EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0349

Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ April 2009 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

ĠU L 106, 28.4.2009, p. 60–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0788

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/349/oj

28.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/60


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ April 2009

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(2009/349/PESK)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Waqt li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK tal-14 ta’ Mejju 2008 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, flimkien mal-Artikolu 23(2) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fit-31 ta’ Marzu 2008 tar-Riżoluzzjoni 1807 (2008) (UNSCR 1807 (2008)), il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK tal-14 ta’ Mejju 2008 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

(2)

Fit-3 ta’ Marzu 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR 1533 (2004)) emenda l-lista ta’ persuni u entitajiet li huma suġġetti għall-miżuri restrittivi.

(3)

IIl-listi ta’ persuni u entitajiet li huma suġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness mal-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK għandhom jiġu sostitwiti kif meħtieġ. Il-listi għandhom jiġu emendati wkoll biex jinkludu informazzjoni addizzjonali għal ċerti persuni u entitajiet u biex jitneħħa individwu wieħed kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-listi ta’ persuni u entitajiet stabbiliti fl-Anness mal-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK huma b’dan sostitwiti bil-listi stabbiliti fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ April 2009

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU L 127, 15.5.2008, p. 84.


ANNESS

“a)   Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5

 

Kunjom

Isem

Psewdonimu

Sess

Titolu, funzjoni

Indirizz

(Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż)

Data tat-twelid

Post tat-twelid

(belt, pajjiż)

Numru tal-passaport jew ID

(inkluż il-pajjiż fejn inħarġu u d-data u l-post tal-ħruġ)

Ċittadinanza

Data tan-nomina

Informazzjoni oħra

1.

BWAMBALE

Frank Kakolele

Frank Kakorere, Frank Kakorere Bwambale

M

 

 

 

 

 

 

1.11.2005

Il-Mexxej RDK-ML ta’ qabel, eżerċita influwenza fuq linji politiċi u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-RDK-ML, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), kien responsabbli għat-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Telaq mis-CNDP f’Jannar 2008. Residenti f’Kinshasa minn Diċembru 2008.

2.

KAKWAVU BUKANDE

Jérôme

Jérôme Kakwavu

M

 

 

 

 

 

Kongoliża

1.11.2005

Magħruf bħala: ‘Kmandant Jérôme’. Qabel kien President tal-UCD/FAPC. Kontroll tal-FAPC ta’ okkupazzjonijet illegali fuq il-fruntiera bejn l-Uganda u r-RDK - rotta ta’ transitu ewlenija għaċ-ċirkolazzjoni tal-armi. Bħala President tal-FAPC, huwa jeżerċita influwenza fuq linji politiċi u jżomm kmand u kontroll fuq l-attivitatjiet tal-forzi tal-FAPC, li kienu involuti fit-traffikar tal-armi u, konsegwentament, fi ksur tal-embargo tal-armi. Mogħti l-kariga ta’ Ġeneral fl-FARDC f’Diċembru 2004. Minn Diċembru 2008, jibqa’ fl-FARDC, ibbażat f’Kinshasa.

3.

KATANGA

Germain

 

M

 

 

 

 

 

Kongoliża

1.11.2005

Kap tal-FRPI. Maħtur Ġeneral fl-FARDC f’Diċembru 2004. Involut fi trasferimenti ta’ armamenti, fi ksur tal-embargo tal-armi. Taħt arrest domiċiljari f’Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FRPI f’abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta’ Ottubru 2007.

4.

LUBANGA

Thomas

 

M

 

 

 

Ituri

 

Kongoliża

1.11.2005

President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Arrestat f’Kinshasa f’Marzu 2005 minħabba involviment tal-UPC/L fi ksur abbużiv tad-drittijiet tal-bniedem. Trasferit lill-QKI mill-awtoritajiet Kongoliżi fis-17 ta’ Marzu 2006. Minn Diċembru 2008 qed jiġi pproċessat għal delitti tal-gwerra.

5.

MANDRO

Khawa Panga

Kawa Panga, Kawa Panga Mandro, Kawa Mandro, Yves Andoul Karim, Mandro Panga Kahwa, Yves Khawa Panga Mandro

M

 

 

20.8.1973

Bunja

 

Kongoliża

1.11.2005

Magħruf bħala: ‘Kap Kahwa’, ‘Kawa’. Eks-President tal-PUSIC, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fi traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Fil-ħabs f’Bunja mill-04/05 minħabba s-sabotaġġ tal-proċess ta’ paċi ta’ Ituri. Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f’Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f’Kisangani, sussegwentement trasferit lill-awtoritajiet ġudizzjarji f’Kinshasa fuq akkużi ġodda ta’ delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, omiċidju, attakk aggravat u swat

6.

MBARUSHIMANA

Callixte

 

M

 

 

24.7.1963

Ndusu/Ruhengeri Provinċja tat-Tramuntana, Rwanda

 

Rwandiża

3.3.2009

Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR. Mexxejj Politiku/Militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, skont riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Post attwali: Pariġi jew Thaïs, Franza.

7.

MPAMO

Iruta Douglas

Mpano, Douglas Iruta Mpamo

M

 

Bld Kanyamuhanga 52, Goma

28.12.1965/ 29.12.1965

Bashali, Masisi / Goma, DRC

 

Kongoliża

1.11.2005

Sid/Maniġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company, li l-inġenji tal-ajru tagħhom intużaw biex jipprovdu għajnuna lill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003). Responsabbli wkoll għall-ħabi ta’ informazzjoni taħt forma oħra fuq titjiriet u f’merkanziji apparentament biex jippermetti l-ksur tal-embargo tal-armi. Ibbażat f’Goma u Gisenyi, Rwanda. Spiss jaqsam il-fruntiera bejn ir-Rwanda u l-Kongo.

8.

MUDACUMURA

Sylvestre

 

M

 

 

 

 

 

Rwandiża

1.11.2005

Magħruf bħala: ‘Radja’, ‘Mupenzi Bernard’, ‘General Major Mupenzi’. President tal-FDLR, jeżerċeta influwenza fuq linji politiċi u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Minn Diċembru 2008, għadu jservi bħala kmandant militari tal-FDLR-FOCA Ibbażat f’Kibua, territorju Masisi, RDK.

9.

MUJYAMBERE

Leopold

Musenyeri, Achille, Frere Petrus Ibrahim

M

 

 

17.3.1962, Est. 1966

Kigali, Rwanda

 

Rwandiża

3.3.2009

Kurunell. Kmandant tat-Tieni Diviżjoni tal-FOCA/il-Brigati ta’ Riżerva (fergħa armata tal-FDLR). Mexxejj militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, bi ksur tar-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżel fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien f’nofs jew tard fl-età ta’ bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta b’qawwa żgħażagħ tal-età ta’ 10 snin u iżjed. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u t-tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-linja ta’ quddiem, bi ksur tar-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Post attwali: Mwenga, Kivu tan-Nofs-in-nhar, RDK.

10.

MURWANASHYAKA

Dr. Ignace

Ignace

M

 

 

14.5.1963

Butera (Rwanda) / Ngoma, Butare (Rwanda)

 

Rwandiża

1.11.2005

President tal-FDLR, jeżerċeta influwenza fuq linji politiċi u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Residenti fil-Ġermanja. Minn Diċembru 2008, għadu rikonoxxut bħala l-President tal-fergħa politika tal-FDLR-FOCA.

11.

MUSONI

Straton

IO Musoni

M

 

 

06.04.1961 (possibbilment 04.06.1961)

Mugambazi, Kigali, Rwanda

 

Passaport tar-Rwanda li skada fl-10.09.2004

29.3.2007

Permezz tat-tmexxija tiegħu tal-FDLR, grupp armat barrani li jopera fir-RDK, Musoni qiegħed ixekkel id-diżarm u r-ripatrijazzjoni jew is-sistemazzjoni mill-ġdid volontarji ta’ ġellieda li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1649 (2005). Residenti f’Neuffen, il-Ġermanja. Minn Diċembru 2008, għadu rikonoxxut bħala l-Viċi-President tal-fergħa politika tal-FDLR-FOCA.

12.

MUTEBUTSI

Jules

Jules Mutebusi, Jules Mutebuzi Kurunell Mutebutsi

M

 

 

 

Kivu tan-Nofs-in-nhar

 

Kongoliża (Kivu tan-Nofs-in-nhar)

1/11/2005

Magħruf bħala: ‘Kurunell Mutebutsi’. Qabel kien Deputat Kmandant Reġjonali tal-Militari tal-Għaxar MR f’April 2004, kien imkeċċi minħabba nuqqas ta’ dixxiplina u ngħaqad ma’ elementi oħra tar-rinnegat ta’ dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta’ Bukavu bil-forza f’Mejju 04. Akkużat bir-riċeviment ta’ armamenti barra l-istrutturi tal-FARDC u l-proviżjon ta’ forniment lil gruppi armati u milizzji msemmija f’paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), fi ksur tal-embargo tal-armi. Arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi f’Diembru 2007 meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Jingġad li attwalment jinsab ‘imrażżan’.

13.

NGUDJOLO

Matthieu Cui

Cui Ngudjolo

M

 

 

 

 

 

 

1.11.2005

‘Kurunell’ jew ‘Ġeneral’. Kap tal-personal tal-FNI u qabel kien Kap tal-persunal tal-FRPI, eżerċita influwenza fuq linji ta’ politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FRPI, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Arrestat minn MONUC f’Bunja f’Ottubru 2003. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta’ Frar 2008.

14.

NJABU

Floribert Ngabu

Floribert Njabu, Floribert Ndjabu, Floribert Ngabu Ndjabu

M

 

 

 

 

 

 

1.11.2005

President tal-FNI, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Arrestat u miżmum taħt arrest domiċiljari f’Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f’abbużi tad-drittijiet umani.

15.

NKUNDA

Laurent

Laurent Nkunda Bwatare, Laurent Nkundabatware, Laurent Nkunda Mahoro Batware, Laurant Nkunda Batware

M

 

 

6.2.1967/ 2.2.1967

Kivu tat-Tramuntana/Rutshuru

 

Kongoliża

1.11.2005

Magħruf bħala ‘Chairman’ u ‘Papa Six’ u ‘General Nkunda’. Qabel kien Ġeneral tal-RCD-G. Ngħaqad ngħaqad ma’ elementi oħra tar-rinnegat ta’ dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta’ Bukavu fl-04 ta’ Mejju bil-forza. Irċieva armamenti barra l-FARDC bi ksur tal-embargo tal-armi. Irċieva armamenti barra l-FARDC fi ksur tal-embargo tal-armi. Fundatur, National Congress for the People’s Defense, 2006; Uffiċjal Anzjan, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998-2006;Officer Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Residenti f’Tebero u Kitchanga, territorju Masisi. Minn Diċembru 2008, kmandant tas-CNDP f’Kivu tat-Tramuntana.

16.

NTAWUNGUKA

Pacifique

Kurunell Omega, Nzeri, Israel, Pacifique Ntawungula

M

 

 

1.1.1964, Est. 1964

Gaseke, Provinċja ta’ Gisenyi, Rwanda

 

Rwandiża

3.3.2009

Kurunell. Kmandant tal-Ewwel Diviżjoni tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxejj militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, bi ksur tar-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżel fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien f’nofs jew tard fl-età ta’ bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta b’qawwa żgħażagħ mill-età ta’ 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u t-tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-linja ta’ quddiem, skont ir-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Post attwali: Peti, il-fruntiera Walikale-Masisis, RDK. Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu;

17.

NYAKUNI

James

 

M

 

 

 

 

 

Ugandaniża

1.11.2005

Sħab fil-kummerċ mal-‘Kmandant Jerome’, b’mod partikolari f’kuntrabandu fil-fruntiera RDK/Uganda, inkluż kuntrabandu suspettat ta’ armamenti u materjal militari fi trakkijiet mhux imfittxija. Ksur tal-embargo tal-armi u forniment ta’ għajnuna lil gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż.1493 (2003), inkluż appoġġ finanzjarju li jippermettilhom li joperaw b’mod militari.

18.

NZEYIMANA

Stanislas

Deogratias Bigaruka Izabayo, Bigaruka, Bigurura, Izabayo Deo

M

 

 

1.1.1966; Est. 1967; Alt. 28.8.1966

Mugusa (Butare), Rwanda

 

Rwandiża

3.3.2009

Brigadier Ġenerali. Deputat Kmandant tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxejj militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, bi ksur tar-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżel fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien f’nofs jew tard fl-età ta’ bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta b’qawwa żgħażagħ tal-età ta’ 10 snin u iżjed. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u t-tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-linja ta’ quddiem, bi ksur tar-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Post attwali: Kalonge, Masisi, Kivu tat-Tramuntana, RDK jew Kibua, RDK

19.

OZIA MAZIO

Dieudonné

Ozia Mazio

M

 

 

6.6.1949

Ariwara, DRC

 

Kongoliża

1.11.2005

Magħruf bħala: ‘Omari’, ‘Mr Omari’. President tal-FEC fit-territorju ta’ Aru. Pjanijiet finanzjarji mal-Kmandant Jerome u l-FAPC u traffikar fil-fruntiera RDK/Uganda, li ppermetta d-dispożizzjoni ta’ fornimenti u flus kontanti għall-’Kmandant Jerome’ u t-truppi tiegħu. Ksur tal-embargo tal-armi, inkluż il-forniment ta’ għajnuna lil gruppi armati u milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003). Miet f’Ariwara fit-23 Settembru 2008.

20.

TAGANDA

Bosco

Bosco Ntaganda, Bosco Ntagenda, Ġeneral Taganda

M

 

 

 

 

 

Kongoliża

1.11.2005

Magħruf bħala: ‘Terminator’, ‘Maġġur’. Kmandant militari tal-UPC/L, li jeżerċita influwenza fuq linji politiċi u jżomm kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Huwa kien maħtur Ġeneral tal-FARDC f’Diċembru 2004 imma rrifjuta li jaċċetta l-promozzjoni, u għalhekk baqa’ barra l-FARDC. Minn Diċembru 2008, kap tal-personal tas-CNDP. Ibbażat f’Bunagana u Rutshuru.


b)   Lista ta’ entitajiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4, u 5

 

Isem

Psewdonimu

Indirizz

(Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż)

Post tat-twelid

(belt, pajjiż)

Data tar-reġistrazzjoni

Numru tar-reġistrazzjoni

Post prinċipali tan-negozju

Data tan-nomina

Informazzjoni oħra

21.

BUTEMBO AIRLINES (BAL)

 

 

Butembo, RDK

 

 

 

29.3.2007

Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Kisoni Kambale (miet fil-5 ta’ Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta’ April 2008) uża l-kumpannija tal-ajru tiegħu biex jittrasporta deheb tal-FNI, razzjonijiet u armi bejn Mongwalu u Butembo. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta’ assistenza’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo tal-armi, tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadhiex iżżomm liċenzja tat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru fir-RDK.

22.

CONGOCOM TRADING HOUSE

 

 

Butembo, RDK (Tel: +253 (0) 99 983 784

 

 

 

29.3.2007

Kumpannija tan-negozju fid-deheb f’Butembo. CONGOCOM kienet proprjetà ta’ Kisoni Kambale (miet fil-5 ta’ Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta’ April 2008). Kisoni kiseb kważi d-deheb kollu li jiġi prodott fid-distrett ta’ Mongbwalu, li huwa kkontrollat mill-FNI. L-FNI jikseb dħul sostanzjali mit-taxxi imposti fuq din il-produzzjoni. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta’ assistenza’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo tal-armi, tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005).

23.

COMPAGNIE AERIENNE DES GRANDS LACS (CAGL), GREAT LAKES BUSINESS

 

CAGL, Avenue Président Mobutu, Goma, RDK (CAGL għandha wkoll uffiċċju f’Gisenyi, Rwanda); GLBC, PO Box 315, Goma, RDK (GLBC għandha wkoll uffiċċju f’Gisenyi, Rwanda);

 

 

 

 

29.3.2007

CAGL u GLBC huma kumpanniji li huma l-proprjetà ta’ Douglas MPAMO, individwu li huwa diġà suġġett għal sanzjonijiet taħt ir-Riżoluzzjoni 1596 (2005). CAGL u GLBC intużaw għat-trasport ta’ armi u munizzjon bi ksur tar-Riżoluzzjoni tal-embargo tal-armi 1493 (2003) u 1596 (2005). Minn Diċembru 2008, GLBC ma għadx kellha inġenji tal-ajru operazzjonali, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU.

24.

MACHANGA LTD

 

Kampala, Uganda

 

 

 

 

29.3.2007

Kumpannija tal-esportazzjoni tad-deheb (Diretturi: Is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Is-Sur Rajua) MACHANGA xtrat id-deheb permezz ta’ relazzjoni kummerċjali regolari ma’ kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta’ assistenza’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo tal-armi, tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005).

25.

TOUS POUR LA PAIX ET LE DEVELOPPMENT (NGO)

TPD

Goma, Kivu tat-Tramuntana

 

 

 

 

1.11.2005

Implikata fil-ksur tal-embargo tal-armi, billi pprovdiet għajnuna lill-RCD-G, b’mod partikolari billi forniet trakkijiet għat-trasport ta’ armi u truppi, u anke billi ttrasportat armi għad-distribuzzjoni, lil partijiet tal-popolazzjoni f’Masisi u Rutshuru, Kivu tat-Tramuntana, fil-bidu tal-2005. Minn Diċembru 2008, TPD kienet għadha teżisti u kellha uffiċċji f’diversi bliet fit-territorji Masisi u Rutshuru, iżda l-attivitajiet tagħha kienu kważi waqfu.

26.

UGANDA COMMERCIAL IMPEC (UCI) LTD

 

Kajoka Street, Kisemente Kampala, Uganda (Tel: +256 41 533 578/9); indirizz alternattiv: PO Box 22709, Kampala, Uganda

 

 

 

 

29.3.2007

Kumpannija tal-esportazzjoni tad-deheb f’Kampala. (Diretturi Is-Sur Kunal LODHIA u s-Sur J.V. LODHIA). UCI xtrat id-deheb permezz ta’ relazzjoni kummerċjali regolari ma’ kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta’ assistenza’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo tal-armi, tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005).”


Top