Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62012CJ0192
Judgment of the Court (Second Chamber), 28 June 2012.#Melvin West.#Reference for a preliminary ruling from the Korkein oikeus.#Police and judicial cooperation in criminal matters — Framework Decision 2002/584/JHA — European arrest warrant and surrender procedures between Member States — European arrest warrant issued for the purposes of execution of a custodial sentence — Article 28 — Subsequent surrender — ‘Chain’ of European arrest warrants — Execution of a third European arrest warrant in respect of the same person — Concept of ‘executing Member State’ — Consent to surrender — Urgent preliminary ruling procedure.#Case C-192/12 PPU.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2012.
Melvin West.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus.
Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2002/584/JAI — Mandat ta’ arrest Ewropew u proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri — Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja — Artikolu 28 — Konsenja sussegwenti — ‘Sensiela’ ta’ mandati ta’ arrest Ewropej — Eżekuzzjoni tat-tielet mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront tal-istess persuna — Kunċett ta’ ‘Stat Membru ta’ eżekuzzjoni’ — Kunsens għall-konsenja — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari.
Kawża C-192/12 PPU.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2012.
Melvin West.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus.
Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2002/584/JAI — Mandat ta’ arrest Ewropew u proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri — Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja — Artikolu 28 — Konsenja sussegwenti — ‘Sensiela’ ta’ mandati ta’ arrest Ewropej — Eżekuzzjoni tat-tielet mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront tal-istess persuna — Kunċett ta’ ‘Stat Membru ta’ eżekuzzjoni’ — Kunsens għall-konsenja — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari.
Kawża C-192/12 PPU.
Rapporti tal-qorti - ġenerali
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2012:404
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
28 ta’ Ġunju 2012 ( *1 )
“Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2002/584/JAI — Mandat ta’ arrest Ewropew u proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri — Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja — Artikolu 28 — Konsenja sussegwenti — ‘Sensiela’ ta’ mandati ta’ arrest Ewropej — Eżekuzzjoni tat-tielet mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront tal-istess persuna — Kunċett ta’ ‘Stat Membru ta’ eżekuzzjoni’ — Kunsens għall-konsenja — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari”
Fil-Kawża C-192/12 PPU,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja), b’deċiżjoni tal-24 ta’ April 2012, li waslet għand il-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess jum, fil-proċedura dwar l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ fil-konfront ta’
Melvin West,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tal-Awla, U. Lõhmus, A. Rosas, A. Arabadjiev (Relatur) u C. G. Fernlund, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,
Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,
wara li rat it-talba tal-qorti tar-rinviju tal-24 ta’ April 2012, li waslet għand il-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess jum, li r-rinviju preliminari jiġi ssuġġettat għall-proċedura b’urġenza, b’mod konformi mal-Artikolu 104(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,
wara li rat id-deċiżjoni tat-3 ta’ Mejju 2012 tat-Tieni Awla li tilqa’ din it-talba,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-4 ta’ Ġunju 2012,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
| 
                —  | 
            
                għal M. West, minn R. Sorsa, asianajaja,  | 
         
| 
                —  | 
            
                għall-Virallinen syyttäjä, minn M. Mäkelä, kihlakunnansyyttäjä,  | 
         
| 
                —  | 
            
                għall-Gvern Finlandiż, minn J. Heliskoski, bħala aġent,  | 
         
| 
                —  | 
            
                għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u J.-S. Pilczer kif ukoll minn N. Rouam u B. Beaupère-Manokha, bħala aġenti,  | 
         
| 
                —  | 
            
                għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér, bħala aġent,  | 
         
| 
                —  | 
            
                għall-Gvern tar-Renju Unit, minn J. Beeko, bħala aġent,  | 
         
| 
                —  | 
            
                għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Bogensberger u I. Koskinen, bħala aġenti,  | 
         
wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali,
tagħti l-preżenti
Sentenza
| 
                1  | 
            
                It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/JAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34), kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/JAI, tas-26 ta’ Frar 2009 (ĠU L 81, p. 24, iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni Qafas”).  | 
         
| 
                2  | 
            
                Din it-talba tressqet fil-kuntest tal-eżekuzzjoni fil-Finlandja ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ fil-31 ta’ Awwissu 2007 mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fil-konfront ta’ M. West, ċittadin tar-Renju Unit, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ tliet snin priġunerija li ġie kkundannat għaliha minħabba s-serq ta’ mapep ġeografiċi antiki u rari.  | 
         
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
| 
                3  | 
            
                Mill-informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fl-1 ta’ Mejju 1999 (ĠU L 114, p. 56), jirriżulta li r-Repubblika tal-Finlandja għamlet dikjarazzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 35(2) UE li biha aċċettat il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi skont il-modalitajiet previsti fl-Artikolu 35(3)(b) UE.  | 
         
| 
                4  | 
            
                Skont l-Artikolu 10(1) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji annessi mat-Trattat FUE, il-poteri tal-Qorti tal-Ġustizzja taħt it-Titolu VI tat-Trattat UE, fil-verżjoni tiegħu qabel it-Trattat ta’ Lisbona, ma nbidlux fir-rigward tal-atti tal-Unjoni li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, inkluż fejn dawn ġew aċċettati taħt l-Artikolu 35(2) UE.  | 
         
| 
                5  | 
            
                Il-premessi 1, 5 sa 7 u 10 tad-Deċiżjoni Qafas huma mfassla b’dan il-mod: 
 […] 
 
 
 […] 
  | 
         
| 
                6  | 
            
                L-Artikolu 1(1) u (2) tad-Deċiżjoni Qafas jiddefinixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew u l-obbligu li jiġi eżegwit fit-termini segwenti: “1. Il-mandat ta’ arrest Ewropew hija deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn Stat Membru bl-iskop ta’ l-arrest u l-konsenja minn Stat Membru ieħor ta’ persuna rikjesta, għall-finijiet tat-tmexxija ta’ azzjoni kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni. 2. L-Istati Membri għandhom jesegwixxu kwalunkwe mandat ta’ arrest Ewropew abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru.”  | 
         
| 
                7  | 
            
                L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas jelenka r-“[r]aġunijiet għan-non-esekuzzjoni obbligatorja biex ma jiġix esegwit mandat ta’ arrest Ewropew”.  | 
         
| 
                8  | 
            
                L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat “Raġunijiet għan-nuqqas ta’ esekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew”, isemmi dawn ir-raġunijiet u f’dan ir-rigward jipprovdi: “L-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni tista’ tirrifjuta li tesegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew: […] 
  | 
         
| 
                9  | 
            
                L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat “Garanziji li għandhom jingħataw mill-Istat Membru f’każijiet partikolari”, jipprovdi: “L-esekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew mill-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni tista’, mil-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni, tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin: […] 
  | 
         
| 
                10  | 
            
                L-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat “Deċiżjoni dwar il-konsenja”, jipprovdi fil-paragrafu 2 tiegħu: “Jekk l-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni ssib li l-informazzjoni kkomunikata mill-Istat Membru emittenti mhijiex suffiċjenti biex tiddeċiedi dwar il-konsenja, għandha titlob li l-informazzjoni supplementarja meħtieġa, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-Artikoli 3 sa 5 u l-Artikolu 8, tiġi mogħtija bħala kwistjoni ta’ urġenza u tista’ tistabbilixxi limitu ta’ żmien għall-wasla tagħha, waqt li tittieħed f’konsiderazzjoni l-ħtieġa li jkunu mħarsin il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 17.”  | 
         
| 
                11  | 
            
                Taħt it-titolu “Azzjoni kriminali possibbli għal reati oħra”, l-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni Qafas huwa mfassal b’dan il-mod: “1. Kull Stat Membru jista’ jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li, fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ Stati Membri oħra li taw l-istess notifika, il-kunsens hu kkunsidrat li ġie mogħti għall-azzjoni kriminali, l-għoti ta’ sentenza jew id-detenzjoni bil-għan li tiġi skontata piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha, barra dak li għaliha ġiet konsenjata, sakemm f’każ partikolari l-awtorità ġudizzjaraja ta’ esekuzzjoni ma tiddikjarax mod ieħor fid-deċiżjoni tagħha dwar il-konsenja. 2. Ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3, persuna konsenjata ma tistax tiġi pproċessata, mogħtija sentenza jew b’xi mod ieħor miċħuda mil-libertà tagħha għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha minbarra dak li għalih ġiet konsenjata l-persuna. 3. Il-paragrafu 2 ma japplikax fil-każijiet li ġejjin: 
 
 
 
 
 
 
 4. Talba għal kunsens għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni, flimkien ma’ l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) u traduzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 8(2). Il-kunsens għandu jingħata meta r-reat li għalih hu mitlub hu stess hu soġġett għall-konsenja skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru. Il-kunsens għandu jiġi rrifjutat għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u barra minn hekk jista’ jiġi rrifjutat biss għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 4. Id-deċiżjoni għandha tiġi meħuda mhux aktar tard minn 30 jum wara l-wasla tat-talba. Għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 l-Istat Membru emittenti għandu jagħti l-garanziji previsti fih.”  | 
         
| 
                12  | 
            
                Skont l-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat “Konsenja jew estradizzjoni sussegwenti”: “1. Kull Stat Membru jista’ jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li, fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ Stati Membri oħra li taw l-istess notifika, il-kunsens għall-konsenja ta’ persuna lil Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni skond mandat ta’ arrest Ewropew li nħareġ għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha hu kkunsidrat li ngħata, ħlief jekk f’każ partikolari l-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni tiddikjara mod ieħor fid-deċiżjoni tagħha dwar il-konsenja. 2. Fi kwalunkwe każ, persuna li ġiet konsenjata lill-Istat Membru emittenti skond mandat ta’ arrest Ewropew tista’, mingħajr il-kunsens ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni, tiġi konsenjata lil Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni skond mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għal kwalunkwe reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha fil-każijiet li ġejjin: 
 
 
 3. L-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni tagħti l-kunsens għall-konsenja lil Stat Membru ieħor skond ir-regoli li ġejjin: 
 
 
 
 4. Minkejja l-paragrafu 1, persuna li ġiet konsenjata skond mandat ta’ arrest Ewropew m’għandhiex tiġi estradita lejn Stat terz mingħajr il-kunsens ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li kkonsenja l-persuna. Dan il-kunsens għandu jingħata skond il-Konvenzjonijiet li bihom dak l-Istat Membru hu marbut, kif ukoll il-liġi domestika tiegħu.”  | 
         
| 
                13  | 
            
                L-Artikolu 32 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat “Dispożizzjoni transitorja”, jipprovdi: “It-talbiet għall-estradizzjoni riċevuti qabel l-1 ta’ Jannar 2004 jkomplu jkunu rregolati minn istrumenti eżistenti dwar l-estradizzjoni. It-talbiet riċevuti wara dik id-data jkunu rregolati mir-regoli adottati mill-Istati Membri skond din id-Deċiżjoni Kwadru. Madankollu, kwalunkwe Stat Membru jista’, fil-ħin ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru mill-Kunsill, jagħmel dikjarazzjoni li tindika li bħala Stat Membru ta’ esekuzzjoni hu ser ikompli jittratta talbiet dwar atti mwettqin qabel data li jispeċifika skond is-sistema ta’ estradizzjoni applikabbli qabel l-1 ta’ Jannar 2004. Id-data in kwistjoni ma tistax tkun aktar tard mis-7 ta’ Awissu 2002. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin.”  | 
         
Id-dritt Finlandiż
| 
                14  | 
            
                Skont l-Artikolu 61 tal-Liġi 1286/2003, dwar il-konsenja bejn ir-Repubblika tal-Finlandja u l-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea [rikoksen johdosta tapahtuvasta luovuttamisesta Suomen ja muiden Euroopan unionin jäsenvaltioiden välillä annettu laki (1286/2003)], tat-30 ta’ Diċembru 2003, persuna kkonsenjata minn Stat Membru lir-Repubblika tal-Finlandja ma tistax tiġi kkonsenjata lil Stat Membru ieħor, ħlief, b’mod partikolari, meta l-Istat Membru li kkonsenjaha jagħti l-kunsens tiegħu sabiex issir deroga minn din il-projbizzjoni.  | 
         
| 
                15  | 
            
                Mill-Artikolu 62 tal-liġi msemmija, moqri flimkien mal-Artikolu 61 tagħha, jirriżulta li, jekk Stat Membru jitlob il-konsenja ta’ persuna diġà kkonsenjata lir-Repubblika tal-Finlandja minn Stat Membru ieħor, u din il-persuna topponi għal din il-konsenja l-ġdida, huwa l-ministeru pubbliku kompetenti li għandu jressaq it-talba għall-kunsens għal din il-konsenja lill-Istat Membru li minnu l-persuna msemmija ġiet ikkonsenjata lir-Repubblika tal-Finlandja.  | 
         
Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
Il-fatti li wasslu għall-kawża
| 
                16  | 
            
                M. West kien is-suġġett ta’ tliet mandati ta’ arrest Ewropej suċċessivi.  | 
         
| 
                17  | 
            
                L-ewwel mandat ta’ arrest Ewropew inħareġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi fl-14 ta’ Marzu 2005 bil-għan li jitressqu proċeduri kriminali fil-konfront ta’ M. West għal serq ta’ mapep ġeografiċi antiki u rari mwettaq fis-26 ta’ Ottubru 1999 u fil-5 ta’ Settembru 2000 mill-Bibliothèque nationale de France. Dan il-mandat ta’ arrest, wara li ġie inizjalment trażmess permezz tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen (SIS) u tal-Interpol, intbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, meta M. West kien dak iż-żmien jinsab taħt detenzjoni f’dan l-Istat Membru. Fil-15 ta’ Frar 2007, peress li ma setax jikseb il-konsenja ta’ M. West b’eżekuzzjoni ta’ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew, it-Tribunal de grande instance de Paris ikkundannah, fil-kontumaċja, għal piena ta’ tliet snin priġunerija. Konsegwentement, fil-31 ta’ Awwissu 2007, l-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi ħarġu mandat ta’ arrest Ewropew ġdid għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ din il-piena ta’ kustodja, li ġie trażmess permezz tas-SIS u tal-Interpol.  | 
         
| 
                18  | 
            
                It-tieni mandat ta’ arrest Ewropew inħareġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Finlandiżi fid-9 ta’ Diċembru 2009 għall-finijiet tal-eżekuzzjoni minn M. West ta’ piena ta’ kustodja, ikkonfermata fl-appell mis-sentenza tal-31 ta’ Mejju 2002 tal-Helsingin hovioikeus (Qorti tal-Appell ta’ Helsinki), minħabba s-serq imwettaq minnu fil-Bibljoteka tal-Università ta’ Helsinki (il-Finlandja) matul il-perijodu bejn it-22 u s-26 ta’ Frar 2001.  | 
         
| 
                19  | 
            
                It-tielet mandat ta’ arrest Ewropew inħareġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Ungeriżi fl-1 ta’ April 2010 għall-finijiet ta’ proċedura kriminali miftuħa kontra M. West, li ġie mfittex minħabba li kkaġuna ħsara, matul il-perijodu mis-16 sat-18 ta’ Awwissu 2000, fil-Bibljoteka Nazzjonali Széchenyi (l-Ungerija), lil diversi atlasijiet tas-seklu XVII ta’ valur kbir, billi qala’ tmien twavel minnhom sabiex jieħu l-pussess tagħhom.  | 
         
Il-proċeduri ta’ konsenja fir-rigward ta’ M. West
| 
                20  | 
            
                F’data li ma tirriżultax mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja, l-awtoritajiet ġudizzjarji tar-Renju Unit, b’eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Ungeriżi, ikkonsenjaw lil M. West lill-Ungerija. Din il-konsenja ma ġiet issuġġettata għal ebda kundizzjoni. Il-Budai Központi kerületi bíróság [Tribunal tad-distrett taċ-ċentru ta’ Buda (l-Ungerija)] ikkundanna lil M. West għal piena ta’ sittax-il xahar priġunerija minħabba s-serq li kien ġie akkużat bih. B’deċiżjoni tas-27 ta’ Jannar 2011, il-Fővárosi Bíróság (Qorti ta’ Budapest), wara li kkonstatat li l-kundizzjonijiet għall-konsenja ta’ M. West kienu ġew sodisfatti kemm abbażi tal-mandat ta’ arrest ippreżentat mill-awtoritajiet ġudizzjarji Finlandiżi kif ukoll fir-rigward ta’ dak ippreżentat mill-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi, adottat deċiżjoni fejn ordnat il-konsenja ta’ M. West lir-Repubblika tal-Finlandja. Mill-imsemmi proċess jirriżulta li l-awtorità ġudizzjarja tar-Renju Unit tat il-kunsens tagħha għal din il-konsenja mingħajr ma ssuġġettatha għal ebda kundizzjoni.  | 
         
| 
                21  | 
            
                Fil-15 ta’ Settembru 2011, l-Ungerija kkonsenjat lil M. West lir-Repubblika tal-Finlandja bis-saħħa tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ dan l-aħħar Stat Membru għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tal-piena ta’ priġunerija li kien ġie kkundannat għaliha mill-Helsingin hovioikeus. Kien baqagħlu jgħaddi 17-il xahar priġunerija. Id-data għal-liberazzjoni ta’ M. West kienet ġiet iffissata għad-29 ta’ April 2012. Fil-25 ta’ Jannar 2012, il-Ministeru tal-Amministrazzjoni Pubblika u tal-Ġustizzja Ungeriż bagħat lill-Virallinen syyttäjä (Ministeru Pubbliku Finlandiż) ittra li tinforma lil dan tal-aħħar bid-deċiżjoni tal-Fővárosi Bíróság tas-27 ta’ Jannar 2011. Din l-ittra kienet tispeċifika li din il-qorti kienet iddeċidiet li, “ladarba l-proċedura Finlandiża tkun [ġiet] konkluża, l-interessat għandu jiġi kkonsenjat lill-awtoritajiet Franċiżi”.  | 
         
| 
                22  | 
            
                Fid-9 ta’ Frar 2012, il-Virallinen syyttäjä ressaq quddiem il-Helsingin käräjäoikeus (Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Helsinki) talba intiża sabiex M. West, b’eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi fil-31 ta’ Awwissu 2007, jiġi kkonsenjat lir-Repubblika Franċiża, filwaqt li speċifika li l-Ungerija kienet tat il-kunsens tagħha għal din il-konsenja. Mill-osservazzjonijiet ippreżentati waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Virallinen syyttäjä kien beda wkoll proċeduri, permezz tal-pulizija ġudizzjarja ċentrali, sabiex ikun jaf jekk ir-Renju Unit kienx ta l-kunsens tiegħu għal din il-konsenja. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-aħħar Stat Membru rrispondew li d-deċiżjoni dwar il-konsenja ta’ M. West lir-Repubblika Franċiża kellha tittieħed mill-awtoritajiet Finlandiżi. Fir-risposti tiegħu għad-domandi bil-miktub tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Renju Unit, min-naħa tiegħu, speċifika f’dan ir-rigward li r-Repubblika tal-Finlandja kienet talbitu l-kunsens tiegħu għall-konsenja ta’ M. West lir-Repubblika Franċiża, iżda li huwa ma kienx ta dan il-kunsens.  | 
         
| 
                23  | 
            
                B’deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2012, il-Helsingin käräjäoikeus awtorizza l-konsenja ta’ M. West lir-Repubblika Franċiża. Dan tal-aħħar appella minn din id-deċiżjoni quddiem il-Korkein oikeus. M. West jikkontesta tali konsenja għar-raġuni li r-Renju Unit ma tax il-kunsens tiegħu għal din it-tielet konsenja. Min-naħa l-oħra, il-Virallinen syyttäjä jikkunsidra li l-konsenja msemmija teħtieġ biss il-kunsens tal-Ungerija, għaliex dan l-Istat Membru huwa dak li minnu M. West ġie effettivament ikkonsenjat lir-Repubblika tal-Finlandja.  | 
         
Id-deċiżjoni tar-rinviju
| 
                24  | 
            
                Fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, il-Korkein oikeus tesponi li hija għandha tiddeċiedi dwar il-punt jekk, b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas, il-konsenja mitluba mill-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi teħtieġx il-kunsens ta’ Stat Membru ieħor minbarra l-Ungerija. F’dan il-każ, la huwa stabbilit u lanqas allegat li r-Renju Unit ta l-kunsens tiegħu għall-konsenja ta’ M. West lir-Repubblika Franċiża. Min-naħa l-oħra, l-Ungerija tat il-kunsens tagħha għal dan il-għan.  | 
         
| 
                25  | 
            
                Skont il-Korkein oikeus, il-ħtieġa tal-kunsens tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni skont tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas ma hijiex kwistjoni ta’ dritt nazzjonali. Il-funzjonament tas-sistema stabbilita mid-Deċiżjoni Qafas teħtieġ interpretazzjoni uniformi f’dan ir-rigward.  | 
         
| 
                26  | 
            
                Il-Korkein oikeus tesponi li f’dan il-każ, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28(2)(a) u (b) tad-Deċiżjoni Qafas ma humiex sodisfatti. Min-naħa l-oħra, il-paragrafu (2)(c) ta’ dan l-Artikolu jista’ jkun rilevanti. Skont din id-dispożizzjoni, li tirreferi għall-Artikolu 27(3)(g) tad-Deċiżjoni Qafas, ma huwiex meħtieġ kunsens speċjali tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għal konsenja sussegwenti jekk l-“l-awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni li kkonsenjat il-persuna” tagħti l-kunsens tagħha għal miżuri ġodda ta’ proċeduri kriminali jew kundanna. Madankollu, jeżisti dubju fuq il-punt jekk, b’“awtorità ġudizzjarja ta’ esekuzzjoni li kkonsenjat il-persuna”, għandux jinftiehem l-awtorità ta’ Stat Membru strettament identiku għal dak li jissemma fil-bidu tal-Artikolu 28(2) bħala l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.  | 
         
| 
                27  | 
            
                Il-qorti tar-rinviju tqis li l-kliem tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas jidher li jindika li l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni li l-kunsens tiegħu huwa meħtieġ huwa dak l-Istat Membru li kkonsenja l-aħħar lill-persuna lill-Istat Membru li lilu ġie ppreżentat il-mandat ta’ arrest il-ġdid attwali. Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-għan ġenerali tad-Deċiżjoni Qafas, li skontu l-proċedura ta’ konsenja għandha teħtieġ l-inqas verifiki possibbli. Għalkemm din l-interpretazzjoni tapplika mingħajr diffikultà fil-każ ta’ konsenji bejn tliet Stati Membri, dan ma huwiex il-każ meta l-konsenja tikkonċerna lil erba’ Stati Membri. Għalhekk, f’dan il-każ, il-kwistjoni hija dwar jekk ir-Renju Unit żammx is-setgħa tal-kunsens tiegħu anki wara li M. West ġie kkonsenjat mill-Ungerija lir-Repubblika tal-Finlandja.  | 
         
| 
                28  | 
            
                Il-Korkein oikeus tqis li għandu jinstab x’inhu l-iskop wara tali kunsens. Ir-raġunijiet ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva tal-mandat ta’ arrest Ewropew stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas jistgħu jkunu rilevanti f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5 tagħha, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tipprevedi ċerti kundizzjonijiet għall-konsenja tal-persuni li huma ċittadini u residenti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.  | 
         
| 
                29  | 
            
                Skont il-qorti msemmija, il-kunsiderazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawn id-dispożizzjonijiet jimmilitaw favur interpretazzjoni tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas li skontha l-pożizzjoni tal-Istat Membru inizjalment responsabbli mill-eżekuzzjoni ma tistax tiddgħajjef minħabba li, wara ksur, dan l-Istat Membru ta l-kunsens tiegħu għal konsenja sussegwenti tal-persuna kkonċernata. Għalhekk, din il-konsenja sussegwenti ma għandhiex l-effett li tittrasferixxi l-kompetenza u s-setgħa ta’ evalwazzjoni lill-Istat Membru li jinsab l-aħħar fil-katina tal-konsenji li jikkonċernaw lill-istess persuna. Fil-fatt, l-unika rabta bejn Stat Membru li wettaq konsenja sussegwenti u l-persuna pproċessata hija limitata għall-proċedura penali li t-trattament u l-eżekuzzjoni tagħha diġà ntemmu qabel il-konsenja ta’ din tal-aħħar lil Stat Membru ieħor.  | 
         
| 
                30  | 
            
                F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Korkein oikeus iddeċiediet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja: “Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas […], l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandu jinftiehem li huwa l-Istat Membru li minnu l-persuna kienet inizjalment ikkonsenjata lejn Stat Membru ieħor skont il-mandat ta’ arrest Ewropew, jew huwa dan it-tieni Stat Membru li minnu dik il-persuna kienet ikkonsenjata lit-tielet Stat membru, li issa huwa mitlub jikkonsenja l-persuna lir-raba’ Stat Membru? Jew huwa eventwalment meħtieġ il-kunsens taż-żewġ Stati Membri?”  | 
         
| 
                31  | 
            
                B’deċiżjoni distinta mogħtija wkoll fl-24 ta’ April 2012, il-Korkein oikeus ordna d-detenzjoni ta’ M. West.  | 
         
Fuq il-proċedura ta’ urġenza
| 
                32  | 
            
                B’talba distinta tal-24 ta’ April 2012, ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-istess jum, il-Korkein oikeus talbet li dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jkun suġġett għall-proċedura b’urġenza stabbilita fl-Artikoli 23(a) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u 104(b) tar-Regoli tal-Proċedura ta’ din tal-aħħar.  | 
         
| 
                33  | 
            
                Il-qorti tar-rinviju mmotivat din it-talba billi esponiet li, wara l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi, id-detenzjoni ta’ M. West fil-Finlandja, li kienet fil-prinċipju tispiċċa fid-29 ta’ April 2012, ġiet imtawwla. Peress li M. West ġie mċaħħad mil-libertà tiegħu, il-proċedura ta’ urġenza hija meħtieġa b’mod assolutament imperattiv minħabba ċ-ċertezza legali li dan tal-aħħar huwa intitolat għaliha.  | 
         
| 
                34  | 
            
                Fuq proposta tal-imħallef relatur, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, it-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tilqa’ t-talba tal-qorti tar-rinviju sabiex tisma’ r-rinviju għal deċiżjoni preliminari skont il-proċedura b’urġenza.  | 
         
Fuq id-domanda preliminari
| 
                35  | 
            
                Preliminarjament, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punti 3 u 4 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja, f’dan il-każ, għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas bis-saħħa tal-Artikolu 10(1) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji. Barra minn hekk, għandu jiġi speċifikat li, skont l-Artikolu 32 tad-Deċiżjoni Qafas imsemmija, din tapplika għal talbiet marbuta ma’ fatti li, bħal dawk fil-kawża prinċipali, seħħew qabel l-1 ta’ Jannar 2004, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni ma jkunx għamel dikjarazzjoni fejn jindika li se jkompli jipproċessa dawn it-talbiet skont is-sistema ta’ estradizzjoni applikabbli qabel dik id-data. Huwa stabbilit li la r-Renju Unit u lanqas l-Ungerija, li t-tnejn diġà wettqu l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront ta’ M. West, kif ukoll ir-Repubblika tal-Finlandja, li hija mitluba, fil-kawża prinċipali, sabiex teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew ieħor fil-konfront ta’ M. West, ma għamlu tali dikjarazzjoni.  | 
         
| 
                36  | 
            
                Bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas għandux jiġi interpretat fis-sens li, meta persuna kienet is-suġġett ta’ iktar minn konsenja waħda bejn Stati Membri bis-saħħa ta’ mandati ta’ arrest Ewropej suċċessivi, il-konsenja sussegwenti ta’ din il-persuna lil Stat Membru differenti minn dak li kkonsenjaha l-aħħar hijiex suġġetta għall-kunsens tal-Istat Membru li wettaq il-konsenja inizjali tagħha, għall-kunsens tal-Istat Membru li wettaq l-aħħar konsenja tagħha, jew għall-kunsens ta’ kull wieħed mill-Istati Membri li wettqu l-konsenja tagħha.  | 
         
| 
                37  | 
            
                Din id-domanda tikkonċerna s-sitwazzjoni ta’ M. West, ċittadin u resident tar-Renju Unit, li ġie kkonsenjat mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ dan l-Istat Membru (iktar ’il quddiem l-“ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni”) lill-Ungerija bis-saħħa ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Ungeriżi bil-għan li jiġu eżerċitati proċeduri kriminali, qabel ma ġie sussegwentement ikkonsenjat mill-Ungerija (iktar ’il quddiem it-“tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni”) lir-Repubblika tal-Finlandja bis-saħħa ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Finlandiżi bil-għan li tiġi eżegwita piena ta’ kustodja, u li issa huwa s-suġġett ta’ proċedura intiża għall-konsenja tiegħu minn dan l-aħħar Stat Membru (iktar ’il quddiem it-“tielet Stat Membru ta’ eżekuzzjoni”) lir-Repubblika Franċiża bis-saħħa ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Franċiżi għall-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja imposta fil-kontumaċja għal reati mwettqa qabel l-ewwel konsenja.  | 
         
| 
                38  | 
            
                It-tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni ta l-kunsens tiegħu għall-konsenja ta’ M. West lir-Repubblika Franċiża mit-tielet Stat Membru ta’ eżekuzzjoni. Min-naħa l-oħra, il-proċess ma jippermettix li jsir magħruf, hekk kif jirriżulta mill-punt 22 ta’ din is-sentenza, jekk l-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni tax il-kunsens tiegħu wkoll.  | 
         
| 
                39  | 
            
                F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-konsenja ta’ M. West mit-tielet Stat Membru ta’ eżekuzzjoni lir-Repubblika Franċiża teħtieġx li jinkiseb, minbarra l-kunsens diġà mogħti mit-tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, anki l-kunsens tal-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, jew jekk huwiex biżżejjed li jinkiseb il-kunsens ta’ wieħed minn dawn iż-żewġ Stati Membri ta’ eżekuzzjoni.  | 
         
| 
                40  | 
            
                Mill-kliem tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas jirriżulta li, fil-prinċipju, persuna li ġiet ikkonsenjata lill-Istat Membru emittenti bis-saħħa ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ma tistax tiġi kkonsenjata lil Stat Membru differenti mill-“Istat Membru ta’ esekuzzjoni” bis-saħħa ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għal kwalunkwe reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha lil dan l-Istat Membru emittenti mingħajr “il-kunsens ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni”.  | 
         
| 
                41  | 
            
                Abbażi tar-regola tal-ispeċjalità stabbilita fl-Artikolu 27(2) tad-Deċiżjoni Qafas, li tgħid li persuna li ġiet ikkonsenjata ma tistax tiġi pproċessata, mogħtija sentenza jew b’xi mod ieħor miċħuda mil-libertà tagħha għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha minbarra dak li għalih ġiet ikkonsenjata (ara s-sentenza tal-1 ta’ Diċembru 2008, Leymann u Pustovarov, C-388/08 PPU, Ġabra p. I-8983, punt 43), ir-regola stabbilita fl-Artikolu 28(2) tal-istess Deċiżjoni Qafas tagħti lill-persuna rikjesta d-dritt li ma tiġix ikkonsenjata lil Stat Membru differenti mill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni bil-għan li tiġi eżerċitata proċedura kriminali jew tiġi eżegwita piena ta’ kustodja għal kwalunkwe reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha lill-Istat Membru emittenti.  | 
         
| 
                42  | 
            
                B’mod konformi mal-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni Qafas, kull Stat Membru jista’ jirrinunzja għall-applikazzjoni tar-regola stabbilita fil-punt preċedenti billi jwettaq in-notifika stabbilita f’din id-dispożizzjoni. Madankollu, f’dan il-każ huwa stabbilit li ebda wieħed mill-Istati Membri involuti fl-eżekuzzjoni tal-mandati ta’ arrest Ewropej suċċessivi maħruġa fil-konfront ta’ M. West ma wettaq tali notifika.  | 
         
| 
                43  | 
            
                Barra minn hekk, ir-regola stabbilita fl-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas tinkludi tliet eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) ta’dan l-istess paragrafu, li madankollu ma japplikawx fil-kawża prinċipali. B’mod partikolari, huwa stabbilit li l-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, waqt l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Ungeriżi fil-konfront ta’ M. West intiż għall-konsenja tiegħu lill-Ungerija, ma rrinunzjax għar-regola ta’ speċjalità stabbilita fl-Artikolu 28(2)(c) tad-Deċiżjoni Qafas u, konsegwentement, ma rrinunzjax milli jagħti l-kunsens meħtieġ mill-imsemmi Artikolu 28(2) fil-każ ta’ konsenja sussegwenti lil Stat Membru ieħor għal reati mwettqa qabel il-konsenja ta’ M. West lill-Ungerija.  | 
         
| 
                44  | 
            
                Huwa barra minn hekk stabbilit li l-Ungerija, bħala t-tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, waqt l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Finlandiżi intiż għall-konsenja ta’ M. West lir-Repubblika tal-Finlandja, talbet il-kunsens tal-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni għal din il-konsenja, u li dan l-aħħar Stat Membru ta l-kunsens tiegħu għal tali konsenja.  | 
         
| 
                45  | 
            
                Minn dan jirriżulta li l-konsenja ta’ persuna bħal M. West fil-kawża prinċipali teħtieġ il-kunsens stabbilit fl-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas.  | 
         
| 
                46  | 
            
                Fir-rigward tal-kwistjoni jekk il-kunsens meħtieġ għall-konsenja tal-persuna kkonċernata għandux jingħata minn wieħed biss jew minn tnejn mill-Istati Membri li eżegwixxew mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ fil-konfront tagħha, l-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas, hekk kif irrilevat il-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, jista’ jkun is-suġġett ta’ tliet interpetazzjonijiet differenti f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Skont l-ewwel interpretazzjoni, din id-dispożizzjoni teħtieġ il-kunsens kemm tal-ewwel kif ukoll tat-tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni. Skont it-tieni interpretazzjoni, huwa meħtieġ biss il-kunsens tal-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni. Finalment, skont it-tielet interpretazzjoni, id-dispożizzjoni msemmija teħtieġ li jinkiseb biss-il-kunsens tat-tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni.  | 
         
| 
                47  | 
            
                M. West, kif ukoll il-Gvernijiet tal-Finlandja u ta’ Franza essenzjalment jipproponu li tiġi adottata l-ewwel interpretazzjoni. F’dan ir-rigward, filwaqt li M. West u l-Gvern Finlandiż iqisu li t-tielet Stat Membru ta’ eżekuzzjoni għandu jitlob fl-istess ħin il-kunsens tal-ewwel u tat-tieni Stati Membri ta’ eżekuzzjoni, il-Gvern Franċiż josserva li kull Stat Membru ta’ eżekuzzjoni huwa marbut li japplika huwa stess l-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas, b’tali mod li, fil-kawża prinċipali, it-tielet Stat Membru ta’ eżekuzzjoni għandu jitlob biss il-kunsens tat-tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, peress li dan tal-aħħar huwa marbut min-naħa tiegħu li jitlob il-kunsens tal-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni.  | 
         
| 
                48  | 
            
                Il-Virallinen syyttäjä jippreferi, min-naħa tiegħu, it-tielet interpretazzjoni sabiex tiġi żgurata l-fluwidità tal-konsenji, għalkemm ma jeskludix, sussidjarjament, it-tieni interpretazzjoni. Il-Kummissjoni tqis ukoll li għandha tingħata preferenza lit-tielet interpretazzjoni, peress li din hija bbażata fuq il-kliem tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas u peress li din hija l-iktar waħda konformi mal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku. Madankollu, il-Kummissjoni tirrileva li t-tieni interpretazzjoni hija kkorroborata mill-għan intiż għaż-żamma ta’ ċertu kontroll minn distanza tal-persuni li kienu s-suġġett ta’ konsenja kif ukoll mir-rieda li tiġi żgurata kjarezza ikbar tas-sistema ta’ konsenja billi jkun meħtieġ il-kunsens tal-istess Stat Membru ta’ eżekuzzjoni jkun xi jkun in-numru ta’ konsenji. Kemm il-Virallinen syyttäjä kif ukoll il-Kummissjoni jirrifjutaw l-ewwel interpretazzjoni.  | 
         
| 
                49  | 
            
                Sabiex tiġi evalwata l-portata tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas u, b’mod iktar partikolari, tat-termini “Stat Membru ta’ eżekuzzjoni”, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-kliem ta’ din id-dispożizzjoni kif ukoll l-għan imfittex mid-Deċiżjoni Qafas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Leymann u Pustovarov, iċċitata iktar ’il fuq, punt 46).  | 
         
| 
                50  | 
            
                Fl-ewwel lok, f’dak li jirrigwarda l-kliem tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas, għandu jitfakkar li, skont din id-dispożizzjoni, hekk kif diġà ġie kkonstatat fil-punt 40 ta’ din is-sentenza, meta ma tkun tapplika ebda waħda mill-eċċezzjonijiet stabbiliti f’dan l-artikolu, persuna li ġiet ikkonsenjata lill-Istat Membru emittenti bis-saħħa ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ma tistax tiġi kkonsenjata minn dan l-Istat lil Stat Membru differenti mill-“Istat Membru ta’ esekuzzjoni” bis-saħħa ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għal ksur imwettaq qabel il-konsenja, mingħajr il-kunsens tal-imsemmi “[S]tat Membru ta’ esekuzzjoni”.  | 
         
| 
                51  | 
            
                Minn dan il-kliem jirriżulta li, anki jekk l-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas ma jikkunsidrax b’mod ċar sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-persuna rikjesta tkun is-suġġett ta’ tliet talbiet għal konsenja suċċessivi, fis-sistema stabbilita minn din id-dispożizzjoni, li tirrigwarda l-konsenja sussegwenti mill-Istat Membru emittenti ta’ persuna li diġà ġiet ikkonsenjata lilu, il-kunċett ta’ “[S]tat Membru ta’ esekuzzjoni” jirreferi, kif osservaw il-qorti tar-rinviju, il-Gvern Franċiż, u l-Kummissjoni, għall-Istat Membru li wettaq l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew li bis-saħħa tiegħu l-persuna kkonċernata ġiet ikkonsenjata lil dan l-Istat Membru emittenti u li jagħti lil dan tal-aħħar is-setgħa li jikkonsenja lil din il-persuna, bħala Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, lil Stat Membru ieħor.  | 
         
| 
                52  | 
            
                Minn dan jirriżulta li, f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali, il-kunċett ta’ “[S]tat Membru ta’ esekuzzjoni” li jinsab fl-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas jirreferi għall-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji Finlandiżi intiż għall-konsenja ta’ M. West mill-Ungerija lir-Repubblika tal-Finlandja u, għalhekk, dan il-kunċett jirreferi għat-tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, jiġifieri dak li wettaq l-aħħar konsenja ta’ M. West lill-Istat Membru li, bħala t-tielet Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, huwa mitlub f’din il-kawża li jikkonsenja lil din il-persuna lir-Repubblika Franċiża bis-saħħa ta’ mandat ta’ arrest maħruġ mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ dan tal-aħħar.  | 
         
| 
                53  | 
            
                Fit-tieni lok, f’dak li jirrigwarda l-għan segwit mid-Deċiżjoni Qafas, għandu jitfakkar li din hija intiża, b’mod partikolari, sabiex tiffaċilita u tħaffef il-kooperazzjoni ġudizzjarja (ara s-sentenzi tat-3 ta’ Mejju 2007, Advocaten voor de Wereld, C-303/05, Ġabra p. I-3633, punt 31; tat-12 ta’ Awwissu 2008, Santesteban Goicoechea, C-296/08 PPU, Ġabra p. I-6307, punti 51, 55 u 76, kif ukoll Leymann u Pustovarov, iċċitata iktar ’il fuq, punt 42). B’hekk, din id-Deċiżjoni Qafas hija intiża sabiex tikkontribwixxi għat-twettiq tal-għan mogħti lill-Unjoni li ssir spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja billi tibbaża ruħha fuq il-livell għoli ta’ fiduċja li għandu jeżisti bejn l-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Leymann u Pustovarov, iċċitata iktar ’il fuq, punti 48 u 50).  | 
         
| 
                54  | 
            
                Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-premessi 5 u 7 tad-Deċiżjoni Qafas, l-għan ta’ din id-deċiżjoni huwa li tissostitwixxi s-sistema ta’ estradizzjoni multilaterali bejn l-Istati Membri b’sistema ta’ konsenja bejn awtoritajiet ġudizzjarji ta’ persuni kkundannati jew li huma ssuspettati għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi jew ta’ prosekuzzjoni, liema sistema hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku (ara s-sentenzi Advocaten voor de Wereld, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28; tas-17 ta’ Lulju 2008, Kozłowski, C-66/08, Ġabra p. I-6041, punti 31 u 43; tas-6 ta’ Ottubru 2009, Wolzenburg, C-123/08, Ġabra p. I-9621, punt 56, kif ukoll tas-16 ta’ Novembru 2010, Mantello, C-261/09, Ġabra p. I-11477, punt 35).  | 
         
| 
                55  | 
            
                L-imsemmi prinċipju, li jikkostitwixxi l-“bażi” tal-kooperazzjoni ġudizzjarja, jimplika, abbażi tal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Qafas, li l-Istati Membri huma fil-prinċipju marbuta li jeżegwixxu mandat ta’ arrest Ewropew. Fil-fatt, dawn tal-aħħar huma kemm marbuta li jeżegwixxu, kif ukoll li ma jirrifjutawx l-eżekuzzjoni ta’ tali mandat, u huma ma jistgħux jissuġġettaw l-eżekuzzjoni tiegħu għal kundizzjonijiet ħlief fil-każijiet elenkati fl-Artikoli 3 sa 5 ta’ din id-deċiżjoni qafas. Bl-istess mod, skont l-Artikolu 28(3) ta’ din id-deċiżjoni, il-kunsens għal konsenja sussegwenti jista’ jiġi rrifjutat biss f’dawn l-istess każijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Leymann u Pustovarov, punti 49 u 51; Wolzenburg, punt 57, kif ukoll Mantello, punti 36 u 37).  | 
         
| 
                56  | 
            
                F’każ bħal dak fil-kawża prinċipali, il-ħtieġa, kif jipproponu M. West kif ukoll il-Gvern Finlandiż u l-Gvern Franċiż, tal-kunsens fl-istess ħin kemm tal-ewwel kif ukoll tat-tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni tista’ tikser l-għan imfittex mid-Deċiżjoni Qafas li jikkonsisti fit-tħaffif u fis-semplifikazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri.  | 
         
| 
                57  | 
            
                Ċertament, hekk kif enfasizzaw il-Gvern Finlandiż u l-Virallinen syyttäjä waqt is-seduta, talba għal kunsens tista’ tintbagħat fl-istess ħin lill-Istati Membri ta’ eżekuzzjoni kollha involuti f’sensiela ta’ mandati ta’ arrest Ewropej, u l-identifikazzjoni ta’ kull wieħed minn dawn l-Istati Membri ta’ eżekuzzjoni ma tidhirx li tikkostitwixxi xogħol partikolarment kumpless, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-eżistenza tas-SIS. Għalhekk, ma jidhirx li l-ħtieġa tal-kunsens ta’ diversi Stati Membri tista’, bħala tali, tqajjem diffikultajiet prattiċi li ma jistgħux jiġu solvuti.  | 
         
| 
                58  | 
            
                Madankollu, xorta jibqa’ l-fatt li tali ħtieġa hija tali li tikkomplika u li ttawwal l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew peress li l-obbligu li jinkiseb il-kunsens ta’ diversi Stati Membri bil-għan li ssir konsenja sussegwenti tal-persuna kkundannata jew issuspettata jista’ jwassal sabiex dawn tal-aħħar jibagħtu diversi talbiet għal informazzjoni supplementari skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni Qafas u, f’kull każ, li jkabbar il-possibbiltà ta’ deċiżjonijiet diverġenti kemm bejn l-Istati Membri li l-kunsens tagħhom huwa meħtieġ skont l-Artikolu 28(2) ta’ din id-deċiżjoni qafas kif ukoll bejn dawn tal-aħħar u l-Istat Membru inkarigat bl-eżekuzzjoni ta’ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew skont l-Artikolu 1(2) ta’ din id-deċiżjoni. L-istess japplika kieku kellu jiġi ammess, b’mod konformi mal-loġika sottostanti għal din-interpretazzjoni, li kull Stat Membru li eżegwixxa mandat ta’ arrest Ewropew kontra persuna determinata għandu jagħti l-kunsens tiegħu fil-każ ta’ konsenja sussegwenti tagħha.  | 
         
| 
                59  | 
            
                B’mod partikolari, ma jistax jiġi eskluż li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, it-tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, li għandu jagħti l-kunsens tiegħu għall-konsenja sussegwenti skont l-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas, u t-tielet Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, li huwa inkarigat bit-twettiq tal-konsenja skont l-Artikolu 1(2) ta’ din id-deċiżjoni, jadottaw deċiżjonijiet diverġenti fir-rigward ta’ din il-konsenja u, għalhekk, li l-konsenja ma tkunx tista’ ssir. Madankollu, tali possibbiltà hija inerenti għas-sistema stabbilita mill-Artikolu 28(2) ta’ din id-deċiżjoni qafas, peress li din id-dispożizzjoni teħtieġ, fil-prinċipju, id-deċiżjoni konkordanti ta’ żewġ Stati Membri fil-każ ta’ konsenja sussegwenti minħabba ksur imwettaq qabel l-aħħar konsenja.  | 
         
| 
                60  | 
            
                Huwa minnu li l-ħtieġa tal-kunsens tal-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni biss tista’ wkoll tilħaq l-għan ta’ sempliċità u ta’ ħeffa mfittex mid-Deċiżjoni Qafas, u dan iktar u iktar meta jkun l-istess Stat Membru li jkollu jagħti l-kunsens tiegħu fil-każ ta’ konsenja sussegwenti tal-istess persuna, ikun xi jkun in-numru ta’ konsenji suċċessivi.  | 
         
| 
                61  | 
            
                Madankollu, hekk kif irrilevat il-Kummissjoni, f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali, in-natura diretta u immedjata ta’ relazzjoni bejn it-tieni u t-tielet Stat Membru ta’ eżekuzzjoni hija tali li tiffaċilita l-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn dawn iż-żewġ Stati Membri.  | 
         
| 
                62  | 
            
                Minn dan jirriżulta li l-interpretazzjoni li skontha l-kunċett ta’ “[S]tat Membru ta’ esekuzzjoni” jirreferi biss għall-Istat Membru li wettaq l-aħħar konsenja tal-persuna kkonċernata ssaħħaħ is-sistema ta’ konsenja stabbilita mid-Deċiżjoni Qafas favur spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja, b’mod konformi mal-fiduċja reċiproka li għandha teżisti bejn l-Istati Membri. Billi tillimita s-sitwazzjonijiet li fihom l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni tal-Istati Membri involuti fil-konsenji suċċessivi tal-istess persuna jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-kunsens tagħhom għall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, tali interpretazzjoni sempliċement tiffaċilita l-konsenja tal-persuni rikjesti, b’mod konformi mal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku stabbilit fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Qafas, liema prinċipju huwa r-regola essenzjali stabbilita minn din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Wolzenburg, iċċitata iktar ’il fuq, punti 58 u 59).  | 
         
| 
                63  | 
            
                Il-Gvern Finlandiż josserva li l-interpretazzjoni msemmija hija tali li tostakola t-twettiq tal-għan imfittex mill-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas, li huwa intiż sabiex jipproteġi s-sovranità tal-Istat Membru li kkonsenja lill-persuna kif ukoll sabiex jiżgura li, wara l-konsenja tagħha, din il-persuna mhux ser tiġi mfittxija, jew ikkundannata, jew ikkonsenjata sussegwentement lil Stat Membru ieħor minħabba reati li seħħew qabel il-konsenja inizjali u li ma kinux jikkostitwixxu l-bażi tagħha.  | 
         
| 
                64  | 
            
                F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ma jimplikax obbligu assolut ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew. Hekk kif jirriżulta mill-punt 55 ta’ din is-sentenza, is-sistema tad-Deċiżjoni Qafas, hekk kif b’mod partikolari tirriżulta mill-Artikoli 3 sa 5 ta’ din id-deċiżjoni, tħalli l-possibbiltà lill-Istati Membri li jippermettu, f’sitwazzjonijiet speċifiċi, lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti li jirrifjutaw l-eżekuzzjoni ta’ konsenja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-21 ta’ Ottubru 2010, B., C-306/09, Ġabra p. I-10341, punti 50 u 51).  | 
         
| 
                65  | 
            
                L-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas għandu jinftiehem f’dan l-istess kuntest. Fil-fatt, għalkemm, hekk kif jirriżulta mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni għandhom fil-prinċipju jagħtu l-kunsens tagħhom għal konsenja sussegwenti, huma għandhom id-dritt, abbażi tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu 3, li jirrifjutaw li jagħtu l-kunsens tagħhom għal konsenja sussegwenti għall-motivi msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni qafas. Barra minn hekk, it-tieni subparagrafu tal-istess paragrafu 3 jistabbilixxi li l-Istat Membru emittenti għandu jipprovdi lill-awtorità ġudizzjarja li teżegwixxi l-garanziji stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-imsemmija deċiżjoni qafas.  | 
         
| 
                66  | 
            
                Madankollu, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “[S]tat Membru ta’ eżekuzzjoni” li tirriżulta minn din is-sentenza ma tmurx kontra l-kompetenzi li għandu l-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni abbażi tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas. Fil-fatt, kemm waqt l-eżekuzzjoni tal-ewwel mandat ta’ arrest Ewropew kif ukoll waqt it-talba għal kunsens għall-eżekuzzjoni tat-tieni mandat ta’ arrest Ewropew, dan l-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni seta’, b’mod konformi mal-Artikolu 28(3) ta’ din id-deċiżjoni qafas, jinvoka d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 5 ta’ din id-deċiżjoni. Issa, fil-kawża prinċipali, kemm waqt l-ewwel konsenja kif ukoll waqt it-tieni konsenja tal-persuna kkonċernata, l-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni ta l-kunsens tiegħu għall-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew ikkonċernat mingħajr ma invoka xi waħda jew oħra minn dawn id-dispożizzjonijiet.  | 
         
| 
                67  | 
            
                Ma għandux jiġi eskluż li, minħabba ċ-ċirkustanzi ta’ fatt jew ta’ liġi relatati mal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew li bis-saħħa tiegħu għandha ssir it-tielet konsenja, ma jkunx possibbli li tiġi invokata waħda jew iktar mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 5 tad-Deċiżjoni Qafas għall-ewwel darba ħlief waqt it-tielet konsenja.  | 
         
| 
                68  | 
            
                F’tali sitwazzjoni, fid-dawl tal-livell għoli ta’ fiduċja bejn l-Istati Membri li fuqu hija bbażata d-Deċiżjoni Qafas, huma fil-prinċipju kemm it-tieni kif ukoll it-tielet Stat Membru ta’ eżekuzzjoni li għandhom jinvokaw, jekk ikun il-każ, waħda jew l-oħra mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-imsemmija Artikoli 3 sa 5, meta l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni stabbiliti minnhom ikunu sodisfatti fir-rigward tal-persuna li tkun is-suġġett ta’ din il-konsenja sussegwenti.  | 
         
| 
                69  | 
            
                Madankollu, il-Gvern Finlandiż u dak Franċiż iqisu li tali interpretazzjoni tinjora li ċerti motivi għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ma jistgħux jiġu invokati minn kull Stat Membru ta’ eżekuzzjoni. F’każ bħal dak fil-kawża prinċipali, għalkemm il-kunsens tal-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni ma huwiex meħtieġ, dan l-Istat Membru huwa mċaħħad mill-possibbiltà li jinvoka, favur persuna li hija ċittadin jew resident ta’ dan l-Istat, l-Artikoli 4(6) u 5(3) tad-Deċiżjoni Qafas. Għalhekk, dawn id-dispożizzjonijiet ma jistgħu jiġu invokati favur din il-persuna la mill-ewwel u lanqas mit-tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni.  | 
         
| 
                70  | 
            
                Għandu jitfakkar li l-Artikoli 4(6) u 5(3) tad-Deċiżjoni Qafas jippermettu lill-awtorità ġudizzjarja li teżegwixxi, minn naħa waħda, meta l-persuna kkonċernata tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja u meta din “toqgħod fi, jew hi ċittadina jew residenta ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni”, li tirrifjuta li teżegwixxi tali mandat permezz tal-obbligu ta’ dan l-Istat li jeżegwixxi din il-piena b’mod konformi mad-dritt intern tiegħu u, min-naħa l-oħra, meta din il-persuna tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni u li hija tkun “ċittadina jew residenta ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni”, li tissuġġetta l-konsenja għall-kundizzjoni li l-persuna msemmija tintbagħat lura fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni sabiex tiskonta hemmhekk il-piena li tiġi ppronunzjata kontriha fl-Istat Membru emittenti. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom b’mod partikolari l-għan li jippermettu lill-awtorità ġudizzjarja li teżegwixxi li tagħti importanza partikolari lill-possibbiltà li jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ integrazzjoni fis-soċjetà tal-persuna rikjesta meta tiġi skontata l-piena li din tal-aħħar tkun ġiet ikkundannata għaliha (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Kozłowski, punt 45; Wolzenburg, punti 62 u 67, kif ukoll B., punt 52).  | 
         
| 
                71  | 
            
                Skont l-interpretazzjoni li tirriżulta minn din is-sentenza, la t-tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, u wara kollox lanqas it-tielet Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, ma jistgħu, fil-kawża prinċipali, jinvokaw id-dispożizzjonijiet imsemmija sabiex jopponu, abbażi tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tad-Deċiżjoni Qafas, għal konsenja sussegwenti tal-persuna rikjesta, peress li din il-persuna la hija ċittadin u lanqas residenti ta’ dawn l-Istati Membri u lanqas ma tgħix fuq it-territorju tagħhom, iżda hija ċittadin u residenti tal-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni.  | 
         
| 
                72  | 
            
                Madankollu, dan il-fatt ma jistax jeżerċita influwenza fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas, peress li din id-dispożizzjoni, sa fejn teżiġi l-kunsens bil-quddiem tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni fil-każ ta’ konsenja sussegwenti, tistabbilixxi regola ġenerali intiża sabiex tapplika jkunu xi jkunu l-karatteristiċi partikolari ta’ kull każ inkwistjoni.  | 
         
| 
                73  | 
            
                Fil-fatt, f’unjoni bbażata fuq il-prinċipju tal-moviment liberu tal-persuni li jirrikonoxxi, fl-Artikolu 21(1) TFUE, id-dritt ta’ kull ċittadin li jiċċirkola u li jgħix liberament fit-territorju ta’ Stat Membru differenti minn dak li huwa ċittadin jew residenti tiegħu, ma jistax jiġi preżunt li teżisti neċessarjament u f’kull każ rabta ta’ konnessjoni partikolari bejn l-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni u l-persuna rikjesta, peress li din xorta tista’ tkun ċittadin u/jew residenti tat-tieni jew tat-tielet Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, jew ta’ Stat Membru ieħor li ma kienx involut fis-sensiela ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa fil-konfront ta’ din il-persuna. Il-persuna rikjesta tista’ b’hekk tkun tinsab b’mod temporanju fit-territorju tal-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, mingħajr ma tkun teżisti ebda rabta ta’ konnessjoni sinjifikattiva miegħu li tkun tali li turi xi livell ta’ integrazzjoni fis-soċjetà ta’ dan l-Istat (ara s-sentenza Kozłowski, iċċitata iktar ’il fuq, punti 36, 37, 48 u 53).  | 
         
| 
                74  | 
            
                Għalhekk, f’kull wieħed minn dawn il-każijiet, il-ħtieġa tal-kunsens tal-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni lanqas ma tippermetti lil dan l-Istat Membru li jinvoka l-Artikoli 4(6) u 5(3) tad-Deċiżjoni Qafas. Għalhekk jidher li l-impossibbiltà li tista’ tinsab fiha persuna rikjesta li eventwalment tiskonta l-piena kollha tagħha fl-Istat Membru li hija ċittadin jew residenti tiegħu, jew li tgħix fih, hija inerenti għall-kliem stess ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.  | 
         
| 
                75  | 
            
                Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, meta, bħal fil-kawża prinċipali, il-persuna rikjesta tkun ċittadin jew residenti tal-ewwel Stat ta’ eżekuzzjoni, dan tal-aħħar dejjem ikun jista’ jinvoka l-Artikoli 4(6) u 5(3) tad-Deċiżjoni Qafas billi jadotta pożizzjoni kemm fuq l-ewwel kif ukoll fuq it-tieni talba għal konsenja ta’ din il-persuna. F’tali każ, il-persuna kkonċernata jkollha, skont il-każ, jew tibqa’ fl-ewwel Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, jew tintbagħat lura b’mod konformi mal-kundizzjoni stabbilita f’dan l-Artikolu 5(3), f’dan l-Istat Membru jew inkella tibqa’ fit-tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni.  | 
         
| 
                76  | 
            
                Finalment, fir-rigward tal-allegazzjoni tal-Gvernijiet tal-Finlandja u ta’ Franza waqt is-seduta, li skontha r-regoli stabbiliti fl-Artikoli 27 u 28 tad-Deċiżjoni Qafas għandhom importanza fundamentali li hija pprovata kemm mill-fatt li dawn id-dispożizzjonijiet ma jinsabux fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni [Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri, [COM (2001) 522 finali/2]), kif ukoll mill-kontenut tal-paragrafu 1 ta’ dawn l-artikoli, li jistabbilixxi li, anki meta l-Istati Membri jkunu rrinunzjaw bil-quddiem għal dawn ir-regoli, l-awtoritajiet ġudizzjarji li jeżegwixxu jistgħu jiddeċiedu b’mod differenti fid-deċiżjonijiet dwar il-konsenji tagħhom, din ma tistax tpoġġi indiskussjoni l-evalwazzjoni preċedenti.  | 
         
| 
                77  | 
            
                Fil-fatt, hekk kif ġie rrilevat fil-punti 64 sa 65 ta’ din is-sentenza, l-imsemmija Artikoli 27 u 28 jikkonferixxu fuq l-Istati Membri ċerti kompetenzi preċiżi matul l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, liema dispożizzjonijiet, peress li jistabbilixxu regoli derogatorji fil-konfront tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku stabbilit fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-deċiżjoni qafas, ma jistgħux jiġu interpretati b’mod li jwassal sabiex jixxejjen l-għan segwit mid-Deċiżjoni Qafas, li jikkonsisti f’li jiġu ffaċilitati u mħaffa l-konsenji bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri fid-dawl tal-fiduċja reċiproka li għandha teżisti bejniethom. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 28(3) tad-Deċiżjoni Qafas, l-awtoritajiet ġudizzjarji li jeżegwixxu għandhom fil-prinċipju jagħtu l-kunsens tagħhom għal konsenja sussegwenti. Huwa biss jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 5 ta’ din id-deċiżjoni qafas ikunu ġew sodisfatti li dawn l-awtoritajiet jistgħu jew għandhom, skont il-każ, jirrifjutaw tali kunsens.  | 
         
| 
                78  | 
            
                Barra minn hekk, il-kunsens tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni meħtieġ mill-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas ma jistax jingħata l-importanza li l-Gvernijiet tal-Finlandja u ta’ Franza jridu jagħtuh, peress li, abbażi tal-Artikolu 28(2)(a) tal-istess deċiżjoni qafas, is-sempliċi kunsens impliċitu tal-persuna kkonċernata għall-konsenja sussegwenti tagħha huwa biżżejjed sabiex itemm l-obbligu li jinkiseb il-kunsens tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.  | 
         
| 
                79  | 
            
                Minn dan jirriżulta li, f’kaz bħal dak fil-kawża prinċipali, il-kunsens għall-konsenja ta’ persuna li tinsab fis-sitwazzjoni ta’ M. West, meħtieġ mill-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas, għandu jingħata biss mit-tieni Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, jiġifieri l-Ungerija. Peress li dan il-kunsens, f’dan il-każ, intalab u nkiseb mit-tielet Stat Membru ta’ eżekuzzjoni, huma l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ dan l-aħħar Stat li għandhom iwettqu l-konsenja tal-persuna kkonċernata, sakemm dawn l-awtoritajiet ma jqisux li għandhom jinvokaw waħda mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 5 tad-Deċiżjoni Qafas, liema ħaġa għandhom jevalwaw fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali.  | 
         
| 
                80  | 
            
                Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domanda li saret għandha tkun fis-sens li l-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta persuna tkun is-suġġett ta’ iktar minn konsenja waħda bejn Stati Membri bis-saħħa ta’ mandati ta’ arrest Ewropej suċċessivi, il-konsenja sussegwenti ta’ din il-persuna lil Stat Membru differenti mill-Istat Membru li kkonsenjaha l-aħħar hija suġġetta biss għall-kunsens tal-Istat Membru li wettaq din l-aħħar konsenja.  | 
         
Fuq l-ispejjeż
| 
                81  | 
            
                Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.  | 
         
| 
                Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:  | 
         
| 
                   L-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/JAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/JAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta persuna tkun is-suġġett ta’ iktar minn konsenja waħda bejn Stati Membri bis-saħħa ta’ mandati ta’ arrest Ewropej suċċessivi, il-konsenja sussegwenti ta’ din il-persuna lil Stat Membru differenti mill-Istat Membru li kkonsenjaha l-aħħar hija suġġetta biss għall-kunsens tal-Istat Membru li wettaq din l-aħħar konsenja.  | 
            
| 
                   Firem  | 
            
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.