This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0092
2012/92/EU: Council Implementing Decision of 14 December 2011 amending Implementing Decision 2011/344/EU on granting Union financial assistance to Portugal
2012/92/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall
2012/92/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall
ĠU L 46, 17.2.2012, p. 40–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011D0344 | Żieda | artikolu 3 paragrafu 6 punt (p) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Żieda | artikolu 3 paragrafu 7 punt (d) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Żieda | artikolu 3 paragrafu 7 punt (e) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Żieda | artikolu 3 paragrafu 8 punt (i) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Żieda | artikolu 3 paragrafu 8 punt (j) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 3 | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 5 punt (a) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 5 punt (b) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 5 punt (e) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 5 punt (h) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 6 punt (a) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 6 punt (b) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 6 punt (c) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 6 punt (d) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 6 punt (k) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 6 punt (l) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 7 punt (a) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 7 punt (b) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 8 punt (a) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 8 punt (b) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 8 punt (c) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 8 punt (d) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 8 punt (e) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 8 punt (f) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 8 punt (g) | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 8 Test | 17/02/2012 | |
Modifies | 32011D0344 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 9 | 17/02/2012 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32012D0092R(01) | (EL) | |||
Corrected by | 32012D0092R(02) | (EL) |
17.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/40 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Diċembru 2011
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall
(2012/92/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fuq talba tal-Portugall, il-Kunsill ta assistenza finanzjarja lilha (Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE (2)) b’appoġġ għall-programm ekonomiku u ta’ aġġustament finanzjarju b’saħħtu (“Programm”) bil-għan li terġa’ tiġi stabbilita l-fiduċja, jiġi ffaċilitat ir-ritorn tal-ekonomija lejn tkabbir sostenibbli, filwaqt li tiġi salvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja fil-Portugall, iż-żona euro u l-Unjoni. |
(2) |
Skont il-projezzjonijiet attwali tal-Kummissjoni għat-tkabbir tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) nominali (– 0,6 % fl-2011, – 1,9 % fl-2012, 1,9 % fl-2013 u 3,9 % fl-2014), il-pjan ta’ aġġustament fiskali huwa konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill lill-Portugall tat-2 ta’ Diċembru 2009 bil-ħsieb li jġib fit-tmiem is-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv tal-gevrn, skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat, u konsistenti mal-pjan għall-proporzjon tad-dejn mal-PDG ta’ 107,2 % fl-2011, 116,2 % fl-2012, 118,1 % fl-2013 u 116 % fl-2014. Għaldaqstant, il-proporzjon tad-dejn mal-PDG jistabbilizza fl-2013 u jaqbad it-triq tan-niżla minn wara dik is-sena, fejn qed jiġi ssopponut progress ulterjuri fit-tnaqqis tad-defiċit. Id-dinamiċi tad-dejn huma affettwati minn diversi operazzjonijiet esklużi mit-total tal-kont, inklużi akkwiżizzjonijiet imdaqqsa ta’ assi finanzjarji, b’mod partikolari għal rikapitalizzazzjoni u finanzjament possibbli mill-banek lill-impriżi tal-istat (“SOEs”) u d-differenzi bejn il-pagamenti dovuti u dawk tal-imgħax fi flus kontanti. |
(3) |
Intlaħaq il-kriterju ta’ prestazzjoni kwantitattiva ta’ kull tliet xhur fuq il-bilanċ tal-flus kontanti tal-gvern ċentrali għat-tieni sett ta’ tliet xhur tal-2011 u d-data preliminari tissuġġerixxi li dan kien il-każ ukoll fit-tielet sett ta’ tliet xhur tal-2011. Madankollu, bl-informazzjoni disponibbli minn kmieni f’Novembru, fuq bażi ta’ Sistemi Ewropej ta’ Kontijiet (ESA95), hija prevista diskrepanza baġitarja ta’ madwar 1½ fil-mija tal-PDG għall-2011 kollha. Parti minn din id-diskrepanza fiskali kienet diġà ġiet determinata sa Awwissu, l-aktar minħabba l-infiq akbar milli ppjanat attwali, dħul kurrenti mhux mit-taxxa inqas minn dak previst u nfiq kapitali akbar minn dak ibbaġittjat. Il-Gvern Portugiż kien ħa xi miżuri sabiex inaqqas din id-diskrepanza, l-aktar soprataxxa ta’ darba fit-taxxa fuq id-dħul personali u żieda fir-rata tal-VAT għall-gass naturali u l-elettriku, li ġiet rapportata għall-1 ta’ Ottubru 2011 mill-2012. Iżda dawn il-miżuri ma kinux biżżejjed sabiex jegħlbu d-diskrepanza fiskali, b’mod partikolari hekk kif aktar riċenti ġew identifikati imperfezzjonijiet oħrajn, inklużi pagament ta’ imgħax ogħla, dħul kapitali u bejgħ fis-suq immobilarji inqas minn dawk previsti. Il-Gvern Portugiż qed jipprova jilħaq ftehim mal-banek dwar trasferiment parzjali tal-fondi ta’ pensjoni tagħhom fis-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat, li jrid iseħħ b’konformità sħiħa mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, u li għandu jintuża f’każijiet eċċezzjonali sabiex tintlaħaq il-mira tad-defiċit ta’ 5,9 fil-mija tal-PDG fl-2011. Il-Gvern Portugiż qabel sabiex fis-snin li ġejjin ma jiddependix fuq trasferimenti ulterjuri tal-fondi ta’ pensjonijiet biex jilħaq il-miri tal-Programm. |
(4) |
Qed isir progress biex tissaħħaħ il-ġestjoni finanzjarja pubblika permezz ta’ rapportar u monitoraġġ imtejba, u riforma tal-qafas baġitarju b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni u l-persunal tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI). |
(5) |
L-istokk ta’ arretrati għandhom jitnaqqsu b’mod sinifikanti matul il-perjodu tal-Programm. Għal dan il-għan, se titħejja strateġija għall-validazzjoni u l-ħlas tal-arretrati għall-entitajiet li jinsabu fl-amministrazzjoni pubblika kif ukoll għal SOEs ikklassifikati barra l-amministrazzjoni pubblika. F’din l-istrateġija, għandu jkun ipprovdut pjan direzzjonali li jistabbilixxi kif u meta għandu jiġi stabbilizzat l-istokk ta’ arretrati. Barra minn hekk, għandhom jiġu esplorati diversi għażliet ta’ ħlas tal-arretrati, billi jiġu pprovduti mekkaniżmi ta’ inċentiv xierqa inkluż il-potenzjal ta’ tnaqqis għall-ħlas bikri u l-ippremjar ta’ entitajiet li ma għadhomx jakkumulaw arretrati ġodda. |
(6) |
Minħabba l-ġibda sinifikanti li r-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira eżerċita fuq il-finanzi pubbliċi tal-Portugall, il-Gvern Portugiż għandu jħejji arranġament finanzjarju ma’ dak ir-reġjun bil-għan li jiġi kontenut il-livell għoli ta’ riskji finanzjarji li għadhom preżenti. L-arranġament għandu jiġi mfassal b’konformità mal-Programm u fost l-oħrajn, jinvolvi analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn. |
(7) |
Il-banek Portugiżi għandhom jaħdmu lejn l-ilħuq ta’ rekwiżiti kapitali ogħla kif stipulat mill-Programm, billi jikkunsidraw ukoll l-implikazzjonijiet li jirriżultaw mill-eżerċizzju mmexxi mill-Awtorità Bankarja Ewropea fuq il-valutazzjoni ta’ espożizzjonijiet sovrani li għandhom jagħlqu il-prezzijiet tas-suq ta’ Settembru, il-programm speċjali ta’ spezzjoni fuq il-post u t-trasferiment tal-fondi tal-pensjonijiet tal-banek fis-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat. Qed jitħejja qafas legali, bil-għan li jipprovdi appoġġ pubbliku temporanju lill-banek. Diżingranaġġ ibbilanċjat u ordinat tas-settur bankarju jibqa’ fundamentali, filwaqt li jiġi salvagwardjat kreditu adegwat għas-setturi produttivi tal-ekonomija. Il-bejgħ tal-Banco Português de Negócios jinsab fl-istadji finali minkejja li t-tranżazzjoni għadha teħtieġ l-approvazzjoni mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Sar anki progress fit-tisħiħ tal-qafas superviżorju u regolatorju, inkluż permezz ta’ assistenza teknika. |
(8) |
Progress fir-riformi tas-suq tax-xogħol u tal-prodotti huwa essenzjali sabiex tiġi restawrata l-kompetittività u jikber il-potenzjal ta’ tkabbir. Qed javvanzaw ir-riformi tas-suq tax-xogħol sabiex jiġu allinjati l-protezzjoni u d-drittijiet taħt kuntratti fissi u indefiniti u sabiex jitwaqqaf fond iffinanzjat mill-impjegaturi sabiex jitħallsu l-intitolamenti ta’ severanza tal-ħaddiema. Il-programm ta’ privatizzazzjoni qed jiġi implimentat taħt il-liġi qafas il-ġdida għall-privatizzazzjoni. Fl-aġenda tal-gvern Portugiż ingħatat prijorità r-ristrutturar profond u urġenti tal-SOEs. Huwa meħtieġ progress ulterjuri sabiex jonqsu l-ostakli għad-dħul għas-setturi protetti bil-għan li titrawwem kompetizzjoni u tonqos ir-renta eċċessiva. Jeħtieġ li r-riformi strutturali jiġu implimentati b’mod deċisiv u sorveljati mill-qrib. |
(9) |
Minkejja l-ewwel u t-tieni żborżamenti relattivament kbar, il-pożizzjoni tal-likwidità tal-Gvern Portugiż għadha taħt pressjoni. Dan huwa spjegat miż-żieda tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament mill-SOEs, żieda qawwija fit-tifdija domestika ta’ ċertifikati ta’ tfaddil, u stress persistenti fuq is-suq finanzjarju. |
(10) |
Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE għandha tiġi emendata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Id-defiċit tal-gvern ċentrali ma għandux jaqbeż il-massimu ta’ EUR 10 068 miljun (ekwivalenti għal 5,9 % tal-PDG fuq il-bażi tal-projezzjonijiet kurrenti) fl-2011, EUR 7 645 miljun (5 % tal-PDG) fl-2012 u 3,0 % tal-PDG sal-2013 b’konformità mar-rekwiżiti tal-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv. Għall-kalkolu ta’ dan id-defiċit, l-ispejjeż baġitarji possibbli tal-miżuri ta’ appoġġ tal-banek fil-kuntest tal-istrateġija tas-settur finanzjarju tal-Gvern Portugiż ma għandhomx jiġu kkunsidrati. Il-konsolidazzjoni għandha tinkiseb permezz ta’ miżuri permanenti ta’ kwalità għolja u minimizzazzjoni tal-impatt tal-konsolidazzjoni fuq gruppi vulnerabbli.”; |
(2) |
il-paragrafu 5 huwa emendat b’dan li ġej:
|
(3) |
il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
il-paragrafu 7, huwa emendat b’dan li ġej:
|
(5) |
il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “9. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi konsulenza u gwida kontinwi dwar ir-riformi fiskali, tas-suq finanzjarju u strutturali sabiex tiżgura l-implimentazzjoni mingħajr intoppi tal-kundizzjonalità tal-Programm, u sabiex tgħin fil-korrezzjoni tal-iżbilanċi b’mod sostenibbli. Fi ħdan il-qafas tal-assistenza li għandha tingħata lill-Portugall, flimkien mal-FMI u l-BĊE, għandha tirrevedi b’mod perjodiku l-effettività u l-impatt ekonomiku u soċjali tal-miżuri miftiehma, u għandha tirrakkomanda l-korrezzjonijiet meħtieġa bil-għan li jiġu żgurati t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, tiġi garantita l-konsolidazzjoni fiskali meħtieġa u jiġu minimizzati l-impatti soċjali negattivi, b’mod partikolari fuq l-aktar partijiet vulnerabbli tas-soċjetà Portugiża.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KOROLEC
(1) ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1.
(2) ĠU L 159, 17.6.2011, p. 88.