This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2007
Council Decision (EU) 2017/2007 of 8 November 2017 on the financial contributions to be paid by Member States to finance the European Development Fund, including the third instalment for 2017
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2007 tat-8 ta' Novembru 2017 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2017
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2007 tat-8 ta' Novembru 2017 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2017
ĠU L 290, 9.11.2017, p. 19–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2007
tat-8 ta' Novembru 2017
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2017
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif emendat l-aħħar (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir- regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (3) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kummissjoni għandha sal-10 ta' Ottubru 2017 tressaq proposta li tispeċifika (a) l-ammont tat-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2017, u (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2017, f'każijiet fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali. |
(2) |
Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti taħt l-istrumenti ġestiti minnu. |
(3) |
L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) preċedenti. Għalhekk jenħtieġ li jkun hemm sejħa għall-fondi skont il-11-il FEŻ. |
(4) |
Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2026 (4), il-Kunsill adotta, fil-15 ta' Novembru 2016, fuq proposta mill-Kummissjoni, id-Deċiżjoni li tiffissa l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2017 fl-ammont ta' EUR 3 850 000 000 għall-Kummissjoni, u fl-ammont ta' EUR 150 000 000 għall-BEI. |
(5) |
Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1206 (5), il-Kunsill adotta, fl-4 ta' Lulju 2017, tnaqqis tal-kontribuzzjoni fl-ammont ta' EUR 200 000 000 mill-fondi diżimpenjati tat-Tmien u d-Disa' FEŻ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala t-tielet ħlas parzjali għall-2017 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Il-ħlasijiet ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma' aġġustamenti fl-ambitu tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet fl-ammont ta' EUR 200 000 000 minn fondi diżimpenjati taħt it-Tmien u d-Disa' FEŻ, wara pjan ta' aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2026 tal-15 ta' Novembru 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2018, l-ammont annwali għall-2017, l-ewwel ħlas parzjali għall-2017 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija għas-snin 2019 u 2020 (ĠU L 313, 19.11.2016, p. 25)
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1206 tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2017 (ĠU L 173, 6.7.2017, p. 15).
ANNESS
STATI MEMBRI |
Skema tal-10 FEŻ % |
Skema tal-11-il FEŻ % |
it-3et ħlas parzjali tal-2017 (EUR) |
Total |
|
Il-Kummissjoni |
Il-BEI |
||||
Il-11-il FEŻ |
L-10 FEŻ |
||||
IL-BELĠJU |
3,53 |
3,24927 |
27 618 795,00 |
0,00 |
27 618 795,00 |
IL-BULGARIJA |
0,14 |
0,21853 |
1 857 505,00 |
0,00 |
1 857 505,00 |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
0,51 |
0,79745 |
6 778 325,00 |
0,00 |
6 778 325,00 |
ID-DANIMARKA |
2,00 |
1,98045 |
16 833 825,00 |
0,00 |
16 833 825,00 |
IL-ĠERMANJA |
20,50 |
20,57980 |
174 928 300,00 |
0,00 |
174 928 300,00 |
L-ESTONJA |
0,05 |
0,08635 |
733 975,00 |
0,00 |
733 975,00 |
L-IRLANDA |
0,91 |
0,94006 |
7 990 510,00 |
0,00 |
7 990 510,00 |
IL-GREĊJA |
1,47 |
1,50735 |
12 812 475,00 |
0,00 |
12 812 475,00 |
SPANJA |
7,85 |
7,93248 |
67 426 080,00 |
0,00 |
67 426 080,00 |
FRANZA |
19,55 |
17,81269 |
151 407 865,00 |
0,00 |
151 407 865,00 |
IL-KROAZJA |
0,00 |
0,22518 |
1 914 030,00 |
0,00 |
1 914 030,00 |
L-ITALJA |
12,86 |
12,53009 |
106 505 765,00 |
0,00 |
106 505 765,00 |
ĊIPRU |
0,09 |
0,11162 |
948 770,00 |
0,00 |
948 770,00 |
IL-LATVJA |
0,07 |
0,11612 |
987 020,00 |
0,00 |
987 020,00 |
IL-LITWANJA |
0,12 |
0,18077 |
1 536 545,00 |
0,00 |
1 536 545,00 |
IL-LUSSEMBURGU |
0,27 |
0,25509 |
2 168 265,00 |
0,00 |
2 168 265,00 |
L-UNGERIJA |
0,55 |
0,61456 |
5 223 760,00 |
0,00 |
5 223 760,00 |
MALTA |
0,03 |
0,03801 |
323 085,00 |
0,00 |
323 085,00 |
IN-NETHERLANDS |
4,85 |
4,77678 |
40 602 630,00 |
0,00 |
40 602 630,00 |
L-AWSTRIJA |
2,41 |
2,39757 |
20 379 345,00 |
0,00 |
20 379 345,00 |
IL-POLONJA |
1,30 |
2,00734 |
17 062 390,00 |
0,00 |
17 062 390,00 |
IL-PORTUGALL |
1,15 |
1,19679 |
10 172 715,00 |
0,00 |
10 172 715,00 |
IR-RUMANIJA |
0,37 |
0,71815 |
6 104 275,00 |
0,00 |
6 104 275,00 |
IS-SLOVENJA |
0,18 |
0,22452 |
1 908 420,00 |
0,00 |
1 908 420,00 |
IS-SLOVAKKJA |
0,21 |
0,37616 |
3 197 360,00 |
0,00 |
3 197 360,00 |
IL-FINLANDJA |
1,47 |
1,50909 |
12 827 265,00 |
0,00 |
12 827 265,00 |
L-IŻVEZJA |
2,74 |
2,93911 |
24 982 435,00 |
0,00 |
24 982 435,00 |
IR-RENJU UNIT |
14,82 |
14,67862 |
124 768 270,00 |
0,00 |
124 768 270,00 |
TOTAL TAL-UE-28 |
100,00 |
100,00 |
850 000 000,00 |
0,00 |
850 000 000,00 |