Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62011CJ0022
Judgment of the Court (Third Chamber), 4 October 2012.#Finnair Oyj v Timy Lassooy.#Reference for a preliminary ruling from the Korkein oikeus.#Air transport — Regulation (EC) No 261/2004 — Compensation for passengers in the event of denied boarding — Concept of ‘denied boarding’ — Exclusion from characterisation as ‘denied boarding’ — Cancellation of a flight caused by a strike at the airport of departure — Rescheduling of flights after the cancelled flight — Right to compensation of the passengers on those flights.#Case C–22/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012.
Finnair Oyj vs Timy Lassooy.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus.
Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Kumpens għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu — Kunċett ta’ ‘li ma jitħallewx jitilgħu’ — Esklużjoni tal-klassifikazzjoni ta’ ‛li ma jitħallewx jitilgħu’ — Kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba strajk fl-ajruport tat-tluq — Riorganizzazzjoni tat-titjiriet wara t-titjira kkanċellata — Dritt għal kumpens tal-passiġġieri ta’ dawn it-titjiriet.
Kawża C-22/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012.
Finnair Oyj vs Timy Lassooy.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus.
Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Kumpens għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu — Kunċett ta’ ‘li ma jitħallewx jitilgħu’ — Esklużjoni tal-klassifikazzjoni ta’ ‛li ma jitħallewx jitilgħu’ — Kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba strajk fl-ajruport tat-tluq — Riorganizzazzjoni tat-titjiriet wara t-titjira kkanċellata — Dritt għal kumpens tal-passiġġieri ta’ dawn it-titjiriet.
Kawża C-22/11.
Rapporti tal-qorti - ġenerali
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2012:604
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
4 ta’ Ottubru 2012 ( *1 )
“Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Kumpens għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu — Kunċett ta’ ‘li ma jitħallewx jitilgħu’ — Esklużjoni tal-klassifikazzjoni ta’ ‘li ma jitħallewx jitilgħu’ — Kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba strajk fl-ajruport tat-tluq — Riorganizzazzjoni tat-titjiriet wara t-titjira kkanċellata — Dritt għal kumpens tal-passiġġieri ta’ dawn it-titjiriet”
Fil-Kawża C-22/11,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja), permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Jannar 2011, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-17 ta’ Jannar 2011, fil-proċedura
Finnair Oyj
vs
Timy Lassooy,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, J. Malenovský, E. Juhász, T. von Danwitz u D. Šváby (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: Y. Bot,
Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-1 ta’ Marzu 2012,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għal Finnair Oyj, minn T. Väätäinen, asianajaja, |
|
— |
għal T. Lassooy, minn M. Wilska, kuluttaja-asiamies, u P. Hannula kif ukoll minn J. Suurla, lakimiehet, |
|
— |
għall-Gvern Finlandiż, minn H. Leppo, bħala aġent, |
|
— |
għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u M. Perrot, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Aiello, avvocato dello Stato, |
|
— |
għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch, bħala aġent, |
|
— |
għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar, bħala aġent, |
|
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Koskinen u K. Simonsson, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-19 ta’ April 2012,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(j), 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-kumpannija tal-ajru Finnair OYJ (iktar ’il-quddiem “Finnair”) u T. Lassooy wara li din tal-aħħar irrifjutat li tikkumpensa lil T. Lassooy talli ma tħalliex jitla’ fuq it-titjira minn Barcelona (Spanja) lejn Helsinki (il-Finlandja), fit-30 ta’ Lulju 2006. |
Il-kuntest ġuridiku
Ir-Regolament Nru. 295/91
|
3 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 295/91, tal-4 ta’ Frar 1991, li jistabbilixxi regoli komuni għal sistema ta’ kumpens għal imbark miċħud fit-trasport bl-ajru skedat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 306), li daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Frar 2005, fl-Artikolu 1 tiegħu jipprovdi: “Dan ir-regolament jistabbilixxi regoli minimi komuni applikabbli meta passiġġieri jiġu miċħuda aċċess għal titjira skedata li tkun overbooked li għaliha jkollhom biljett validu u riserva konfermata dwar tluq minn ajruport sitwat fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat [KE], irrispettivament mill-Istat fejn it-trasportatur ta’ l-ajru ikun qiegħed [stabbilit], [m]in-nazzjonalità tal-passiġġier u [mil]l-punt ta’ destinazzjoni” |
Ir-Regolament Nru 261/2004
|
4 |
Il-premessi 1, 3, 4, 9, 10, 14 u 15 tar-Regolament Nru 261/2004 jipprovdu:
[…]
[…]
[…]
|
|
5 |
L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 261/2004 intitolat “Definizzjonijiet”, jipprovdi: “Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament: […]
[…]”. |
|
6 |
L-Artikolu 3(2) tal-imsemmi regolament, artikolu intitolat “Skop [kamp ta’ applikazzjoni]”, jipprovdi: “2. Il-paragrafu 1 għandu japplika fuq il-kondizzjoni li l-passiġġieri:
[…]”. |
|
7 |
L-Artikolu 4 tal-istess regolament, intitolat “Passiġġieri li ma tħallewx jitilgħu”, jipprovdi: “1. Meta trasportatur ta’ l-ajru li jopera jistenna b’mod raġonevoli li ma jħallix passiġġieri jitilgħu fuq titjira, għandu l-ewwel jagħmel sejħa għal voluntiera biex iħallu r-reżervazzjonijiet tagġhom bi skambju għal vantaġġi taħt kondizzjonijiet li għandhom jinftehmu bejn il-passiġġier in kwistjoni u l-trasportatur ta’ l-ajru li jopera. Voluntiera għandhom jiġu mogħtija għajnuna skond l-Artikolu 8, din l-assistenza hi addizzjonali għall-vantaġġi msemmijin f’dan il-paragrafu. 2. Jekk ikun hemm numru mhux suffiċjenti ta’ voluntiera biex il-numru ta’ passiġġieri b’reżervazzjonijiet li jibqa’ ikunu jistgħu jitilgħu fuq it-titjira, il-trasportatur ta’ l-ajru li jopera jista’ imbagħad ma jħallix jitilgħu passiġġieri kontra l-volontá tagħhom. 3. Jekk passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu kontra l-volontá tagħhom, il-trasportatur ta’ l-ajru li jopera għandu jagħtihom kumpens minnufih skond l-Artikolu 7 u jassistihom skond l-Artikoli 8 u 9.” |
|
8 |
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004, artikolu intitolat “Kanċellazzjoni”, jipprovdi: “Trasportatur ta’ l-ajru li jopera m’għandux ikun obbligat iħallas kumpens skond l-Artikolu 7, jekk jista’ juri li l-kanċellazzjoni hi kkawżata minn ċirkostanzi staordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki jekk il-miżuri raġonevoli kollha ġew meħudin”. |
|
9 |
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 261/2004, artikolu intitolat “Dritt għall-kumpens”, jipprovdi: “1. Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal: […]
[…]”. |
|
10 |
L-Artikoli 8 u 9 tal-imsemmi regolament, moqrija flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu, jipprevedu dritt għar-rimbors jew għal rotta differenti kif ukoll għad-dritt li jittieħed ħsieb tal-passiġġieri li ma tħallewx jitilgħu. |
|
11 |
L-Artikolu 13 tal-istess regolament, intitolat “Dritt għal rimedju”, jipprovdi: “F’każijiet fejn trasportatur ta’ l-ajru li jopera jħallas kumpens jew jilħaq l-obbligazzjonijiet oħra li għandu d-dmir iwettaq taħt dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma jista’ jiġi interpretat li jirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens minn kwalunkwe persuna, inklużi partijiet terzi, skond il-liġi applikabbli. Partikolarment, dan ir-Regolament m’għandu bl-ebda mod jirrestrinġi d-dritt tal-trasportatur ta’ l-ajru li jopera biex ifittex rimbors minn operatur tat-tour jew persuna oħra ma’ liema l-trasportatur ta’ l-ajru li jopera għandu kuntratt. B’mod simili, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt ta’ operatur tat-tour jew ta’ parti terza, barra minn passiġġier, ma’ liema trasportatur ta’ l-ajru li jopera għandu kuntratt, biex ifittex rimbors jew kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond il-liġijiet applikabbli rilevanti.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
12 |
Wara strajk tal-persunal tal-ajruport ta’ Barcelona fit-28 ta’ Lulju 2006, it-titjira regolari bejn Barcelona u Ħelsinki tal-11.40 ta’ filgħodu magħmula minn Finnair kellha tiġi kkanċellata. Wara l-kanċellazzjoni tat-titjira Finnair iddeċidiet li tirriorganizza t-titjiriet tagħha sabiex il-passiġġieri ta’ din it-titjira ma jkollhomx jistennew għal żmien twil wisq. |
|
13 |
Għaldaqstant, il-passiġġieri tal-imsemmija titjira ttieħdu lejn Ħelsinki (il-Finlandja) permezz tat-titjira tal-għada, 29 ta’ Lulju 2006, tal-11.40 ta’ filgħodu, kif ukoll permezz ta’ titjira charter tad-9.40 ta’ filgħaxija tal-istess jum. Din ir-riorganizzazjoni kellha l-konsegwenza li parti mill-passiġġiera li kienu xtraw il-biljett tagħhom għat-titjira tad-29 ta’ Lulju 2006 tal-11.40 ta’ filgħodu kellhom jistennew sat-30 ta’ Lulju 2006 biex jaslu f’Ħelsinki permezz tat-titjira regolari tal-11.40 ta’ filgħodu u permezz tat-titjira tad-9.40 ta’ filgħaxija li kienet ġiet chartered apposta għal dan il-għan. Bl-istess mod, ċerti passiġġieri, bħal T. Lassooy, li kienu xtraw il-biljett tagħhom għat-titjira tat-30 ta’ Lulju 2006 tal-11.40 ta’ filgħodu u li kienu ppreżentaw ruħhom biex jitilgħu kif suppost, waslu f’Ħelsinki permezz tat-titjira speċjali tad-9.40 ta’ filgħaxija tal-istess jum. |
|
14 |
Peress li T. Lassooy deherlu li Finnair, mingħajr raġuni valida, ma kinitx ħallietu jitla’, fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 261/2004, huwa ppreżenta rikors quddiem il-Helsingin käräjäoikeus (il-qorti tal-prim’ istanza ta’ Ħelsinki) li kien intiż biex Finnair tiġi kkundannata tħallsu l-kumpens previst fl-Artikolu 7(1)(b) ta’ dan ir-regolament. Permezz ta’ deċiżjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008, il-Helsingin käräjäoikeus ċaħdet it-talba għal kumpens immressqa minn T. Lassooy peress li qieset li l-imsemmi regolament jikkontempla biss il-kumpens lill-passiġġieri li ma jkunux tħallew jitilgħu minħabba li jkunu saru riżervazzjonijiet żejda ta’ postijiet għal raġunijiet ekonomiċi. Din il-qorti ddeċidiet li l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 261/2004 ma kienx japplika fil-każ ineżami sa fejn il-kumpannija tal-ajru kienet irriorganizzat it-titjiriet tagħha wara li kien hemm strajk fl-ajruport ta’ Barcelona, peress li dan l-istrajk jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja li fir-rigward tagħha Finnair kienet ħadet il-miżuri kollha li setgħu jiġu mistennija minnha. |
|
15 |
Permezz ta’ sentenza tal-31 ta’ Awwissu 2009, il-Helsingin hovioikeus (qorti tal-appell ta’ Helsinki) annullat is-sentenza tal-Helsingin käräjäoikeus u kkundannat lill-Finnair tħallas lil T. Lassooy is-somma ta’ EUR 400. F’dan ir-rigward, il-qorti tal-appell ikkunsidrat li r-Regolament Nru 261/2004 ma japplikax biss għal każijiet fejn isiru riżervazzjonijiet żejda iżda wkoll għal ċerti każijiet fejn passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu għal raġunijiet operattivi, u għalhekk jeskludi li t-trasportatur tal-ajru jista’ jiġi eżentat mill-obbligu ta’ kumpens tiegħu abbażi ta’ raġunijiet marbuta ma strajk. |
|
16 |
Fil-kuntest tal-appell li Finnair ippreżentat quddiem il-Korkein oikeus (il-Qorti Suprema), din il-qorti esponiet id-dubji tagħha dwar il-portata tal-obbligu ta’ kumpens tal-passiġġieri “li ma jitħallewx jitilgħu”, kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 261/2004, dwar ir-raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw il-fatt li passiġġieri “ma jitħallewx jitilgħu”, fis-sens tal-Artikolu 2(j) ta’ dan ir-regolament, kif ukoll dwar il-possibbiltà li trasportatur tal-ajru jinvoka ċ-ċirkustanzi straordinarji previsti fl-Artikolu 5(3) tal-istess regolament, fir-rigward ta’ titjiriet li jiġu wara t-titjira li ġiet ikkannċellata minħabba tali ċirkustanzi. |
|
17 |
Huwa f’dan il-kuntest li l-Korkein oikeus iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
|
18 |
Permezz ta’ l-ewwel domanda tagħha l-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-kunċett ta’ “li ma jitħallewx jitilgħu” fis-sens tal-Artikoli 2(j) u 4 tar-Regolament Nru 261/2004, għandux jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda biss dawk il-każijiet fejn passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu minħabba riżervazzjonijiet żejda jew inkella jekk japplikax ukoll għal każijiet fejn passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu minħabba raġunijiet oħra, bħal raġunijiet operattivi. |
|
19 |
Għandu jiġi kkonstatat li l-kliem tal-Artikolu 2(j) tar-Regolament Nru 261/2004, li jiddefinixxi l-kunċett ta’ “li ma jitħallewx jitilgħu”, ma jorbotx tali rifjut ta’ tlugħ ma sitwazzjoni ta’ “riżervazzjonijiet żejda” fuq it-titjira kkonċernata, maħluqa mit-trasportatur tal-ajru inkwistjoni għal raġunijiet ekonomiċi. |
|
20 |
Fir-rigward tal-kuntest tal-imsemmija dispożizzjoni u tal-għanijiet imfittxa mil-leġiżlazzjoni li minnha din tifforma parti, kemm mill-premessi 3, 4, 9 u 10 tar-Regolament Nru 261/2004, kif ukoll mix-xogħol preparatorju għalih, u b’mod partikolari mill-proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam ta’ kumpens tal-passiġġieri tal-ajru u ta’ assistenza fil-każijiet li ma jitħallewx jitilgħu fuq titjira jew fejn it-titjira tiġi kkanċellata jew tkun suġġetta għall-dewmien kunsiderevoli, ippreżentata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-21 ta’ Diċembru 2001 [COM(2001) 784 finali], jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried, bl-adozzjoni ta’ dan ir-regolament, inaqqas in-numru ta’ passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu kontra l-volontà tagħhom, li dak iż-żmien kien għoli ħafna, billi jimla l-lakuni tar-Regolament Nru 295/91, li kien limitat li jistabbilixxi, skont l-Artikolu 1 tiegħu, regoli minimi komuni applikabbli għall-passiġġieri li ma jitħallewx jitilgħu fuq titjira regolari li fir-rigward tagħha saru riżervazzjonijiet żejda. |
|
21 |
Huwa f’dan il-kuntest li l-imsemmi leġiżlatur, permezz tal-Artikolu 2(j) tar-Regolament Nru 261/2004, neħħa mid-definizzjoni ta’ “li ma jitħallewx jitilgħu” kull riferiment għall-kawża li għaliha trasportatur jirrifjuta li jittrasporta passiġġier. |
|
22 |
Billi għamel dan, il-leġiżlatur tal-Unjoni wessa’ l-portata tal-imsemmija definizzjoni lil hinn mis-sempliċi ċirkustanza li passiġġier ma jitħalliex jitla’ minħabba riżervazzjonijiet żejda, li kienet preċedentement prevista fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 295/91, u tagħha sens usa li jkopri l-każijiet kollha fejn trasportatur tal-ajru jirrifjuta li jittrasporta passiġġier. |
|
23 |
Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-konstatazzjoni li tgħid li jekk il-portata tal-kunċett ta’ “li ma jitħallewx jitilgħu” tiġi llimitata biss għal dawk il-każijiet fejn ikun hemm riżervazzjonijiet żejda, dan ikollu, fil-prattika, bħala effett li l-protezzjoni mogħtija lill-passiġġieri abbażi tar-Regolament Nru 261/2004 tonqos b’mod kunsiderevoli u għaldaqstant dan ikun imur kontra l-għan tal-istess regolament, espost fil-premessa 1 tiegħu, li huwa dak li jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri, fatt li jiġġustifika li d-drittijiet mogħtija minnu jiġu interpretati b’mod wiesa’ (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-10 ta’ Jannar 2006, IATA u ELFAA, C-344/04, Ġabra p. I-403, punt 69, kif ukoll tat-22 ta’ Diċembru 2008, Wallentin-Hermann, C-549/07, Ġabra p. I-11061, punt 18). |
|
24 |
Kif josserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 37 tal-konklużjonijiet tiegħu, jekk jiġi aċċettat li huma biss il-każijiet fejn ikun hemm riżervazzjonijiet żejda li huma koperti mill-kunċett ta’ “li ma jitħallewx jitilgħu”, dan ikollu bħala konsegwenza li tiġi eskluża kull protezzjoni fir-rigward ta’ passiġġieri li, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, isibu ruħhom f’sitwazzjoni li, l-istess bħal fil-każ ta’ riżervazzjonijiet żejda għal raġunijiet ekonomiċi, ma hijix imputabbli lilhom, billi jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li jinvokaw l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 261/2004, fejn l-Artikolu 4(3) jagħmel riferiment għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament li jirrigwardaw kemm id-drittijiet għal kumpens, għal rimbors jew għal rotta differenti kif ukoll dawk li jimponu fuq il-kumpannija tal-ajru l-obbligu li tieħu ħsieb il-passiġġieri, kif previsti fl-Artikoli 7 sa 9 tal-istess regolament. |
|
25 |
B’konsegwenza ta’ dan, il-fatt li trasportatur tal-ajru ma jħallix jitla’ passiġġier li ppreżenta ruħu għat-tlugħ skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2610/2004 minħabba riorganizzazzjoni tat-titjiret charter organizzati minn dan it-trasportatur għandu jiġi kklassifikat bħala kopert mill-kunċett ta’ “li ma jitħallewx jitilgħu” fis-sens tal-Artikolu 2(j) ta’ dan ir-regolament. |
|
26 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-kunċett ta’ “li ma jitħallewx jitilgħu”, fis-sens tal-Artikoli 2(j) u 4 tar-Regolament Nru 261/2004, għandu jiġi interpretat fis sens li ma jikkonċernax biss il-każijiet fejn passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu minħabba li jkunu saru riżervazzjonijiet żejda iżda wkoll il-każijiet fejn passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu għal raġunijiet oħra, bħal raġunijiet operattivi. |
Fuq it-tieni u t-tielet domandi
|
27 |
Permezz tat-tieni u tat-tielet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-fatt li jseħħu “ċirkustanzi straordinarji”, li jwasslu sabiex trasportatur tal-ajru jirriorganizza titjiret wara li jseħħu dawn iċ-ċirkustanzi, huwiex tali li jiġġustifika li passiġġier ma jitħalliex jitla’ fuq waħda minn dawn it-titjiriet sussegwenti u li jeżenta lil dan it-trasportatur mill-obbligu ta’ kumpens li huwa għandu, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 261/2004, fil-konfront tal-passiġġier li huwa ma ħalliex jitla’ fuq waħda minn dawn it-titjiriet charter organizzati wara li seħħew l-imsemmija ċirkustanzi. |
|
28 |
Fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-klassifikazzjoni ta’ “li ma jitħallewx jitilgħu”, fis-sens tal-Artikolu 2(j) tar-Regolament Nru 261/2004, tistax titwarrab biss għal raġunijiet marbuta mal-passiġġieri bħala tali jew jekk raġunijiet mhux relatati magħhom u, b’mod partikolari, li jikkonċernaw ir-riorganizzazjoni tat-titjiriet tagħhom minn trasportatur wara li jseħħu “ċirkustanzi straordinarji” li affettwawh jistgħux ukoll jostakolaw tali klassifikazzjoni. |
|
29 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li dan l-Artikolu 2(j) jeskludi l-klassifikazzjoni ta’ “li ma jitħallewx jitilgħu” għal żewġ serje ta’ raġunijiet. L-ewwel serje tirrigwarda n-nuqqas ta’ osservanza, min-naħa tal-passiġġier li ppreżenta ruħu għat-tlugħ, tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament. It-tieni serje hija marbuta ma każijiet fejn il-fatt li passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu huwa raġonevolment iġġustifikat “bħal raġunijiet ta’ saħħa, sigurezza u sigurtá, jew dokumentazzjoni ta’ l-ivjaġġar mhux xierqa”. |
|
30 |
L-ewwel serje ta’ raġunijiet ma tikkonċernax il-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fir-rigward tat-tieni serje ta’ raġunijiet, għandu jiġi osservat li ebda waħda mir-raġunijiet espliċitament imsemmija fl-imsemmi Artikolu 2(j) ma hija rilevanti fil-kawża prinċipali. Issa, billi uża l-avverbju “bħal”, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ każijiet fejn il-fatt li passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu jista’ jkun raġonevolment iġġustifikat. |
|
31 |
Għaldaqstant, minn tali formulazzjoni ma jistax jiġi dedott li każijiet fejn passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu għal raġuni operattiva bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom jiġu kkunsidrati bħala raġonevolment ġustifikati. |
|
32 |
Fil-fatt, is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija paragunabbli għal każ fejn passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu minħabba riżervazzjonijiet żejda “inizjali”, peress li t-trasportatur tal-ajru kien assenja mill-ġdid il-post tar-rikorrenti sabiex jittrasporta passiġġieri oħra, u li għalhekk għamel huwa nnifsu l-għażla bejn diversi passiġġieri li kellhom jiġu ttrasportati. |
|
33 |
Għalkemm huwa ċertament minnu li l-assenjazzjoni mill-ġdid saret sabiex jiġi evitat li l-passiġġieri kkonċernati minn titjiriet annullati minħabba ċirkustanzi straordinarji ma jkunux suġġetti għal ħin ta’ stennija twil wisq. Madankollu, l-imsemmija raġuni ma hijiex paragunabbli għal dawk espliċitament imsemmija fl-Artikolu 2(j) tar-Regolament Nru 261/2004, peress li din ir-raġuni bl-ebda mod ma hija imputabbli lill-passiġġier li ma tħalliex jitla’. |
|
34 |
Ma jistax jiġi aċċettat li trasportatur tal-ajru jista’, billi jinvoka l-interess ta’ passiġġieri oħra li jiġu ttrasportati f’terminu raġonevoli, jestendi b’mod kunsiderevoli l-każijiet fejn huwa għandu d-dritt li jirrifjuta b’mod iġġustiffikat it-tlugħ ta’ passiġġier. Dan neċessarjament ikollu bħala konsegwenza li tali passiġġier jiġi mċaħħad minn kull protezzjoni, u dan imur kontra l-għan tar-Regolament Nru 261/2004 li huwa li jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri permezz ta’ interpretazzjoni wiesgħa tad-drittijiet rikonoxxuti lill-dawn tal-aħħar. |
|
35 |
Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-possibbiltà li trasportatur tal-ajru jeżenta ruħu mill-obbligu ta’ kumpens li huwa għandu fil-każ li passiġġieri “ma jitħallewx jitilgħu”, previst fl-Artikoli 4(3) u 7 tar-Regolament Nru 261/2004, minħabba li dan ir-rifjut ikun dovut għar-riorganizzazjoni tat-titjiriet ta’ dan it-trasportatur wara li jseħħu “ċirkustanzi straordinarji”. |
|
36 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, bil-kontra tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004, l-Artikoli 2(j) u 4 tiegħu ma jipprovdux li, fil-każ fejn passiġġieri “ma jitħallewx jitilgħu” minħabba “ċirkustanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli, trasportatur tal-ajru huwa eżentat mill-obbligu tiegħu li jikkumpensa lill-passiġġieri li ma tħallewx jitilgħu kontra l-volontà tagħhom (ara, b’analoġija, is-sentenza IATA u ELFAA, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37). Minn dan isegwi li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma pprevediex li l-imsemmi kumpens jista’ jitwarrab għal raġunijiet marbuta mas-seħħ ta’ “ċirkustanzi straordinarji”. |
|
37 |
Barra minn hekk, mill-premessa 15 tar-Regolament Nru 261/2004 jirriżulta li ċ-“ċirkustanzi straordinarji” jistgħu jikkonċernaw biss “inġenju ta’ l-ajru partikolari fuq ġurnata partikolari”, li ma huwiex il-każ fil-każ fejn passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu minħabba riorganizzazzjoni tat-titjiriet wara li tali ċirkustanzi affettwaw titjira preċedenti. Fil-fatt, il-kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” huwa intiż sabiex l-obbligi tat-trasportatur tal-ajru jiġu limitati, jekk mhux saħansitra sabiex dan jiġi eżentat minnhom, meta l-ġrajja inkwistjoni ma setgħetx tiġi evitatà anki li kieku ttieħdu l-miżuri kollha raġonevoli. Issa, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 53 tal-konklużjonijiet tiegħu, jekk tali trasportatur ikun obbligat li jannulla titjira prevista fil-ġurnata ta’ strajk tal-persunal ta’ ajruport u wara jiddeċiedi li jirriorganizza t-titjiriet sussegwenti tiegħu, dan it-trasportatur bl-ebda mod ma jista’ jiġi kkunsidrat bħala li kien imġiegħel mill-imsemmi strajk sabiex ma jħallix jitla’ passiġġier li ppreżenta ruħu regolarment għat-tlugħ jumejn wara l-kanċellazzjoni tal-imsemmija titjira. |
|
38 |
Għalhekk, fid-dawl tal-ħtieġa li l-eċċezzjonijiet għad-dispożizzjonijiet li jagħtu drittijiet lill-passiġġieri jiġu interpretati b’mod strett, kif tirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Wallentin-Hermann, iċċitata iktar ’il fuq, punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata), ma hemmx lok li jiġi aċċettat li t-trasportatur tal-ajru jista’ jeżenta ruħu mill-obbligu ta’ kumpens fil-każ li passiġġieri “ma jitħallewx jitilgħu” minħabba li dan ir-rifjut joriġina mir-riorganizzazjoni tat-titjiriet ta’ dan it-trasportatur wara “ċirkustanzi straordinarji”. |
|
39 |
Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-obbligi mħallsa mit-trasportaturi tal-ajru skont ir-Regolament Nru 261/2004 huma bla ħsara għad-dritt ta’ dawn tal-aħħar li jitolbu kumpens mingħand kull persuna li kienet responsabbli għall fatt li passiġġieri “ma jitħallewx jitilgħu”, inkluż kontra terzi, kif jipprovdi l-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament. Tali kumpens jista’ għalhekk itaffi jekk mhux saħansitra jxejjen l-oneru finanzjarju sostnut minn dawn it-trasportaturi minħabba dawn l-obbligi (sentenza IATA u ELFAA, iċċitata iktar ’il fuq, punt 90). |
|
40 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, ir-risposta għat-tieni u għat-tielet domandi għandha tkun li l-Artikoli 2(j) u 4(3) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-fatt li jseħħu “ċirkustanzi straordinarji” li jwasslu sabiex trasportatur tal-ajru jirriorganizza titjiriet wara li jkunu seħħew dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex tali li jiġġustifika li passiġġieri “ma jitħallewx jitilgħu” fuq l-imsemmija titjiriet sussegwenti u lanqas ma jeżenta lil dan it-trasportatur mill-obbligu ta’ kumpens li huwa għandu, skont l-Artikolu 4(3) tal-istess regolament, fil-konfront tal-passiġġier li ma tħalliex jitla’ fuq waħda minn dawn it-titjiriet charter wara li seħħew l-imsemmija ċirkustanzi. |
Fuq l-ispejjeż
|
41 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.