This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0683
Case T-683/21: Action brought on 19 October 2021 — Leino-Sandberg v Council
Kawża T-683/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2021 – Leino-Sandberg vs Il-Kunsill
Kawża T-683/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2021 – Leino-Sandberg vs Il-Kunsill
ĠU C 37, 24.1.2022, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/37 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2021 – Leino-Sandberg vs Il-Kunsill
(Kawża T-683/21)
(2022/C 37/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Päivi Leino-Sandberg (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: O. Brouwer, B. Verheijen u T. van Helfteren, lawyers)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tad-9 ta’ Awwissu 2021, referenza SGS 21/2869, li waslet għand ir-rikorrenti fid-9 ta’ Awwissu 2021, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti (1) mitlub skont Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; (2) |
— |
tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ kull parti intervenjenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni li jwasslu għal applikazzjoni żbaljata tal-eċċezzjoni tal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, minħabba li l-iżvelar ma jdgħajjifx serjament il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet invokat.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni li jwasslu għal applikazzjoni żbaljata tal-eżenzjoni tal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001) minħabba li l-iżvelar ma jdgħajjifx serjament il-protezzjoni tal-pariri legali.
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni li jirriżulta fl-applikazzjoni ħażina tal-eżenzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001) u l-protezzjoni tal-eżenzjoni ta’ pariri legali (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001), minħabba li d-deċiżjoni kkontestata naqset milli tirrikonoxxi u tagħti aċċess fuq il-bażi ta’ interess pubbliku prevalenti.
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni li jirriżulta fl-applikazzjoni ħażina tal-protezzjoni tal-eċċezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali (it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001).
|
5. |
Il-ħames motiv, sussidjarjament, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni li jirriżultaw fl-applikazzjoni ħażina tal-obbligu ta’ aċċess parzjali għad-dokumenti (Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001).
|
(1) Nota editorjali: id-dokument mitlub jirrelata għall-proċess deċiżjonali li jirrigwarda l-proposta ta’ reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006 L 264, p. 13).
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.