li jagħmlu hekk, jirrispettaw, b’mod partikolari, il-prinċipju ġenerali ta’ projbizzjoni tad-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-età. F’dan ir-rigward, minkejja li l-kunsiderazzjonijiet baġitarji jistgħu jkunu l-bażi tal-għażliet ta’ politika soċjali ta’ Stat Membru u jinfluwenzaw in-natura jew il-portata tal-miżuri li huwa jkun jixtieq jadotta, tali kunsiderazzjonijiet waħedhom ma jistgħux jikkostitwixxu għan leġittimu, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 (sentenza Fuchs u Köhler, C‑159/10 u C‑160/10, EU:C:2011:508, punti 73 u 74). L-istess jgħodd f’dak li jikkonċerna l-kunsiderazzjonijiet amministrattivi msemmija mill-qorti tar-rinviju u mill-Gvern Awstrijak (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Schmitzer, EU:C:2014:2359, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
37 |
Fir-rigward, min-naħa l-oħra, tar-rispett tad-drittijiet kweżiti u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tal-membri tal-persunal ivvantaġġati mis-sistema preċedenti f’dak li jikkonċerna r-remunerazzjoni tagħhom, għandu jiġi rrilevat li dawn jikkostitwixxu għanijiet leġittimi ta’ politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol li jistgħu jiġġustifikaw, matul perijodu tranżitorju, iż-żamma tar-remunerazzjonijiet preċedenti u, konsegwentement, iż-żamma ta’ sistema diskriminatorja bbażata fuq l-età (sentenza Schmitzer, EU:C:2014:2359, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
38 |
F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, sa fejn l-Artikolu 53a(2)(3) tal-ÖBB-G jistabbilixxi li l-iffissar mill-ġdid tad-data ta’ referenza individwali għall-finijiet tal-avvanz ma jiġix implementat jekk dan jimplika tnaqqis salarjali tal-membri tal-persunal ikkonċernati, is-sistema ta’ remunerazzjoni l-ġdida żżomm id-drittijiet kweżiti tagħhom għal dak li jirrigwarda r-remunerazzjoni tagħhom. |
39 |
Madankollu, dawn l-għanijiet ma jistgħux jiġġustifikaw miżura li żżomm b’mod definittiv, anki jekk għal ċerti persuni biss, id-differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età li r-riforma ta’ sistema diskriminatorja, li din il-miżura tagħmel parti minnha, hija intiża li telimina. Tali miżura, minkejja li tista’ tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet kweżiti u ta’ aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-membri tal-persunal ivvantaġġati mis-sistema preċedenti, ma hijiex idonea sabiex tistabbilixxi sistema nondiskriminatorja għall-membri tal-persunal żvantaġġati mill-imsemmija sistema preċedenti (sentenza Schmitzer, EU:C:2014:2359, punt 44). |
40 |
Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti r-risposta li għandha tingħata għad-domanda 1(b) u għar-raba’ domanda hija li d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 6(1) tad-Direttiva 2000/78, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex telimina diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, takkredita l-perijodi ta’ servizz ta’ qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena, iżda li, fl-istess ħin, tinkludi regola, li hija intiża fir-realtà sabiex tapplika biss għall-membri tal-persunal vittmi minn din id-diskriminazzjoni, li ttawwal b’sena l-perijodu meħtieġ għall-avvanz f’kull wieħed mill-ewwel tliet livelli ta’ remunerazzjoni u li, b’dan il-mod, iżżomm definittivament differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età. |
Fuq id-domanda 1(a)
41 |
Permezz tad-domanda 1(a) tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk l-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 2000/78 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, li hija intiża li twaqqaf diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, għandha neċessarjament tippermetti lill-membru tal-persunal, li l-perijodi ta’ servizz miksuba qabel ma għalaq l-età ta’ 18-il sena ma ttiħdux inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-avvanz tiegħu, li jikseb kumpens finanzjarju li jikkorrispondi għall-ħlas tad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li kieku kien jikseb fl-assenza ta’ tali diskriminazzjoni u dik li effettivament kiseb. |
42 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/78 ma huwiex rilevanti fir-rigward tad-domanda li saret, li kienet tikkonċerna mhux il-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati b’applikazzjoni ta’ din id-direttiva, iżda l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li, kif jirriżulta mir-risposta għad-domanda 1(b) u għad-domanda 4, tinkludi fiha nnifisha diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, li tmur kontra l-imsemmija direttiva. |
43 |
Sussegwentement, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/78, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jabolixxu l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kuntrarji għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
44 |
Dan l-artikolu ma jimponix fuq l-Istati Membri jew fuq persuna privata li timpjega miżura partikolari fil-każ ta’ ksur tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, iżda tħallihom fil-libertà li jagħżlu minn fost soluzzjonijiet differenti adattati sabiex iwettqu l-għan li huma jridu jiksbu, skont is-sitwazzjonijiet differenti li jistgħu jinqalgħu. |
45 |
Għalhekk hemm lok li jiġi kkunsidrat li dan l-artikolu għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, li hija intiża li twaqqaf diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, ma għandhiex neċessarjament tippermetti lill-membru tal-persunal, li l-perijodi ta’ servizz miksuba qabel ma għalaq l-età ta’ 18-il sena ma ttiħdux inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-avvanz tiegħu, li jikseb kumpens finanzjarju li jikkorrispondi għall-ħlas tad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li kieku kien jikseb fl-assenza ta’ tali diskriminazzjoni u dik li effettivament kiseb. |
46 |
Minkejja dan, skont ġurisprudenza stabbilita, meta tiġi kkonstatata diskriminazzjoni, kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni, u sakemm ma jkunux ġew adottati miżuri li jistabbilixxu mill-ġdid l-ugwaljanza fit-trattament, l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tista’ tiġi żgurata biss bl-għoti lill-persuni tal-kategorija żvantaġġata tal-istess vantaġġi li jibbenefikaw minnhom il-persuni tal-kategorija privileġġata, sistema li, fin-nuqqas tal-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni, tibqa’ l-unika sistema ta’ referenza valida (ara s-sentenzi Jonkman et, C‑231/06 sa C‑233/06, EU:C:2007:373, punt 39, kif ukoll Landtová, C‑399/09, EU:C:2011:415, punt 51). |
47 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li din is-soluzzjoni tista’ tapplika biss fil-preżenza ta’ sistema ta’ referenza valida (ara s-sentenza Specht et, C‑501/12 sa C‑506/12, EU:C:2014:2005, punt 96). Issa, dan huwa l-każ fil-kawża prinċipali. |
48 |
Kif jirriżulta mir-risposta għad-domanda 1(b) u għad-domanda 4, għad hemm nuqqas ta’ applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari tad-Direttiva 2000/78, wara l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Is-sistema applikabbli għall-membri tal-persunal ivvantaġġati mis-sistema preċedenti tibqa’ għalhekk biss l-unika sistema ta’ referenza valida. Għaldaqstant, l-istabbiliment mill-ġdid tal-ugwaljanza fit-trattament, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jimplika l-għoti lill-membri tal-persunal żvantaġġati mis-sistema preċedenti tal-istess vantaġġi li kienu setgħu jibbenefikaw minnhom il-membri tal-persunal ivvantaġġati minn din is-sistema, għal dak li jirrigwarda kemm l-akkreditazzjoni ta’ perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena kif ukoll l-avvanz fil-livell tar-remunerazzjonijiet. |
49 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li r-risposta għad-domanda 1(a) għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/78, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, li hija intiża li twaqqaf diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, ma għandhiex neċessarjament tippermetti lill-membru tal-persunal, li l-perijodi ta’ servizz miksuba qabel ma għalaq l-età ta’ 18-il sena ma ttiħdux inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-avvanz tiegħu, li jikseb kumpens finanzjarju li jikkorrispondi għall-ħlas tad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li kieku kien jikseb fl-assenza ta’ tali diskriminazzjoni u dik li effettivament kiseb. Madankollu, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali u sakemm sistema li tipproċedi għall-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni minħabba fl-età konformement ma’ dak li tipprovdi d-Direttiva 2000/78 ma tkunx ġiet adottata, l-istabbiliment mill-ġdid tal-ugwaljanza fit-trattament jimplika l-għoti lill-membri tal-persunal żvantaġġati mis-sistema preċedenti tal-istess vantaġġi li kienu setgħu jibbenefikaw minnhom il-membri tal-persunal ivvantaġġati minn din is-sistema, għal dak li jirrigwarda kemm l-akkreditazzjoni ta’ perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena, kif ukoll l-avvanz fil-livell tar-remunerazzjonijiet. |
Fuq id-domanda 2 u 3
50 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għad-domanda 1(b) u għad-domanda 4, ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domandi 2 u 3 magħmula mill-qorti tar-rinviju. |
Fuq id-domanda 5
51 |
Permezz tad-domanda 5 tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva 2000/78, għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li l-leġiżlatur nazzjonali jipprevedi, għall-finijiet tal-akkreditazzjoni ta’ perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena, obbligu ta’ kooperazzjoni skont liema l-membru tal-persunal għandu jipprovdi lil persuna li timpjegah il-provi marbuta ma’ dawn il-perijodi u li, fin-nuqqas ta’ tali kooperazzjoni, id-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz li kienet tapplika għalih preċedentement tinżamm. Din il-qorti tistaqsi wkoll jekk il-fatt li membru tal-persunal ma jikkonformax ma dan l-obbligu u, b’dan il-mod, jibqa’ volontarjament fis-sistema preċedenti unikament sabiex ikun jista’ jinvoka pretensjonijiet ta’ flus, jikkostitwixxix abbuż ta’ dritt. |
52 |
F’dan ir-rigward, mill-proċess li għandha fil-pussess tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-istabbiliment tad-data ta’ referenza individwali l-ġdida tirrikjedi l-kooperazzjoni tal-membru tal-persunal ikkonċernat u li dan tal-aħħar għandu, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 53a(4) tal-ÖBB-G, jinforma lill-persuna li timpjegah bil-perijodi ta’ servizz preċedenti mwettqa qabel l-għeluq tat-18-il sena. Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 53a(4) tal-ÖBB-G, fil-każ li l-membru tal-persunal ma jipprovdix din l-informazzjoni, id-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz tiegħu, stabbilita skont l-Artikolu 3 tal-BO 1963, tinżamm. |
53 |
Din il-kooperazzjoni hija neċessarja sabiex tkun tista’ tiġi kkalkolata data ta’ referenza għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ avvanz nieqsa minn diskriminazzjoni, sa fejn ma jistax jiġi rikjest b’mod raġonevoli li l-persuna li timpjega tistabbilixxi hija stess il-perijodi ta’ impjieg preċedenti għal kull wieħed mill-membri tal-persunal tagħha. Barra minn hekk għandu jiġi nnotat li hemm inkwistjoni l-interessi personali tal-membri tal-persunal u li l-obbligu ta’ kooperazzjoni huwa prerekwiżit neċessarju sabiex il-persuna li timpjega tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi legali tagħha, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-Artikolu 53a(1)(1) tal-ÖBB-G, li ġie adottat sabiex jieħu inkunsiderazzjoni t-tagħlim li jirriżulta mis-sentenza Hütter (EU:C:2009:381). |
54 |
Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li la l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/78 u lanqas xi dispożizzjoni oħra ta’ din id-direttiva ma jfixklu milli dispożizzjoni, bħall-Artikolu 53a(4) tal-ÖBB-G, tipprovdi għal obbligu ta’ kooperazzjoni skont liema l-membru tal-persunal għandu jipprovdi lil persuna li timpjegah, il-provi marbuta mal-perijodi ta’ servizz preċedenti mwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena, sabiex dawn jittieħdu inkunsiderazzjoni. |
55 |
Fir-rigward tal-eżistenza eventwali ta’ abbuż ta’ dritt, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-partijiet fil-kawża ma jistgħux, b’mod frawdolenti jew abbużiv, jinvokaw ir-regoli tal-Unjoni Ewropea (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Halifax et, C‑255/02, EU:C:2006:121, punt 68; SICES et, C‑155/13, EU:C:2014:145, punt 29, kif ukoll Torresi, C‑58/13 u C‑59/13, EU:C:2014:2088, punt 42). |
56 |
Il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ prattika abbużiva teħtieġ l-għaqda ta’ element oġġettiv u element suġġettiv. Fir-rigward tal-element oġġettiv, miċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha għandu jirriżulta li, minkejja l-osservanza formali tal-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-għan imfittex minn din il-leġiżlazzjoni ma ntlaħaqx. Fir-rigward tal-element suġġettiv, għandha tidher li teżisti volontà li jinkiseb vantaġġ inġust li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni billi jinħolqu artifiċjalment ir-rekwiżiti sabiex dan jinkiseb (ara s-sentenza Torresi, EU:C:2014:2088, punti 44 sa 46 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
57 |
Fil-kawża prinċipali, mir-risposta għad-domandi 1 u 4 jirriżulta li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tinkludi dejjem diskriminazzjoni bbażata fuq l-età. F’dawn iċ-ċirkustanzi, u fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 46 sa 48 ta’ din is-sentenza, ir-rifjut ta’ G. Starjakob sabiex jikkoopera għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni u l-kawża li fetaħ, sabiex jistabbilixxi mill-ġdid l-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-membri tal-persunal ivvantaġġati mis-sistema preċedenti, intiż li jikseb il-ħlas tad-differenza fir-remunerazzjoni li kien dovut lilu għall-perijodu mill-2007 sal-2012 li kieku d-data ta’ referenza għall-finijiet tal-avvanz tiegħu kienet ikkalkolata bl-akkreditazzjoni tal-perijodu ta’ servizz imwettaq qabel għalaq it-18-il sena ma jistgħux jitqiesu li huma abbuż ta’ dritt intiż li jikseb vantaġġ inġust mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
58 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda 5 għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/78, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-leġiżlatur nazzjonali jipprevedi, għall-finijiet tal-akkreditazzjoni ta’ perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena, obbligu ta’ kooperazzjoni skont liema l-membru tal-persunal għandu jipprovdi lil persuna li timpjegah il-provi marbuta ma’ dawn il-perijodi. Madankollu, ma jikkostitwixxix abbuż ta’ dritt il-fatt li membru tal-persunal jirrifjuta milli jikkoopera għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tinkludi diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, li tmur kontra d-Direttiva 2000/78, kif ukoll il-kawża tiegħu intiża li tikseb il-ħlas sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid l-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-membri tal-persunal ivvantaġġati mis-sistema preċedenti. |
Fuq id-domanda 6
59 |
Permezz tad-domanda 6 tagħha, il-qorti tar-rinviju, essenzjalment tistaqsi jekk il-prinċipju ta’ effettività għandux jiġi interpretat fis-sens li jeħtieġ li terminu nazzjonali ta’ preskrizzjoni tad-drittijiet li għandhom il-bażi tagħhom fid-dritt tal-Unjoni ma għandux jibda jiddekorri qabel id-data ta’ meta tingħata sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kkjarifikat is-sitwazzjoni ġuridika fil-qasam. |
60 |
Skont il-qorti tar-rinviju, il-qorti tal-appell tqis li, sa meta ngħatat is-sentenza Hütter (EU:C:2009:381), kien jeżisti ostakolu ġuridiku għall-kawża intiża li timplementa d-diversi drittijiet li għandhom jiġu evalwati mill-ġdid u li, għalhekk, it-terminu ta’ preskrizzjoni ma setax jibda jiddekorri qabel it-18 ta’ Ġunju 2009, data ta’ meta ngħatat din is-sentenza. |
61 |
F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’qasam partikolari, huwa l-kompitu tal-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li jaħtar il-qrati kompetenti u li jistabbilixxi regoli proċedurali għal azzjonijiet intiżi sabiex jiżguraw il-protezzjoni sħiħa ta’ drittijiet li l-individwi jinvokaw taħt id-dritt tal-Unjoni, sakemm, minn naħa waħda, tali regoli ma jkunux inqas favorevoli minn dawk applikabbli għal azzjonijiet simili ta’ natura interna (prinċipju tal-ekwivalenza) u li ma jirrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet li jirriżultaw mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Fiamingo et, C‑362/13, C‑363/13 u C‑407/13, EU:C:2014:2044, punt 63 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
62 |
Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-iffissar ta’ termini raġonevoli taħt piena ta’ dekadenza għall-preżentata ta’ rikorsi fl-interess taċ-ċertezza legali, sa fejn tali termini ma humiex ta’ natura li jagħmlu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (sentenza Pohl, C‑429/12, EU:C:2014:12, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
63 |
Rigward il-kwistjoni dwar jekk id-data tal-għoti tas-sentenza Hütter (EU:C:2009:381) għandhiex effett fuq l-istabbiliment tal-bidu tad-dekorrenza ta’ terminu ta’ preskrizzjoni stabbilit mid-dritt nazzjonali, għandu jitfakkar li l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni, fl-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha mogħtija lilha mill-Artikolu 267 TFUE, tikkjarifika u tispeċifika, meta jkun neċessarju, is-sinjifikat u l-portata ta’ din ir-regola, kif għandha jew kellha tinftiehem u tiġi applikata mill-mument li daħlet fis-seħħ. Fi kliem ieħor, sentenza preliminari ma għandhiex valur kostituttiv, iżda purament dikjarattiv, bil-konsegwenza li l-effetti tagħha, bħala prinċipju, imorru lura għad-data tad-dħul fis-seħħ tar-regola interpretata (sentenza Pohl, EU:C:2014:12, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
64 |
Rigward il-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li jaqa’, bħala prinċipju, taħt id-dritt nazzjonali u li l-konstatazzjoni sussegwenti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni, bħala prinċipju, ma jkollhiex impatt fuq dan il-bidu tad-dekorrenza (sentenza Pohl, EU:C:2014:12, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
65 |
Għaldaqstant, għandu jiġi nnotat li d-data li fiha ngħatat is-sentenza Hütter (EU:C:2009:381) ma għandhiex impatt fuq il-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali u, għaldaqstant, ma għandhiex impatt fuq l-evalwazzjoni tal-osservanza, fil-kuntest ta’ din il-kawża, tal-prinċipju ta’ effettività (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Pohl, EU:C:2014:12, punt 32). |
66 |
Kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, skont l-Artikolu 1480 tal-ABGB, id-dritt li tintalab evalwazzjoni mill-ġdid tar-remunerazzjoni u rettifika tal-klassifikazzjoni huwa preskritt b’nuqqas ta’ użu ta’ tletin sena. Dan it-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri, fil-kawża prinċipali, fil-jum ta’ meta ssir il-klassifikazzjoni tal-membru tal-persunal mill-persuna li timpjegah, jiġifieri fid-data ta’ meta bdiet ir-relazzjoni ta’ impjieg. |
67 |
Ma jistax jiġi kkontestat li tali terminu jikkostitwixxi terminu raġonevoli għall-preżentata ta’ rikors taħt piena ta’ dekadenza fl-interess taċ-ċertezza legali, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 62 ta’ din is-sentenza. |
68 |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tosserva li, fil-kawża prinċipali, id-dritt ta’ G. Starjakob li jitlob għal evalwazzjoni mill-ġdid tad-data ta’ referenza ma huwiex preskritt. |
69 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda 6 għandha tkun li l-prinċipju ta’ effettività għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jipprekludix li terminu nazzjonali ta’ preskrizzjoni tad-drittijiet li għandhom il-bażi tagħhom fid-dritt tal-Unjoni jibda jiddekorri qabel id-data ta’ meta tingħata sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kkjarifikat is-sitwazzjoni ġuridika fil-qasam. |
Fuq id-domanda 7
70 |
Permezz tad-domanda 7 tagħha, il-qorti tar-rinviju, essenzjalment, tistaqsi jekk il-prinċipju ta’ ekwivalenza għandux jiġi interpretat fis-sens li s-sospensjoni tal-preskrizzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali l-ġdida għall-azzjonijiet intiżi għall-akkreditazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-għeluq tal-età ta’ 18-il sena għandha tiġi estiża għall-pretensjonijiet ta’ ħlas għad-differenzi bejn ir-remunerazzjoni li kieku kienet tiġi pperċepita fl-assenza ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età u dik li effettivament ġiet ipperċepita abbażi ta’ leġiżlazzjoni preċedenti li tipprevedi tali diskriminazzjoni. |
71 |
Minbarra l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 61 ta’ din is-sentenza, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ ekwivalenza jeħtieġ li r-regoli kollha applikabbli għar-rikorsi japplikaw mingħajr distinzjoni għar-rikorsi bbażati fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni u għal dawk, simili, ibbażati fuq il-ksur tad-dritt nazzjonali (sentenzi Transportes Urbanos y Servicios Generales, C‑118/08, EU:C:2010:39, punt 33, kif ukoll Barth, C‑542/08, EU:C:2010:193, punt 19). |
72 |
Kif jirriżulta mill-proċess li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja, rikors intiż li jinforza krediti salarjali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa suġġett għal preskrizzjoni ta’ tliet snin li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-punt 5 tal-Artikolu 1486 tal-ABGB u tal-Artikolu 29(1) tal-GIBG. Min-naħa l-oħra, il-membri tal-persunal li kkooperaw skont l-Artikolu 53a(4) tal-ÖBB-G jibbenefikaw mis-sospensjoni tal-preskrizzjoni prevista fil-punt 5 ta’ dan l-artikolu. Skont il-qorti tar-rinviju, fid-dawl tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, is-sospensjoni tal-preskrizzjoni prevista minn din l-aħħar dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għar-rikorsi intiżi li jinforzaw krediti salarjali li huma bbażati fuq id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età li tirriżulta mis-sistema preċedenti. |
73 |
Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li dispożizzjoni, bħal dik tal-Artikolu 53a(5) tal-ÖBB-G, hija dispożizzjoni proċedurali applikabbli għar-rikorsi bbażati fuq il-ksur, mhux tad-dritt nazzjonali, iżda tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn hija ġiet adottata sabiex tieħu inkunsiderazzjoni t-tagħlim li jirriżulta mis-sentenza Hütter (EU:C:2009:381), filwaqt li din is-sospensjoni tkopri barra minn hekk il-perijodu ta’ bejn il-jum ta’ meta ġiet deċiża din is-sentenza sa meta ġiet ippubblikata l-liġi tal-2011. |
74 |
Minn dan isegwi li, peress li l-osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza tippreżumi li regola nazzjonali tapplika mingħajr distinzjoni għar-rikorsi bbażati fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni u għal dawk ibbażati fuq il-ksur tad-dritt nazzjonali, dan il-prinċipju ma huwiex rilevanti f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrigwarda żewġ tipi ta’ rikorsi bbażati, kemm wieħed kif ukoll l-ieħor, fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni. |
75 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-prinċipju ta’ ekwivalenza ma huwiex rilevanti f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
Fuq l-ispejjeż
76 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.