This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0997
2006/997/EC: Council Decision of 23 October 2006 on the conclusion of an Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Community and Uruguay
2006/997/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta’ Ottubru 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj
2006/997/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 23 ta’ Ottubru 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj
ĠU L 406, 30.12.2006, p. 10–10
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/997/oj
30.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-23 ta’ Ottubru 2006
dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj
(2006/997/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' Marzu 2004 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma' ċerti Membri oħra tad-WTO taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) ta' l-1994, matul il-proċess ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka. |
(2) |
In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta' direttivi ta' negozjar maħruġa mill-Kunsill. |
(3) |
Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati dwar Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj. Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj relatat mal-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri sabiex tintrabat il-Komunità.
Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ottubru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J.E. ENESTAM
FTEHIM
fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Urugwaj relatat mal-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea.
A. Ittra mill-Komunità Ewropea
Ġinevra,
Sinjur,
Wara l-bidu ta' negozjati bejn il-Komunità Ewropea (KE) u l-Urugwaj taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' l-adeżjoni tagħhom mal-KE, dan li ġej ġie miftiehem bejn il-KE u l-Urugwaj bil-ħsieb ta' l-egħluq tan-negozjati li ġew miftuħa wara n-notifika tal-KE tad-19 ta' Jannar 2004 skond l-Artikolu XXIV:6 (GATT):
Il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda CLX tagħha, għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha.
Il-KE għandha taġġusta d-definizzjoni ta' kwota ta' rata tariffarja ta' l-KE ta' 4 000 tunnellata metrika għal-’laħam ta' kwalità għolja ta' annimali bovini, frisk, imkessaħ jew tal-friża’ kif allokata lill-Urugwaj.
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta jiġi iffirmat, wara li tingħata l-approvazzjoni mill-Partijiet konformement mal-proċeduri tagħhom stess.
F'isem il-Komunità Ewropea
B. Ittra mill-Urugwaj
Ġinevra,
Sinjur,
B'referenza għall-ittra tiegħek li tiddikjara:
“Wara l-bidu ta' negozjati bejn il-Komunità Ewropea (KE) u l-Urugwaj taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' l-adeżjoni tagħhom mal-KE, dan li ġej ġie miftiehem bejn il-KE u l-Urugwaj bil-ħsieb ta' l-egħluq tan-negozjati li ġew miftuħa wara n-notifika tal-KE tad-19 ta' Jannar 2004 skond l-Artikolu XXIV:6 (GATT):
Il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda CLX tagħha, għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha.
Il-KE għandha taġġusta d-definizzjoni ta' kwota ta' rata tariffarja ta' l-KE ta' 4 000 tunnellata metrika għal-’laħam ta' kwalità għolja ta' annimali bovini, frisk, imkessaħ jew tal-friża’ kif allokata lill-Urugwaj.
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta jiġi iffirmat, wara li tingħata l-approvazzjoni mill-Partijiet konformement mal-proċeduri tagħhom stess.”
Għandi b'dan l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi.
F'isem l-Urugwaj