Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62008CJ0100
Judgment of the Court (Third Chamber) of 10 September 2009.#Commission of the European Communities v Kingdom of Belgium.#Failure of a Member State to fulfil its obligations - Articles 28 EC and 30 EC -Protection of species of wild fauna and flora - Legislation on the keeping and marketing of birds born and bred in captivity legally placed on the market in other Member States.#Case C-100/08.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-10 ta' Settembru 2009.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Renju tal-Belġju.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 28 KE u 30 KE - Protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi - Leġiżlazzjoni dwar iż-żamma u l-kummerċjalizzazzjoni ta' għasafar imwielda u mrobbija fil-magħluq imqiegħda legalment fis-suq fi Stati Membri oħra.
Kawża C-100/08.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tal-10 ta' Settembru 2009.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Renju tal-Belġju.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 28 KE u 30 KE - Protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi - Leġiżlazzjoni dwar iż-żamma u l-kummerċjalizzazzjoni ta' għasafar imwielda u mrobbija fil-magħluq imqiegħda legalment fis-suq fi Stati Membri oħra.
Kawża C-100/08.
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2009:537
Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (It‑Tielet Awla) tal‑10 ta’ Settembru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju
(Kawża C‑100/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikoli 28 KE u 30 KE – Protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi – Leġiżlazzjoni dwar iż-żamma u l‑kummerċjalizzazzjoni ta’ għasafar imwielda u mrobbija fil-magħluq imqiegħda legalment fis-suq fi Stati Membri oħra”
1. Moviment liberu tal-merkanzija - Restrizzjonijiet kwantitattivi - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Kunċett (Artikolu 28 KE) (ara l-punti 81, 82)
2. Moviment liberu tal-merkanzija - Restrizzjonijiet kwantitattivi - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti (Artikoli 28 KE u 30 KE; Regolament tal‑Kunsill Nru 338/97; Regolament tal-Kummissjoni Nru 865/2006) (ara l‑punti 84-88, 91-93, 96-103, 110-113)
3. Ambjent - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi – Direttiva 79/409 - Kamp ta’ applikazzjoni (Direttiva tal-Kunsill 79/409) (ara l-punt 106)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 28 KE - Protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi - Projbizzjoni taż-żamma ta’ ċerti għasafar imqiegħda legalment fis-suq fi Stati Membri oħra |
Dispożittiv
1) |
Ir-Renju tal-Belġju, |
– billi jissuġġetta l-importazzjoni, iż-żamma u l-bejgħ ta’ għasafar imwielda u mrobbija fil-magħluq, li tqiegħdu legalment fis-suq fi Stati Membri oħra, għal kundizzjonijiet restrittivi li jobbligaw lill-operaturi tas-suq ikkonċernati li jibdlu l-immarkar tal-kampjuni b’tali mod li jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa speċifikament mil-leġiżlazzjoni Belġjana u billi ma jaċċettax l-immarkar ta’ kampjuni aċċettat fi Stati Membri oħra u lanqas iċ-ċertifikati maħruġa skont ir-Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 338/97, tad‑9 ta’ Diċembru 1996, dwar il‑protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il‑kummerċ fihom, u
– billi jċaħħad lill-kummerċjanti mill-possibbiltà li jiksbu derogi mill‑projbizzjoni li jżommu għasafar indiġeni Ewropej imqiegħda legalment fis-suq fi Stati Membri oħra,
naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 28 KE.
2) |
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż. |