This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0463
Case C-463/22: Request for a preliminary ruling from the Oberlandesgerichts München (Germany) lodged on 12 July 2022 — DP v BMW Bank GmbH
Kawża C-463/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Lulju 2022 – DP vs BMW Bank GmbH
Kawża C-463/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Lulju 2022 – DP vs BMW Bank GmbH
ĠU C 380, 3.10.2022, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 380/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Lulju 2022 – DP vs BMW Bank GmbH
(Kawża C-463/22)
(2022/C 380/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: DP
Konvenut: BMW Bank GmbH
Domandi preliminari
1) |
Kuntratt mill-bogħod fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (1) u tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeżisti wkoll fejn l-uniku kuntatt personali waqt negozjati kuntrattwali kien ma’ intermedjarju tal-kreditu li jagħti bidu għal tranżazzjonijiet konklużi mal-konsumaturi f’isem u għan-nom tal-kummerċjant, iżda huwa stess ma għandu l-ebda setgħa ta’ rappreżentanza sabiex jikkonkludi l-kuntratti inkwistjoni? |
2) |
Ikun hemm kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju fis-sens tal-punti 8 u 9 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE meta n-negozjati kuntrattwali jkunu seħħew fil-post tan-negozju ta’ intermedjarju tal-kreditu li jagħti bidu għal tranżazzjonijiet konklużi mal-konsumaturi f’isem u għan-nom tal-kummerċjant, iżda huwa stess ma għandu l-ebda setgħa ta’ rappreżentanza sabiex jikkonkludi l-kuntratti inkwistjoni? |
3) |
Il-kuntratti ta’ leasing ta’ vetturi bil-mutur abbażi ta’ kontabbilizzazzjoni ta’ kilometri konklużi ma’ konsumatur jikkostitwixxu kuntratti ta’ servizzi finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2002/65/KE, inkorporat fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 321, rettifika fil-ĠU 2013, L 228, p. 14.