Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62011CJ0671

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013.
Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) vs Société anonyme d’intérêt collectif agricole Unanimes (C‑671/11 u C‑672/11) Organisation de producteurs Les Cimes (C‑673/11) Société Agroprovence (C‑674/11) Regalp SA (C‑675/11) u Coopérative des producteurs d’asperges de Montcalm (COPAM) (C‑676/11).
Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Conseil d’État (Franza).
Agrikoltura — Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija — Kunċett ta’ ‛perijodu ta’ skrutinju’ — Possibbiltà ta’ estensjoni u l-pożizzjoni fiż-żmien tal-perijodu ta’ skrutinju — Għan ta’ effiċjenza tal-iskrutinji — Ċertezza legali.
Kawżi magħquda C‑671/11 sa C‑676/11.

Rapporti tal-qorti - ġenerali

IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2013:388

SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)

13 ta’ Ġunju 2013 ( *1 )

“Agrikoltura — Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija — Kunċett ta’ ‘perijodu ta’ skrutinju’ — Possibbiltà ta’ estensjoni u l-pożizzjoni fiż-żmien tal-perijodu ta’ skrutinju — Għan ta’ effiċjenza tal-iskrutinji — Ċertezza legali”

Fil-Kawżi magħquda C-671/11 sa C-676/11,

li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (Franza), permezz tad-deċiżjonijiet tat-28 ta’ Novembru 2011, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-29 ta’ Diċembru 2011, fil-proċeduri

Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Viniflhor)

vs

Société anonyme d’intérêt collectif agricole Unanimes (C-671/11 u C-672/11),

Organisation de producteurs Les Cimes (C-673/11),

Société Agroprovence (C-674/11),

Regalp SA (C-675/11),

Coopérative des producteurs d’asperges de Montcalm (COPAM) (C-676/11),

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),

komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, J. Malenovský, U. Lõhmus, M. Safjan (Relatur) u A. Prechal, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,

Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-16 ta’ Jannar 2013,

wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:

għall-Établissement national des produits de l’agriculture u de la mer (FranceAgriMer) minn J.-C. Balat, avukat,

għas-Société anonyme d’intérêt collectif agricole Unanimes, minn B. Néouze u O. Delattre, avukati,

għall-Organisation de producteurs Les Cimes, is-Société Agroprovence u Regalp SA, minn G. Lesourd, avukat,

għall-Coopérative des producteurs d’asperges de Montcalm (COPAM), minn J.-P. Montenot u T. Apostoliuc, avukati,

għall-Gvern Franċiż, minn N. Rouam u G. de Bergues, bħala aġenti,

għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar u B. Majczyna, bħala aġenti,

għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Bianchi u P. Rossi, bħala aġenti,

wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1

It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji tal-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 9, p. 208), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3094/94, tat-12 ta’ Diċembru 1994 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 17, p. 24, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 4045/89”).

2

Dawn it-talbiet saru fil-kuntest ta’ sitt kawżi bejn l-Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Viniflhor) u s-Société anonyme d’intérêt collectif agricole Unanimes, l-Organisation de producteurs Les Cimes, is-Société Agroprovence, Regalp SA u l-Coopérative des producteurs d’asperges de Montcalm (COPAM), rispettivament (iktar ’il quddiem, kollettivament, l-“operaturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali”) dwar il-legalità tal-irkupru tal-għajnuna Komunitarja li tkun mogħtija mis-sezzjoni ta’ “Garanziji” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG).

Il-kuntest ġuridiku

3

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70, tal-21 ta’ April 1970, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 94, p. 13) jipprovdi:

“L-Istati Membri għandhom, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji, jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex:

jiżguraw li t-transazzjonijiet iffinanzjati mill-[FAEGG] jiġu eżegwiti u jkunu regolari;

jipprevjenu u jsegwu l-irregolaritajiet,

jirkupraw is-somom mitlufa bħala riżultat tal-irregolaritajiet jew tan-negliġenza.

[…]” [traduzzjoni mhux uffiċjali]

4

Mill-ewwel sar-raba’ premessa u l-għaxar premessa tar-Regolament Nru 4045/89 jipprovdu:

“[…] skond Artikolu 8 tar-Regolament […] Nru 729/70 […], l-Istati Membri jieħdu l-mizuri neċessarji sabiex ikunu sodisfatti illi t-transazzjonijiet iffinanzjati mill-[FAEGG] ikunu attwalment attwati u esegwiti b’mod korrett, u jipprevjeni u jieħu ħsieb irregolaritajiet u sabiex jirkupra somom mitlufa bħala rizultat ta’ irregolaritajiet jew negliġenza;

[…] dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-iskrutinju li huma aktar estensivi minn dawk li hemm fir-Regolament m’humiex affetwati minn dan ir-Regolament;

[…] l-Istati Membri għandhom jkunu nkoraġġiti sabiex jinfurzaw l-iskrutinju ta’ dokumenti kummerċjali tal-impriżi li qed jirċievu jew jagħmlu pagament li huma jkunu għamlu skont d-Direttiva 77/435/KEE […];

[…] l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-regoli li hemm fid-Diretiva 77/435/KEE żvela l-bżonn li ċerti dispożizzjonijiet ta’ dik id-[d]irettiva jiġu emendati fuq il-bażi ta’ l-esperjenza mirbuħa; billi in vista tan-natura tad-dispożizzjonijiet konċernati l-emendi għandhom ikunu nkulżi f’Regolament;

[…]

[…] filwaqt illi hija r-responsabilità ta’ l-Istati Membri fl-ewwel waqt li jaddotaw il-programmi ta’ skrutinju tagħhom, huwa neċessarju illi dwan il-programmi jkunu komunikati lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista tassumi l-irwol tagħha ta’ superviżjoni u koordinazzjoni u tassigura illi l-programmi jkunu addottati fuq il-bażi ta’ kriterji xierqa; billi l-iskrutinju jista’ għalhekk ikun konċentrat fuq setturi jew impriżi fejn ir-riskju ta’ frodi huwa għoli”.

5

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 4045/89 jipprovdi:

“Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament ‘dokumenti kummerċjali’ ifisser il-kotba kollha, reġistri, vouchers u dokumenti insostenn, kontijiet u korrispondenza relatati [mal]-attività kummerċjali ta’ l-impriża, kif ukoll informazzjoni kummerċjali, sakemm dawn id-dokumenti jkollhom x’jaqsmu direttament jew indirettament mat-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.”

6

L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament jipprovdi:

“1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu skrutinju ta’ dokumenti kummerċjali ta’ l-impriżi u jieħdu inkonsiderazzjoni t-transazzjonijiet li għandhom ikunu skrutinati. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla ta’ l-impriżi għall-iskrutinju tagħti l-aħjar assigurazzjoni possibbli ta’ l-effiċjenza tal-miżuri sabiex jipprevjenu u jsibu l-irregolaritajiet skond is-sistema ta’ finanzjament tas-Sezzjoni ta’ Garanziji tal-FAEGG. Inter alia, l-għażla għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-importanza finanzjarja ta’ l-impriżi f’dik is-sistema u fatturi oħra ta’ riskju.

[…]

4.   Il-perjodu ta’ skrutinju għandu [j]dum mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

L-iskrutinju għandu jkopri perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar li jintemmu waqt il-perjodu ta’ skrutinju ta’ qabel; jista’ jiġi estiż għal perjodi, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru, li jiġu qabel jew wara l-perjodu ta’ 12-il xahar.

[…]”

7

Skont l-Artikolu 4 tal-istess regolament:

“L-impriżi għandhom iżommu d-dokumenti kummerċjali li jagħmlu riferenza għalihom Artikoli 1(2) u 3 għal mill-anqas tlett snin, li jibdew mill-aħħar tas-sena meta ikunu saru.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal ta’ kemm dawn id-dokumenti jistgħu jinżammu.”

Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari

8

Matul is-snin 2000 u 2001, l-operaturi fil-kawża prinċipali ġew skrutinizzati fuq il-post, skont ir-Regolament Nru 4045/89. Abbażi tal-konklużjonijiet tal-iskrutinji magħmula, l-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Oniflhor) li Viniflhor huwa l-aventi kawża tiegħu u li FranceAgriMer huwa l-aventi kawża ta’ Viniflhor, talab lill-operaturi fil-kawża prinċipali sabiex iroddu lura s-somom riċevuti skont l-iskemi finanzjarji fil-kuntest tal-FEOGA, sezzjoni ta’ “Garanziji”, u sussegwentement, ħareġ titoli eżekuttivi li jikkorrispondu għall-imsemmijin somom.

9

L-operaturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali ressqu rikorsi, skont il-każ, quddiem it-Tribunal administratif de Nîmes jew dak ta’ Marseille, kontra l-imsemmijin titoli eżekuttivi. Is-sentenzi mogħtija minn dawn iż-żewġ qrati ġew appellati quddiem il-Cour administrative d’appel de Marseille.

10

L-imsemmija qorti ddeċidiet, fis-sitt kawżi li ġew imressqin quddiemha, li l-kunċett ta’ “perijodu ta’ skrutinju” għandu jiġi interpretat bħala li jirrigwarda perijodu li jintemm fit-tnax-il xahar ta’ qabel il-perijodu ta’ skrutinju u li t-tul ta’ tnax-il xahar huwa, salv dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolamentari kuntrarja, tul ta’ żmien massimu. Madankollu, f’kull waħda minn dawn il-kawżi, il-perijodu ta’ skrutinju jintemm qabel il-perijodu li jippreċedi il-perijodu ta’ skrutinju.

11

Billi l-Cour administrative d’appel de Marseille, b’hekk, naqset milli tosserva l-portata tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 f’dak li jikkonċerna d-definizzjoni tal-perijodi ta’ skrutinju, FranceAgriMer ippreżentat appell quddiem il-Conseil d’État.

12

Billi jikkunsidra li r-risposta fir-rigward tal-motiv ippreżentat minn FranceAgriMer tqajjem kwistjoni ta’ interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni, il-Conseil d’État iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin, li ġew ifformulati b’mod identiku fil-Kawżi C-671/11 sa C-676/11:

“Kif tista’ l-fakultà, mogħtija bl-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 […] li jiġi estiż il-perijodu ta’ skrutinju “għal perjodi […] li jiġu qabel jew wara l-perjodu ta’ [tnax-il] xahar” li dan jiddefinixxi, tiġi implementata minn Stat Membru, fid-dawl, minn naħa, tal-ħtiġiet ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, u min-naħa l-oħra, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-ħtieġa li ma titħalliex setgħa indeterminata f’idejn l-awtoritajiet tal-iskrutinju?

B’mod partikolari:

Il-perijodu li fih isir skrutinju għandu, f’kull każ, taħt piena li l-iskrutinju jkun ivvizzjat minn irregolarità li l-persuna skrutinata tkun tista’ tinvoka kontra d-deċiżjoni li tislet il-konsegwenzi mir-riżultati ta’ dan l-iskrutinju, jintemm matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar ta’ qabel il-perijodu msejjaħ ‘ta’ skrutinju’, li matulu jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ skrutinju?

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda ta’ qabel din, il-fakultà espressament prevista mir-Regolament, li jiġi estiż il-perijodu ta’ skrutinju għal perijodi li jiġu ‘wara l-perjodu ta’ [tnax-il] xahar’, kif għandha tinftiehem?

F’każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, il-perijodu li jiġi skrutinat għandu madankollu, taħt piena li l-iskrutinju jiġi vvizzjat minn irregolarità li l-persuna skrutinata tkun tista’ tinvoka kontra d-deċiżjoni li tislet il-konsegwenzi mir-riżultati ta’ dan l-iskrutinju, jinkludi perijodu ta’ tnax-il xahar li jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju li jiġi qabel il-perijodu li matulu jseħħ l-iskrutinju, jew inkella l-iskrutinju għandu jkopri biss perijodu li jintemm qabel il-bidu tal-perijodu ta’ skrutinju ta’ qabel?”

13

Permezz tad-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Frar 2012, il-Kawżi C-671/11 sa C-676/11 ġew magħquda flimkien għall-finijiet tal-proċedura bil-mitub u dik orali kif ukoll għall-finijiet tas-sentenza.

Fuq id-domandi preliminari

14

Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 għandux jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ użu minn Stat Membru tal-fakultà ta’ estensjoni prevista minn din id-dispożizzjoni, il-perijodu ta’ skrutinju għandu madankollu, mingħajr ma jidħol fir-riskju tal-irregolarità tal-iskrutinju, jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti jew, minn tal-inqas, ikopri wkoll dan il-perijodu.

15

Huwa ċertament veru li, fid-dawl ta’ kif huwa fformulat, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 li, filwaqt li jipprovdi l-fakultà li jiġi estiż l-iskrutinju għall-perijodi fil-bidu u fit-tmiem, ma jippreċiżax li l-iskrutinju jista’, għaldaqstant, jirrigwarda perijodi li ma jintemmux fil-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, jagħti lok għal diversi interpretazzjonijiet.

16

Madankollu, bil-għan, f’dawn iċ-ċirkustanzi, li ssir magħrufa l-interpretazzjoni li għandha tinżamm, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss l-imsemmija formulazzjoni, iżda wkoll l-istruttura ġenerali ta’ din id-dispożizzjoni u l-evoluzzjoni li għaddiet minnha kif ukoll l-għanijiet mixtieqa mir-Regolament Nru 4045/89 fl-intier tiegħu.

17

Fir-rigward, l-ewwel nett, tal-għanijiet tar-Regolament Nru 4045/89, dawn jipprovdu, kif jirriżulta wkoll mill-qari flimkien tal-ewwel, tat-tielet u tar-raba’ premessi tiegħu, għat-tisħiħ tal-effiċjenza tal-iskrutinji li għalihom huma responsabbli l-Istati Membri bil-għan li jipprevjenu u jeliminaw l-irregolaritajiet li jistgħu jeżistu fil-qasam tal-FEOGA.

18

Sabiex jiggarantixxi l-eżekuzzjoni u l-effiċjenza tal-iskrutinju nazzjonali u, għaldaqstant, l-obbligu tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, ir-Regolament Nru 4045/89 jissuġġetta l-imsemmija skrutinji stess għas-superviżjoni u għall-koordinazzjoni eżerċitati mill-Kummissjoni, kif hu indikat fl-għaxar premessa tiegħu. Huwa preċiżament l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament li huwa intiż li jorganizza s-sistema uniformi ta’ skrutinju li tiffunzjona taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni. Permezz tal-paragrafu 4 tiegħu, dan l-artikolu jiżgura b’mod partikolari li jkun hemm skrutinju sistematiku u regolari.

19

L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 4045/89 huwa intiż li jirregola l-attività ta’ skrutinju tal-Istati Membri għall-finijiet tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, it-tul tal-perijodi ta’ skrutinju u l-pożizzjoni tagħhom fiż-żmien għandhom jiġu evalwati fid-dawl tal-għan ta’ effiċjenza tal-iskrutinji li jeżiġi dan l-artikolu.

20

F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat li, hekk kif sostniet ukoll b’mod partikolari l-Kummissjoni, l-imsemmija effiċjenza sservi lill-Istati Membri għall-fakultà li jestendu l-perijodu ta’ skrutinju lill hinn mill-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, sa fejn dan jippermetti li jiżvela irregolaritajiet li jistgħu jikkawżaw dannu lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

21

Kif ġustament irrilevaw il-gvern Franċiż u Pollakk, kif ukoll il-Kummissjoni, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-reġistrazzjoni frekwenti ta’ programmi operazzjonali fil-qafas pluriennali timmilita wkoll favur sabiex ma jiġix iffissat mandatorjament it-tul tal-perijodu ta’ skrutinju matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-iskrutinju tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti li jirrigwardaw diversi eżerċizzji jinqasam f’diversi perijodi ta’ skrutinju, li jista’ jqiegħed inkwistjoni l-effiċjenza tiegħu.

22

Fi kwalunkwe każ, l-użu tal-fakultà li jiġi estiż il-perijodu ta’ skrutinju fil-bidu u fit-tmiem ta’ dak li jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti jiddependi fuq il-valur li tali estensjoni għandha għall-effiċjenza ta’ dan l-iskrutinju. Huwa għalhekk, li meta l-awtorità tas skrutinju jkollha dubji fir-rigward tar-regolarità tal-operazzjonijiet skrutinizzati, hija għandha s-setgħa, permezz tar-Regolament Nru 4045/89 li hi stess testendi l-perijodu ta’ skrutinju kemm fil-bidu kif ukoll fit-tmiem mingħajr ma jkollha tibbaża ruħha, għaldaqstant, fuq leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi tali fakultà.

23

It-tieni nett, fir-rigward tal-mod kif żviluppa t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89, għandu jiġi rrilevat li, fil-verżjoni inizjali ta’ dan ir-regolament, l-imsemmija dispożizzjoni tibbaża l-iskrutinju, bħala prinċipju, fuq is-sena kalendarja li tippreċedi l-perijodu ta’ skrutinju, filwaqt li testendi l-perijodu ta’ skrutinju fil-bidu u fit-tmiem ta’ din is-sena kalendarja. Madankollu, billi jipprovdi għalhekk li l-perijodu ta’ skrutinju jintemm, bħala prinċipju, matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, il-leġiżlatur tal-Unjoni jidher li stabbilixxa rekwiżiti inqas stretti imposti fuq l-Istati Membri f’dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tal-perijodu ta’ skrutinju. Interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 fis-sens li, minn issa ’il quddiem, il-perijodu ta’ skrutinju għandu, anki fil-każ ta’ użu tal-fakultà tal-estensjoni, jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, billi tiġi injorata l-imsemmija intenzjoni ta’ mitigazzjoni.

24

It-tielet nett, fir-rigward tal-istruttura ġenerali tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89, għandu jiġi kkonstatat li dan jippreċiża b’mod ċar u mhux ambigwu li skrutinju li jkopri perijodu ta’ mill-inqas tnax-il xahar jista’ jiġi estiż, li jfisser li l-provi li, f’każ ta’ użu tal-fakultà ta’ estensjoni, dan l-iskrutinju għandu neċessarjament ikopri perijodu ta’ iktar minn tnax-il xahar.

25

Minn dan jirriżulta wkoll li interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 fis-sens li l-perijodu ta’ skrutinju għandu neċessarjament jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti huwa irrikonċiljabbli mal-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni sa fejn id-drabi kollha li l-perijodu ta’ skrutinju inizjali jestendi sat-30 ta’ Ġunju, tmiem tal-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, l-ebda estensjoni ma hija possibbli.

26

Barra dan, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 jipprekludi interpretazzjoni li tgħid li Stat Membru jista’ jillimita ruħu fl-iskrutinju ta’ perijodu li jintemm qabel jibda l-perijodu ta’ skrutinju preċedenti peress li din l-ipoteżi ma tista’ la tkun konformi għar-rekwiżit li l-perijodu ta’ skrutinju inizjali jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, u lanqas jikkostitwixxi estensjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma jistax ikollha bħala riżultat li jiġi rtirat l-effett utili tal-formulazzjoni ċara u preċiża ta’ din id-dispożizzjoni (ara, fl-aħħar nett, is-sentenza tas-6 ta’ Settembru 2012, Czop u Punakova, C-147/11 u C-148/11, punt 32), iżda dik tkun il-konsegwenza tal-interpretazzjoni msemmija iktar ’il fuq.

27

Bil-għan li tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, għandu jerġa’ jiġi ppreċiżat li, fir-rigward tal-operaturi skrutinizzati, ir-regolarità tal-iskrutinji mwettqa ma tiddependix mill-kwistjoni ta’ sa fejn l-implementazzjoni tal-imsemmijin skrutinji tikkorrispondi mar-regoli stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89.

28

Fil-fatt, kuntrarjament għal dak li sostnew l-operaturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-imsemmija dispożizzjoni tistabbilixxi regoli organizzazzjonali bil-għan li jiggarantixxu l-effiċjenza tal-iskrutinji u tillimita ruħha, hekk kif jirriżulta wkoll mill-punt 18 ta’ din is-sentenza, li tirregola r-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea għal finijiet tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji ta’ din tal-aħħar. Din id-dispożizzjoni ma tirrigwardax, min-naħa l-oħra, ir-relazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ skrutinju u l-operaturi skrutinizzati.

29

Għalhekk, l-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jagħti lill-operaturi inkwistjoni dritt li jippermettilhom li jopponu skrutinji oħra jew iktar estiżi minn dawk intiżi f’din id-dispożizzjoni. F’dak li għandu eventwalment jirriżulta fil-prevenzjoni tal-irkupru tal-għajnuna irregolari mħallsa jew użata, barra minn hekk tali dritt iqiegħed fil-periklu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

30

Fi kwalunkwe każ, l-iskrutinji li jeżiġi r-Regolament Nru 4045/89 li jikkonċerna operaturi li aderixxew volontarjament mal-iskema ta’ appoġġ stabbilita mis-sezzjoni ta’ “Garanziji” tal-FAEGG, u li, bil-għan li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna, aċċettaw l-implementazzjoni tal-iskrutinji biex jivverifikaw ir-regolarità tal-użu tar-riżorsi tal-Unjoni. Dawn l-operaturi ma jistgħux validament jiddubitaw ir-regolarità ta’ tali skrutinju biss minħabba li dan ma jkunx segwa r-regoli organizzazzjonali li jirrigwardaw ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

31

Jibqa’ l-fatt li ċ-ċertezza legali tal-operaturi skrutinizzati fir-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi li jwettqu dawn l-iskrutinji u jiddeċiedu, skont il-każ, li jibdew azzjoni, hija ggarantita mit-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjonijiet, stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340), għandha, bħala prinċipju, erba’ snin mit-twettiq tal-ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tirriżulta minn att jew ommissjoni ta’ operatur ekonomiku li għandhom jew jista’ jkollhom bħala effett li tikkawża dannu lill-baġit tal-Unjoni. Madankollu, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat, it-termini ta’ preskrizzjoni jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżit li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali (ara s-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2004, Handlbauer, C-278/02, Ġabra p. I-6171, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).

32

L-obbligu għall-benefiċjarju ta’ għajnuna mħallsa fil-kuntest tal-iskema ta’ appoġġ stabbilita mill-FEOGA, li jippreżenta, matul skrutinju li jirrigwarda perijodi speċifiċi, id-dokumenti mitluba bil-għan li tiġi stabbilita l-validità u r-regolarità tal-għajnuna li tkun tħallset meta, legalment, it-terminu ta’ kemm jistgħu jinżammu, stabbilit għal mhux inqas minn tliet snin, permezz tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 4045/89, ma skadiex u għalhekk ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li jikkawża preġudizzju lill-prinċipju ta’ ċertezza legali.

33

Minn dak kollu li jippreċedi jirriżulta li l-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ użu minn Stat Membru tal-fakultà ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ skrutinju, l-imsemmi perijodu ma għandux neċessarjament jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, iżda jista’ wkoll jintemm wara dan il-perijodu. L-imsemmija dispożizzjoni għandha madankollu tiġi interpretata fis-sens li ma tagħtix lill-operaturi d-dritt li jippermettilhom li jopponu skrutinji oħra jew iktar estiżi minn dawk intiżi minn din id-dispożizzjoni. Minn dan isegwi li skrutinju li jirrigwarda biss perijodu li jintemm qabel il-bidu tal-perijodu ta’ skrutinju preċedenti ma huwiex, fih innifsu, ta’ natura li jrendi dan l-iskrutinju irregolari fir-rigward tal-operaturi skrutinizzati.

Fuq l-ispejjeż

34

Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

 

Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

 

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji tal-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3094/94, tat-12 ta’ Diċembru 1994, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ użu minn Stat Membru tal-fakultà ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ skrutinju, l-imsemmi perijodu ma għandux neċessarjament jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, iżda jista’ wkoll jintemm wara dan il-perijodu. L-imsemmija dispożizzjoni għandha madankollu tiġi interpretata fis-sens li ma tagħtix lill-operaturi d-dritt li jippermettilhom li jopponu skrutinji oħra jew iktar estiżi minn dawk intiżi f’din id-dispożizzjoni. Minn dan isegwi li skrutinju li jirrigwarda biss perijodu li jintemm qabel il-bidu tal-perijodu ta’ skrutinju preċedenti ma huwiex, fih innifsu, ta’ natura li jrendi dan l-iskrutinju irregolari fir-rigward tal-operaturi skrutinizzati.

 

Firem


( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.

Fuq

Partijiet
Motivi tas-sentenza
Parti operattiva

Partijiet

Fil-Kawżi magħquda C-671/11 sa C-676/11,

li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (Franza), permezz tad-deċiżjonijiet tat-28 ta’ Novembru 2011, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-29 ta’ Diċembru 2011, fil-proċeduri

Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Viniflhor)

vs

Société anonyme d’intérêt collectif agricole Unanimes (C-671/11 u C-672/11),

Organisation de producteurs Les Cimes (C-673/11),

Société Agroprovence (C-674/11),

Regalp SA (C-675/11),

Coopérative des producteurs d’asperges de Montcalm (COPAM) (C-676/11),

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),

komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, J. Malenovský, U. Lõhmus, M. Safjan (Relatur) u A. Prechal, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,

Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-16 ta’ Jannar 2013,

wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:

– għall-Établissement national des produits de l’agriculture u de la mer (FranceAgriMer) minn J.-C. Balat, avukat,

– għas-Société anonyme d’intérêt collectif agricole Unanimes, minn B. Néouze u O. Delattre, avukati,

– għall-Organisation de producteurs Les Cimes, is-Société Agroprovence u Regalp SA, minn G. Lesourd, avukat,

– għall-Coopérative des producteurs d’asperges de Montcalm (COPAM), minn J.-P. Montenot u T. Apostoliuc, avukati,

– għall-Gvern Franċiż, minn N. Rouam u G. de Bergues, bħala aġenti,

– għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar u B. Majczyna, bħala aġenti,

– għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Bianchi u P. Rossi, bħala aġenti,

wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,

tagħti l-preżenti

Sentenza

Motivi tas-sentenza

1. It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji tal-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 9, p. 208), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3094/94, tat-12 ta’ Diċembru 1994 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 17, p. 24, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 4045/89”).

2. Dawn it-talbiet saru fil-kuntest ta’ sitt kawżi bejn l-Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer), aventi kawża tal-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Viniflhor) u s-Société anonyme d’intérêt collectif agricole Unanimes, l-Organisation de producteurs Les Cimes, is-Société Agroprovence, Regalp SA u l-Coopérative des producteurs d’asperges de Montcalm (COPAM), rispettivament (iktar ’il quddiem, kollettivament, l-“operaturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali”) dwar il-legalità tal-irkupru tal-għajnuna Komunitarja li tkun mogħtija mis-sezzjoni ta’ “Garanziji” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG).

Il-kuntest ġuridiku

3. L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70, tal-21 ta’ April 1970, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 94, p. 13) jipprovdi:

“L-Istati Membri għandhom, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji, jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex:

– jiżguraw li t-transazzjonijiet iffinanzjati mill-[FAEGG] jiġu eżegwiti u jkunu regolari;

– jipprevjenu u jsegwu l-irregolaritajiet,

– jirkupraw is-somom mitlufa bħala riżultat tal-irregolaritajiet jew tan-negliġenza.

[…]” [traduzzjoni mhux uffiċjali]

4. Mill-ewwel sar-raba’ premessa u l-għaxar premessa tar-Regolament Nru 4045/89 jipprovdu:

“[…] skond Artikolu 8 tar-Regolament […] Nru 729/70 […], l-Istati Membri jieħdu l-mizuri neċessarji sabiex ikunu sodisfatti illi t-transazzjonijiet iffinanzjati mill-[FAEGG] ikunu attwalment attwati u esegwiti b’mod korrett, u jipprevjeni u jieħu ħsieb irregolaritajiet u sabiex jirkupra somom mitlufa bħala rizultat ta’ irregolaritajiet jew negliġenza;

[…] dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-iskrutinju li huma aktar estensivi minn dawk li hemm fir-Regolament m’humiex affetwati minn dan ir-Regolament;

[…] l-Istati Membri għandhom jkunu nkoraġġiti sabiex jinfurzaw l-iskrutinju ta’ dokumenti kummerċjali tal-impriżi li qed jirċievu jew jagħmlu pagament li huma jkunu għamlu skont d-Direttiva 77/435/KEE […];

[…] l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-regoli li hemm fid-Diretiva 77/435/KEE żvela l-bżonn li ċerti dispożizzjonijiet ta’ dik id-[d]irettiva jiġu emendati fuq il-bażi ta’ l-esperjenza mirbuħa; billi in vista tan-natura tad-dispożizzjonijiet konċernati l-emendi għandhom ikunu nkulżi f’Regolament;

[…]

[…] filwaqt illi hija r-responsabilità ta’ l-Istati Membri fl-ewwel waqt li jaddotaw il-programmi ta’ skrutinju tagħhom, huwa neċessarju illi dwan il-programmi jkunu komunikati lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista tassumi l-irwol tagħha ta’ superviżjoni u koordinazzjoni u tassigura illi l-programmi jkunu addottati fuq il-bażi ta’ kriterji xierqa; billi l-iskrutinju jista’ għalhekk ikun konċentrat fuq setturi jew impriżi fejn ir-riskju ta’ frodi huwa għoli”.

5. L-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 4045/89 jipprovdi:

“Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament ‘dokumenti kummerċjali’ ifisser il-kotba kollha, reġistri, vouchers u dokumenti insostenn, kontijiet u korrispondenza relatati [mal]-attività kummerċjali ta’ l-impriża, kif ukoll informazzjoni kummerċjali, sakemm dawn id-dokumenti jkollhom x’jaqsmu direttament jew indirettament mat-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.”

6. L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament jipprovdi:

“1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu skrutinju ta’ dokumenti kummerċjali ta’ l-impriżi u jieħdu inkonsiderazzjoni t-transazzjonijiet li għandhom ikunu skrutinati. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla ta’ l-impriżi għall-iskrutinju tagħti l-aħjar assigurazzjoni possibbli ta’ l-effiċjenza tal-miżuri sabiex jipprevjenu u jsibu l-irregolaritajiet skond is-sistema ta’ finanzjament tas-Sezzjoni ta’ Garanziji tal-FAEGG. Inter alia , l-għażla għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-importanza finanzjarja ta’ l-impriżi f’dik is-sistema u fatturi oħra ta’ riskju.

[…]

4. Il-perjodu ta’ skrutinju għandu [j]dum mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

L-iskrutinju għandu jkopri perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar li jintemmu waqt il-perjodu ta’ skrutinju ta’ qabel; jista’ jiġi estiż għal perjodi, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru, li jiġu qabel jew wara l-perjodu ta’ 12-il xahar.

[…]”

7. Skont l-Artikolu 4 tal-istess regolament:

“L-impriżi għandhom iżommu d-dokumenti kummerċjali li jagħmlu riferenza għalihom Artikoli 1(2) u 3 għal mill-anqas tlett snin, li jibdew mill-aħħar tas-sena meta ikunu saru.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal ta’ kemm dawn id-dokumenti jistgħu jinżammu.”

Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari

8. Matul is-snin 2000 u 2001, l-operaturi fil-kawża prinċipali ġew skrutinizzati fuq il-post, skont ir-Regolament Nru 4045/89. Abbażi tal-konklużjonijiet tal-iskrutinji magħmula, l-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Oniflhor) li Viniflhor huwa l-aventi kawża tiegħu u li FranceAgriMer huwa l-aventi kawża ta’ Viniflhor, talab lill-operaturi fil-kawża prinċipali sabiex iroddu lura s-somom riċevuti skont l-iskemi finanzjarji fil-kuntest tal-FEOGA, sezzjoni ta’ “Garanziji”, u sussegwentement, ħareġ titoli eżekuttivi li jikkorrispondu għall-imsemmijin somom.

9. L-operaturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali ressqu rikorsi, skont il-każ, quddiem it-Tribunal administratif de Nîmes jew dak ta’ Marseille, kontra l-imsemmijin titoli eżekuttivi. Is-sentenzi mogħtija minn dawn iż-żewġ qrati ġew appellati quddiem il-Cour administrative d’appel de Marseille.

10. L-imsemmija qorti ddeċidiet, fis-sitt kawżi li ġew imressqin quddiemha, li l-kunċett ta’ “perijodu ta’ skrutinju” għandu jiġi interpretat bħala li jirrigwarda perijodu li jintemm fit-tnax-il xahar ta’ qabel il-perijodu ta’ skrutinju u li t-tul ta’ tnax-il xahar huwa, salv dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolamentari kuntrarja, tul ta’ żmien massimu. Madankollu, f’kull waħda minn dawn il-kawżi, il-perijodu ta’ skrutinju jintemm qabel il-perijodu li jippreċedi il-perijodu ta’ skrutinju.

11. Billi l-Cour administrative d’appel de Marseille, b’hekk, naqset milli tosserva l-portata tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 f’dak li jikkonċerna d-definizzjoni tal-perijodi ta’ skrutinju, FranceAgriMer ippreżentat appell quddiem il-Conseil d’État.

12. Billi jikkunsidra li r-risposta fir-rigward tal-motiv ippreżentat minn FranceAgriMer tqajjem kwistjoni ta’ interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni, il-Conseil d’État iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin, li ġew ifformulati b’mod identiku fil-Kawżi C-671/11 sa C-676/11:

“Kif tista’ l-fakultà, mogħtija bl-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 […] li jiġi estiż il-perijodu ta’ skrutinju “għal perjodi […] li jiġu qabel jew wara l-perjodu ta’ [tnax-il] xahar” li dan jiddefinixxi, tiġi implementata minn Stat Membru, fid-dawl, minn naħa, tal-ħtiġiet ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, u min-naħa l-oħra, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-ħtieġa li ma titħalliex setgħa indeterminata f’idejn l-awtoritajiet tal-iskrutinju?

B’mod partikolari:

– Il-perijodu li fih isir skrutinju għandu, f’kull każ, taħt piena li l-iskrutinju jkun ivvizzjat minn irregolarità li l-persuna skrutinata tkun tista’ tinvoka kontra d-deċiżjoni li tislet il-konsegwenzi mir-riżultati ta’ dan l-iskrutinju, jintemm matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar ta’ qabel il-perijodu msejjaħ ‛ta’ skrutinju’, li matulu jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ skrutinju?

– F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda ta’ qabel din, il-fakultà espressament prevista mir-Regolament, li jiġi estiż il-perijodu ta’ skrutinju għal perijodi li jiġu ‛wara l-perjodu ta’ [tnax-il] xahar’, kif għandha tinftiehem?

– F’każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, il-perijodu li jiġi skrutinat għandu madankollu, taħt piena li l-iskrutinju jiġi vvizzjat minn irregolarità li l-persuna skrutinata tkun tista’ tinvoka kontra d-deċiżjoni li tislet il-konsegwenzi mir-riżultati ta’ dan l-iskrutinju, jinkludi perijodu ta’ tnax-il xahar li jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju li jiġi qabel il-perijodu li matulu jseħħ l-iskrutinju, jew inkella l-iskrutinju għandu jkopri biss perijodu li jintemm qabel il-bidu tal-perijodu ta’ skrutinju ta’ qabel?”

13. Permezz tad-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Frar 2012, il-Kawżi C-671/11 sa C-676/11 ġew magħquda flimkien għall-finijiet tal-proċedura bil-mitub u dik orali kif ukoll għall-finijiet tas-sentenza.

Fuq id-domandi preliminari

14. Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 għandux jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ użu minn Stat Membru tal-fakultà ta’ estensjoni prevista minn din id-dispożizzjoni, il-perijodu ta’ skrutinju għandu madankollu, mingħajr ma jidħol fir-riskju tal-irregolarità tal-iskrutinju, jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti jew, minn tal-inqas, ikopri wkoll dan il-perijodu.

15. Huwa ċertament veru li, fid-dawl ta’ kif huwa fformulat, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 li, filwaqt li jipprovdi l-fakultà li jiġi estiż l-iskrutinju għall-perijodi fil-bidu u fit-tmiem, ma jippreċiżax li l-iskrutinju jista’, għaldaqstant, jirrigwarda perijodi li ma jintemmux fil-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, jagħti lok għal diversi interpretazzjonijiet.

16. Madankollu, bil-għan, f’dawn iċ-ċirkustanzi, li ssir magħrufa l-interpretazzjoni li għandha tinżamm, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss l-imsemmija formulazzjoni, iżda wkoll l-istruttura ġenerali ta’ din id-dispożizzjoni u l-evoluzzjoni li għaddiet minnha kif ukoll l-għanijiet mixtieqa mir-Regolament Nru 4045/89 fl-intier tiegħu.

17. Fir-rigward, l-ewwel nett, tal-għanijiet tar-Regolament Nru 4045/89, dawn jipprovdu, kif jirriżulta wkoll mill-qari flimkien tal-ewwel, tat-tielet u tar-raba’ premessi tiegħu, għat-tisħiħ tal-effiċjenza tal-iskrutinji li għalihom huma responsabbli l-Istati Membri bil-għan li jipprevjenu u jeliminaw l-irregolaritajiet li jistgħu jeżistu fil-qasam tal-FEOGA.

18. Sabiex jiggarantixxi l-eżekuzzjoni u l-effiċjenza tal-iskrutinju nazzjonali u, għaldaqstant, l-obbligu tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, ir-Regolament Nru 4045/89 jissuġġetta l-imsemmija skrutinji stess għas-superviżjoni u għall-koordinazzjoni eżerċitati mill-Kummissjoni, kif hu indikat fl-għaxar premessa tiegħu. Huwa preċiżament l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament li huwa intiż li jorganizza s-sistema uniformi ta’ skrutinju li tiffunzjona taħt is- sorveljanza tal-Kummissjoni. Permezz tal-paragrafu 4 tiegħu, dan l-artikolu jiżgura b’mod partikolari li jkun hemm skrutinju sistematiku u regolari.

19. L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 4045/89 huwa intiż li jirregola l-attività ta’ skrutinju tal-Istati Membri għall-finijiet tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, it-tul tal-perijodi ta’ skrutinju u l-pożizzjoni tagħhom fiż-żmien għandhom jiġu evalwati fid-dawl tal-għan ta’ effiċjenza tal-iskrutinji li jeżiġi dan l-artikolu.

20. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat li, hekk kif sostniet ukoll b’mod partikolari l-Kummissjoni, l-imsemmija effiċjenza sservi lill-Istati Membri għall-fakultà li jestendu l-perijodu ta’ skrutinju lill hinn mill-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, sa fejn dan jippermetti li jiżvela irregolaritajiet li jistgħu jikkawżaw dannu lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

21. Kif ġustament irrilevaw il-gvern Franċiż u Pollakk, kif ukoll il-Kummissjoni, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-reġistrazzjoni frekwenti ta’ programmi operazzjonali fil-qafas pluriennali timmilita wkoll favur sabiex ma jiġix iffissat mandatorjament it-tul tal-perijodu ta’ skrutinju matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-iskrutinju tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti li jirrigwardaw diversi eżerċizzji jinqasam f’diversi perijodi ta’ skrutinju, li jista’ jqiegħed inkwistjoni l-effiċjenza tiegħu.

22. Fi kwalunkwe każ, l-użu tal-fakultà li jiġi estiż il-perijodu ta’ skrutinju fil-bidu u fit-tmiem ta’ dak li jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti jiddependi fuq il-valur li tali estensjoni għandha għall-effiċjenza ta’ dan l-iskrutinju. Huwa għalhekk, li meta l-awtorità tas skrutinju jkollha dubji fir-rigward tar-regolarità tal-operazzjonijiet skrutinizzati, hija għandha s-setgħa, permezz tar-Regolament Nru 4045/89 li hi stess testendi l-perijodu ta’ skrutinju kemm fil-bidu kif ukoll fit-tmiem mingħajr ma jkollha tibbaża ruħha, għaldaqstant, fuq leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi tali fakultà.

23. It-tieni nett, fir-rigward tal-mod kif żviluppa t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89, għandu jiġi rrilevat li, fil-verżjoni inizjali ta’ dan ir-regolament, l-imsemmija dispożizzjoni tibbaża l-iskrutinju, bħala prinċipju, fuq is-sena kalendarja li tippreċedi l-perijodu ta’ skrutinju, filwaqt li testendi l-perijodu ta’ skrutinju fil-bidu u fit-tmiem ta’ din is-sena kalendarja. Madankollu, billi jipprovdi għalhekk li l-perijodu ta’ skrutinju jintemm, bħala prinċipju, matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, il-leġiżlatur tal-Unjoni jidher li stabbilixxa rekwiżiti inqas stretti imposti fuq l-Istati Membri f’dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tal-perijodu ta’ skrutinju. Interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 fis-sens li, minn issa ’il quddiem, il-perijodu ta’ skrutinju għandu, anki fil-każ ta’ użu tal-fakultà tal-estensjoni, jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, billi tiġi injorata l-imsemmija intenzjoni ta’ mitigazzjoni.

24. It-tielet nett, fir-rigward tal-istruttura ġenerali tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89, għandu jiġi kkonstatat li dan jippreċiża b’mod ċar u mhux ambigwu li skrutinju li jkopri perijodu ta’ mill-inqas tnax-il xahar jista’ jiġi estiż, li jfisser li l-provi li, f’każ ta’ użu tal-fakultà ta’ estensjoni, dan l-iskrutinju għandu neċessarjament ikopri perijodu ta’ iktar minn tnax-il xahar.

25. Minn dan jirriżulta wkoll li interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 fis-sens li l-perijodu ta’ skrutinju għandu neċessarjament jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti huwa irrikonċiljabbli mal-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni sa fejn id-drabi kollha li l-perijodu ta’ skrutinju inizjali jestendi sat-30 ta’ Ġunju, tmiem tal-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, l-ebda estensjoni ma hija possibbli.

26. Barra dan, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 jipprekludi interpretazzjoni li tgħid li Stat Membru jista’ jillimita ruħu fl-iskrutinju ta’ perijodu li jintemm qabel jibda l-perijodu ta’ skrutinju preċedenti peress li din l-ipoteżi ma tista’ la tkun konformi għar-rekwiżit li l-perijodu ta’ skrutinju inizjali jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, u lanqas jikkostitwixxi estensjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma jistax ikollha bħala riżultat li jiġi rtirat l-effett utili tal-formulazzjoni ċara u preċiża ta’ din id-dispożizzjoni (ara, fl-aħħar nett, is-sentenza tas-6 ta’ Settembru 2012, Czop u Punakova, C-147/11 u C-148/11, punt 32), iżda dik tkun il-konsegwenza tal-interpretazzjoni msemmija iktar ’il fuq.

27. Bil-għan li tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, għandu jerġa’ jiġi ppreċiżat li, fir-rigward tal-operaturi skrutinizzati, ir-regolarità tal-iskrutinji mwettqa ma tiddependix mill-kwistjoni ta’ sa fejn l-implementazzjoni tal-imsemmijin skrutinji tikkorrispondi mar-regoli stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89.

28. Fil-fatt, kuntrarjament għal dak li sostnew l-operaturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-imsemmija dispożizzjoni tistabbilixxi regoli organizzazzjonali bil-għan li jiggarantixxu l-effiċjenza tal-iskrutinji u tillimita ruħha, hekk kif jirriżulta wkoll mill-punt 18 ta’ din is-sentenza, li tirregola r-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea għal finijiet tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji ta’ din tal-aħħar. Din id-dispożizzjoni ma tirrigwardax, min-naħa l-oħra, ir-relazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ skrutinju u l-operaturi skrutinizzati.

29. Għalhekk, l-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jagħti lill-operaturi inkwistjoni dritt li jippermettilhom li jopponu skrutinji oħra jew iktar estiżi minn dawk intiżi f’din id-dispożizzjoni. F’dak li għandu eventwalment jirriżulta fil-prevenzjoni tal-irkupru tal-għajnuna irregolari mħallsa jew użata, barra minn hekk tali dritt iqiegħed fil-periklu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

30. Fi kwalunkwe każ, l-iskrutinji li jeżiġi r-Regolament Nru 4045/89 li jikkonċerna operaturi li aderixxew volontarjament mal-iskema ta’ appoġġ stabbilita mis-sezzjoni ta’ “Garanziji” tal-FAEGG, u li, bil-għan li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna, aċċettaw l-implementazzjoni tal-iskrutinji biex jivverifikaw ir-regolarità tal-użu tar-riżorsi tal-Unjoni. Dawn l-operaturi ma jistgħux validament jiddubitaw ir-regolarità ta’ tali skrutinju biss minħabba li dan ma jkunx segwa r-regoli organizzazzjonali li jirrigwardaw ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

31. Jibqa’ l-fatt li ċ-ċertezza legali tal-operaturi skrutinizzati fir-rigward tal-awtoritajiet pubbliċi li jwettqu dawn l-iskrutinji u jiddeċiedu, skont il-każ, li jibdew azzjoni, hija ggarantita mit-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjonijiet, stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340), għandha, bħala prinċipju, erba’ snin mit-twettiq tal-ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tirriżulta minn att jew ommissjoni ta’ operatur ekonomiku li għandhom jew jista’ jkollhom bħala effett li tikkawża dannu lill-baġit tal-Unjoni. Madankollu, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat, it-termini ta’ preskrizzjoni jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżit li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali (ara s-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2004, Handlbauer, C-278/02, Ġabra p. I-6171, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).

32. L-obbligu għall-benefiċjarju ta’ għajnuna mħallsa fil-kuntest tal-iskema ta’ appoġġ stabbilita mill-FEOGA, li jippreżenta, matul skrutinju li jirrigwarda perijodi speċifiċi, id-dokumenti mitluba bil-għan li tiġi stabbilita l-validità u r-regolarità tal-għajnuna li tkun tħallset meta, legalment, it-terminu ta’ kemm jistgħu jinżammu, stabbilit għal mhux inqas minn tliet snin, permezz tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 4045/89, ma skadiex u għalhekk ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li jikkawża preġudizzju lill-prinċipju ta’ ċertezza legali.

33. Minn dak kollu li jippreċedi jirriżulta li l-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 4045/89 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ użu minn Stat Membru tal-fakultà ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ skrutinju, l-imsemmi perijodu ma għandux neċessarjament jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, iżda jista’ wkoll jintemm wara dan il-perijodu. L-imsemmija dispożizzjoni għandha madankollu tiġi interpretata fis-sens li ma tagħtix lill-operaturi d-dritt li jippermettilhom li jopponu skrutinji oħra jew iktar estiżi minn dawk intiżi minn din id-dispożizzjoni. Minn dan isegwi li skrutinju li jirrigwarda biss perijodu li jintemm qabel il-bidu tal-perijodu ta’ skrutinju preċedenti ma huwiex, fih innifsu, ta’ natura li jrendi dan l-iskrutinju irregolari fir-rigward tal-operaturi skrutinizzati.

Fuq l-ispejjeż

34. Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

Parti operattiva

Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji tal-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3094/94, tat-12 ta’ Diċembru 1994, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ użu minn Stat Membru tal-fakultà ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ skrutinju, l-imsemmi perijodu ma għandux neċessarjament jintemm matul il-perijodu ta’ skrutinju preċedenti, iżda jista’ wkoll jintemm wara dan il-perijodu. L-imsemmija dispożizzjoni għandha madankollu tiġi interpretata fis-sens li ma tagħtix lill-operaturi d-dritt li jippermettilhom li jopponu skrutinji oħra jew iktar estiżi minn dawk intiżi f’din id-dispożizzjoni. Minn dan isegwi li skrutinju li jirrigwarda biss perijodu li jintemm qabel il-bidu tal-perijodu ta’ skrutinju preċedenti ma huwiex, fih innifsu, ta’ natura li jrendi dan l-iskrutinju irregolari fir-rigward tal-operaturi skrutinizzati.

Fuq