This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0430
Council Decision 2014/430/CFSP of 3 July 2014 amending Joint Action 2005/889/CFSP on establishing a European Union Border Assistance Mission for the Rafah Crossing Point (EU BAM Rafah)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/430/PESK tat- 3 ta' Lulju 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/430/PESK tat- 3 ta' Lulju 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)
ĠU L 197, 4.7.2014, p. 75–76
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Extended validity | 32005E0889 | 30/06/2015 | |||
Modifies | 32005E0889 | Sostituzzjoni | artikolu 7.5 | 03/07/2014 | |
Modifies | 32005E0889 | Sostituzzjoni | artikolu 13 | 03/07/2014 | |
Modifies | 32005E0889 | Sostituzzjoni | artikolu 16 L2 | 03/07/2014 |
4.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/75 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/430/PESK
tat-3 ta' Lulju 2014
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-25 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK (1). |
(2) |
Fit-3 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/355/PESK (2) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK u li testendiha sat-30 ta' Ġunju 2014. |
(3) |
Fid-9 ta' April 2014, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah tiġi estiża għal perijodu addizzjonali ta' 12-il xahar sat-30 ta' Ġunju 2015. |
(4) |
L-EU BAM Rafah għandha tiġi estiża ulterjorment mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 abbażi tal-mandat attwali. |
(5) |
L-EU BAM Rafah ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 7(5) huwa sostitwit b'dan li ġej: “5. Il-persunal kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità tal-Istat emittenti jew l-istituzzjoni tal-UE xierqa u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (*). (*) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE. (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).”." |
(2) |
L-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 13 Arranġamenti finanzjarji 1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM RAFAH għall-perijodu mill-25 ta' Novembru 2005 sal-31 ta' Diċembru 2011 għandu jkun ta' EUR 21 570 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM RAFAH għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-30 ta' Ġunju 2012 għandu jkun ta' EUR 970 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM RAFAH għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013 għandu jkun ta' EUR 980 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM RAFAH għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 għandu jkun ta' EUR 940 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 għandu jkun ta' EUR 940 000. 2. In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Ċittadini ta' Stati terzi li jikkontribwixxu finanzjarjament għall-Missjoni, ta' partijiet ospitanti u, jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, ta' pajjiżi ġirien għandhom jitħallew jagħmlu offerti għall-kuntratti. 3. L-EU BAM Rafah għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha. Għal dak il-għan, l-EU BAM Rafah għandha tiffirma ftehim mal-Kummissjoni. 4. L-EU BAM RAFAH għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-mandat li jibda mill-1 ta' Lulju 2014, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe pretensjoni relatata ma' mġiba ħażina serja mill-Kap tal-Missjoni, li għaliha hu għandu jġorr/hi għandha ġġorr ir-responsabbiltà. 5. L-implimentazzjoni tal-arranġamenti finanzjarji għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-katina ta' kmand kif previst fl-Artikoli 4, 4a u 5 u l-ħtiġiet operazzjonali tal-EU BAM Rafah, inkluż il-kompatibbiltà ta' tagħmir u l-interoperabbiltà tat-timijiet tagħha. 6. In-nefqa għandha tkun eliġibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din l-Azzjoni Konġunta.” |
(3) |
Fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Hija għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2015.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tat-12 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/355/PESK tat- 3 ta' Lulju 2013 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 16).