This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0382
2007/382/EC: Commission Decision of 29 May 2007 on the allocation of import quotas for controlled substances for the period 1 January to 31 December 2007 under Regulation (EC) No 2037/2000 of the European Parliament and of the Council (notified under document number C(2007) 2107)
2007/382/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Mejju 2007 dwar l-allokazzjoni tal-kwoti ta' l-importazzjoni għas-sustanzi kkontrollati għall-perijodu mill- 1 ta’ Jannar 2007 sal- 31 ta’ Diċcembru 2007 skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2107)
2007/382/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Mejju 2007 dwar l-allokazzjoni tal-kwoti ta' l-importazzjoni għas-sustanzi kkontrollati għall-perijodu mill- 1 ta’ Jannar 2007 sal- 31 ta’ Diċcembru 2007 skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2107)
ĠU L 142, 5.6.2007, p. 12–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 142/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Mejju 2007
dwar l-allokazzjoni tal-kwoti ta' l-importazzjoni għas-sustanzi kkontrollati għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċcembru 2007 skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2107)
(It-testi bil-Bulgaru, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Sloven, u bl-Ispanjol, biss huma awtentiċi)
(2007/382/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar “Is-sustanzi li jeqirdu is-saff ta' l-ożonu' ” (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-limiti kwantitattivi biex jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità tas-sustanzi kkontrollati huma stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 u l-Anness III tiegħu. |
(2) |
L-Artikolu 4(2)(i)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jipprojbixxi lil kull produttur u importatur li jqiegħed xi methyl bromide fis-suq jew li jużawh għall ħtiġijiet tagħhom wara l-31 ta’ Diċcembru 2004. L-Artikolu 4(4)(i)(b) jippermetti deroga minn din il-projbizzjoni jekk il-methyl bromide huwa użat biex jilqa' it-talbiet bil-liċenzja għall-użu kritiku minn dawk l-utenti identifikati kif deskritt fl-Artikolu 3(2)(ii) ta' dak ir-Regolament. Il-kwantità ta' methyl bromide li jingħata bil-liċenzja għal użu kritiku mill-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 huwa ppublikat f'deċiżjoni tal-Kummissjoni għaliha. |
(3) |
L-Artikolu 4(2)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jippermetti deroga mill-Artikolu 4(2)(i)(d) jekk il-methyl bromide huwa importat jew prodott għall-applikazzjonijiet ta' kwarantina jew ta' qabel it-trasbord (QPS). L-ammont ta' methyl bromide li jista' jiġi impurtat jew prodott għal dawn l-għanijiet fl-2007 mgħandux jaqbeż il-medja tal-livell ikkalkulat ta' methyl bromide li l-produttur jew l-importatur jqiegħed fis-suq jew li juża għall-ħtiġijiet tiegħu stess għall-QPS fis-snin 1996, 1997 u 1998. |
(4) |
L-Artikolu 4(4)(i) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jippermetti deroga mill-Artikolu 4(2) jekk il-methyl bromide huwa importat jew bl-iskop li jinqered jew biex jintuża bħala materjal għall-produzzjoni. |
(5) |
L-Artikolu 4(3)(i)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jistabbilixxi il-livell totali kkalkulat ta' hydrochlorofluorocarbons li l-produtturi u l-importaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq jew jużaw għalihom stess fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċcembru 2007. |
(6) |
Il-Kummissjoni ppubblikat avviż lill-importaturi fil-Komunità dwar is-sustanzi kkontrollati li jeqirdu s-saff ta' l-ożonu (2) u ma' dan laqgħet dikjarazzjonijiet dwar importazzjonijiet ippjanati fl-2007. |
(7) |
Għall-idrofluorukarburi l-allokazzjoni tal-kwoti għall-produtturi u l-importaturi hija skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/195/KE tas-27 ta’ Marzu 2007 li jiddetermina l-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwoti għall-produtturi u l-importaturi għall-idrofluorokarburi għas-snin 2003 sa l-2009 skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(8) |
Sabiex ikun żgurat li l-kumpaniji jibbenefikaw mill-kwoti ta' importazzjoni allokati maż-żmien u b'hekk tiġi żgurata l-kontinwità neċessarja tal-operazzjonijiet tagħhom, huwa floku li din id-deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-kwantità tas-sustanzi ikkontrollati tal-grupp I (chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115) u grupp II (chlorofluorocarbons oħra aloġinati bis-sħiħ) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2005 minn egħjun barra l-Komunità se jkollhom potenzjal ta' qerda ta' l-ożonu ta' 6 323 800 kilogrammi (ODP).
2. Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati tal-grupp III (halons) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2007 minn egħjun barra l-Komunità se jkollhom potenzjal ta' qerda ta' l-ożonu ta' 9 849 000 kilogrammi (ODP).
3. Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati tal-grupp IV (carbon tetrachloride) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2007 minn egħjun barra l-Komunità se tkun ta' 1 341 330 kilogrammi (ODP).
4. Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati tal-grupp V (1,1,1-trichloroethane) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2007 minn egħjun barra l-Komunità se tkun ta' 400 060 kilogrammi (ODP).
5. Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati tal-grupp VI (methyl bromide) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2007 minn egħjun barra l-Komunità għall-użu ta' kwarantina u ta' qabel it-trasbord, għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni u għall-qerda se tkun ta' 1 545 646 kilogrammi ODP.
6. Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati tal-grupp VII (idrobromofluworokarboni) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-materjal għall-produzzjoni li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2007 minn egħjun barra l-Komunità se tkun ta' 73 kilogrammi ODP.
7. Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati tal-grupp VIII (hydrochlorofluorocarbons) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2005 minn egħjun barra l-Komunità fl-2005 se tkun ta' 2 811 286,639 kilogrammi ODP.
8. Il-kwantità ta' sustanzi kkontrollati mill-grupp IX (bromoklorometanu) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jkunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2007 minn għejun barra l-Komunità għandha tkun ta' 156 012-il kilogramma (ODP).
Artikolu 2
1. L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115 u chlorofluorocarbons oħra kompletament aloġenati matul il-perijodu li jibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness I.
2. L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-halons matul il-perijodu li jibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness II.
3. L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-tetraklorur karboniku matul il-perijodu ta' l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness III.
4. L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-trikloroetanu matul il-perijodu ta' l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness IV.
5. L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-methyl bromide matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness V.
6. L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-idrobromofluworokarboni matul il-perijodu li jibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness VI.
7. L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-idrobromofluworokarboni matul il-perijodu li jibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness VII.
8. L-allokazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni għall-bromoklorometanu matul il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness VIII.
9. Il-kwoti ta' importazzjoni għall-klorofluworokarboniċi 11, 12, 113, 114 u 115, klorofluorokarboniċi oħra aloġenati bis-sħiħ, halons, tetraklorur karboniku, 1,1,1-trikloroetanu, methyl bromide, idrobromofluworokarboniċi, hydrochlorofluorocarbons, u bromoklorometanu waqt il-perijodu ta' l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċcembru 2007 se jkun kif stabbilit fl-Anness IX.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007 u tiskadi fil-31 ta’ Diċcembru 2007.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU C 171, 22.7.2006, p. 27.
(3) ĠU L 88, 29.3.2007, p. 51.
ANNESS I
GRUPPI I U II
Il-kwoti ta' importazzjoni għall-klorofluworokarboniċi 11, 12, 113, 114 u 115 u klorofluworokarboniċi kompletament aloġenati oħrajn, allokati lill-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni u għall-qerda mill-perijodu ta' l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007.
|
Galex S.A. (FR)
|
|
Honeywell Fluorine Products Europe (NL)
|
|
Solvay Fluor GmbH (DE)
|
|
Solvay Solexis SpA (IT)
|
|
Syngenta Crop Protection (UK)
|
|
Tazzetti Fluids S.r.l. (IT)
|
|
Veolia Environmental Services Ltd (UK)
|
|
Wilhelmsen Maritime Service AS (NL)
|
ANNESS II
GRUPP III
Kwoti ta' importazzjoni tal-halons allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għal użu kritiku u għall-qerda waqt il-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
|
Commissariat à l'Energie Atomique (FR)
|
|
Desautel SAS (FR)
|
|
Galex S.A. (FR)
|
|
Poz Pliszka (PL)
|
|
Veolia Environmental Services Ltd (UK)
|
|
Wilhelmsen Maritime Service AS (NL)
|
ANNESS III
GRUPP IV
Kwoti ta' importazzjoni tat-tetraklorur karboniku allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni u għall-qerda waqt il-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
|
Dow Deutschland (DE)
|
|
Fenner-Dunlop bv (NL)
|
|
Phosphoric Fertilizers Industry (EL)
|
ANNESS IV
GRUPP V
Kwoti ta' importazzjoni tal-1,1,1–trikloroetanu allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni u għall-qerda waqt il-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007.
|
Arkema SA (FR)
|
|
Fujifilm Electronic Materials Europe (BE)
|
ANNESS V
GRUPP VI
Kwoti ta' importazzjoni għall-methyl bromide allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-applikazzjonijiet ta' kwarantina u ta' qabel it-trażbord fuq il-vapur għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni u għall-qerda, waqt il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007.
|
AT-KARLOVO (BG)
|
|
Agropest S.A. (PL)
|
|
Albemarle Chemicals (FR)
|
|
Albemarle Europe (BE)
|
|
Alfa Agricultural Supplies S.A. (EL)
|
|
Bang & Bonsomer (LV)
|
|
Bromotirrena S.r.l. (IT)
|
|
Chemtura Ltd (UK)
|
|
Eurobrom b.v. (NL)
|
|
Mebrom n.v. (BE)
|
|
PUPH SOLFUM Sp. z o.o. (PL)
|
|
Sigma Aldrich Logistik (DE)
|
|
Zephyr Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (HU)
|
|
Veolia Environmental Services Ltd (UK)
|
ANNESS VI
GRUPP VII
Kwoti ta' importazzjoni tal-idrobromofluworometanu allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni waqt il-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
ANNESS VII
GRUPP VIII
Kwoti għall-importazzjoni ta' l-idrofluworokarboniċi allokati lill-produtturi u l-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 u skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/195/KE u għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni, aġenti ta' l-ipproċessar, għar-reklamazzjoni, għall-qerda u applikazzjonijiet oħra permessi skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007.
|
Arkema SA (FR)
|
|
DuPont de Nemours (Nederland) bv (NL)
|
|
Honeywell Fluorine Products Europe (NL)
|
|
Ineos Fluor Ltd (UK)
|
|
Phosphoric Fertilizers Industry S.A. (EL)
|
|
Rhodia UK Ltd (UK)
|
|
Solvay Fluor GmbH (DE)
|
|
Solvay Organics GmbH (DE)
|
|
Solvay Solexis SpA (IT)
|
|
Alcobre S.A. (ES)
|
|
AGC Chemicals Europe (NL)
|
|
Avantec S.A. (FR)
|
|
Bay Systems Iberia (ES)
|
|
Blye Engineering Co Ltd (MT)
|
|
Calorie Fluor S.A. (FR)
|
|
Caraïbes Froid SARL (FR)
|
|
Dyneon GmbH (DE)
|
|
Empor d.o.o. (SI)
|
|
Etis d.o.o. (SI)
|
|
Freolitus (LT)
|
|
Galco S.A. (BE)
|
|
G.AL. Cycle Air Ltd (CY)
|
|
Harp International Ltd (UK)
|
|
Linde Gaz Polska Sp. Z o.o (PL)
|
|
Matero Ltd (CY)
|
|
Mebrom NV (BE)
|
|
Refrigerant Products Ltd. (UK)
|
|
SJB Chemical Products bv (NL)
|
|
Sigma Aldrich Chimie SARL (FR)
|
|
Solquimia Iberia, S.L. (ES)
|
|
Synthesia Española s.a. (ES)
|
|
Tazzetti Fluids S.r.l. (IT)
|
|
Vrec-Co Export-Import Kft. (HU)
|
|
Wigmors (PL)
|
|
Wilhelmesen Maritime Service AS (NL)
|
ANNESS VIII
GRUPP IX
Kwoti ta' importazzjoni tal-bromoklorometanu allokati għall-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala materjal għall-produzzjoni waqt il-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
|
Albemarle Europe (BE)
|
|
Eurobrom bv (NL)
|
|
Laboratorios Miret S.A. (LAMIRSA) (ES)
|
|
Sigma Aldrich Logistik GmbH (DE)
|
ANNESS IX
(Dan l-Anness mhuwiex ippubblikat minħabba li fih informazzjoni kunfidenzjali tal-kummerċ).