This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0238
Council Implementing Decision 2014/238/CFSP of 28 April 2014 implementing Decision 2014/145/CFSP concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/238/PESK tat- 28 ta’ April 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/238/PESK tat- 28 ta’ April 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
ĠU L 126, 29.4.2014, p. 55–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Addition | 32014D0145 | TXT | anness | 29/04/2014 |
29.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/55 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/238/PESK
tat-28 ta’ April 2014
li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li persuni addizzjonali għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tidher fl-Anness għad-Deċizjoni 2014/145/PESK. |
(3) |
L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
ANNESS
Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Dmitry Nikolayevich KOZAK |
Imwieled fis-7.11.1958 f'Kirovohrad, RSS Ukraina |
Viċi Prim Ministru. Responsabbli mis-sorveljanza tal-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
2. |
Oleg Yevgenyvich BELAVENTSEV |
Imwieled fil-15.9.1949 f'Moska |
Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fl-hekk imsejjaħ “Distrett Federali Krimean”, Membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu. Responsabbli mill-implimentazzjoni tal-prerogattivi kostituzzjonali tal-Kap tal-Istat Russu fit-territorju tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea. |
29.4.2014 |
3. |
Oleg Genrikhovich SAVELYEV |
Imwieled fis-27.10.1965 f'Leningrad |
Ministru għall-Affarijiet Krimeani. Responsabbli mill-integrazzjoni tar-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
4. |
Sergei Ivanovich MENYAILO |
Imwieled fit-22.8.1960 f'Alagir, RSS Awtonoma tal-Ossezja tat-Tramuntana, RSFSR |
Aġent gvernatur tal-belt Ukraina annessa ta' Sevastopol. |
29.4.2014 |
5. |
Olga Fedorovna KOVATIDI |
Imwielda fis-7.5.1962 f'Simferopol, RSS Ukraina. |
Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea. |
29.4.2014 |
6. |
Ludmila Ivanovna SHVETSOVA |
Imwielda fl-24.9.1949 f'Alma-Ata, USSR |
Viċi President tal-Istat ta' Duma, Russja Unita — Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
7. |
Sergei Ivanovich NEVEROV |
Imwieled fil-21.12.1961 f'Tashtagol, USSR |
Viċi President tal-Istat ta' Duma, Russja Unita. Responsabbli mill-introduzzjoni ta' leġislazzjoni biex ir-Repubblika Awtonoma annessa tal-Krimea tiġi integrata fil-Federazzjoni Russa. |
29.4.2014 |
8. |
Igor Dmitrievich SERGUN |
Imwieled fit-28.3.1957 |
Direttur tal-GRU (Direttorat Prinċipali tal-Intelligence), Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, Logutenent Ġeneral. Responsabbli mill-attività tal-uffiċjali tal-GRU fil-Lvant tal-Ukraina. |
29.4.2014 |
9. |
Valery Vasilevich GERASIMOV |
Imwieled fit-8.9.1955 f'Kazan |
Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, l-Ewwel Viċi Ministru tad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, Ġeneral tal-Armata. Responsabbli mill-istazzjonament massiv ta' truppi Russi matul il-fruntiera mal-Ukraina u milli naqas li jtaffi t-tensjoni tas-sitwazzjoni. |
29.4.2014 |
10. |
German PROKOPIV |
|
Mexxej attiv tal-“Gwardja ta' Lugansk”. Ħa sehem fil-ħtif tal-bini tal-uffiċċju reġjonali f'Lugansk tas-Servizz ta' Sigurtà, irrekordja filmat indirizzat lill-President Putin u lir-Russja mill-bini okkupat. Rabtiet mill-qrib mal-“Armata tax-Xlokk”. |
29.4.2014 |
11. |
Valeriy BOLOTOV |
|
Wieħed mill-mexxejja tal-grupp separatist, l-“Armata tax-Xlokk”, li okkupa l-bini tas-Servizz ta' Sigurtà fir-reġjun ta' Lugansk. Uffiċjal irtirat. Qabel ma ħatfu l-bini, huwa u kompliċi oħrajn kienu fil-pussess ta' armi li mid-dehra ġew fornuti illegalment mir-Russja u minn gruppi kriminali lokali. |
29.4.2014 |
12. |
Andriy PURGIN |
|
Kap tar-“Repubblika ta' Donetsk”, parteċipant attiv u organizzatur ta' azzjonijiet separatisti, koordinatur tal-azzjonijiet tat-“turisti Russi” f'Donetsk. Kofundatur ta' “Inizjattiva Ċivika ta' Donbass għall-Unjoni Ewro-Asjatika”. |
29.4.2014 |
13. |
Denys PUSHYLIN |
Imwieled f'Makiivka |
Wieħed mill-mexxejja tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk. Ħa sehem fil-ħtif u l-okkupazzjoni tal-amministrazzjoni reġjonali. Kelliem attiv għas-separatisti. |
29.4.2014 |
14. |
Tsyplakov Sergey GENNADEVICH |
|
Wieħed mill-mexxejja tal-organizzazzjoni ideoloġikament radikali, il-Milizzja Popolari ta' Donbas. Ħa sehem attiv fil-ħtif ta' għadd ta' binjiet tal-istat fir-reġjun ta' Donetsk. |
29.4.2014 |
15. |
Igor STRELKOV (Ihor Strielkov) |
|
Identifikat bħala persunal tad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Kien involut f'inċidenti fi Sloviansk. Huwa assistent fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' Sergey Aksionov, li ddikjara lilu nnifsu prim ministru tal-Krimea. |
29.4.2014 |