This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0524
Case C-524/21: Request for a preliminary ruling from the Curtea de Apel București (Romania) lodged on 24 August 2021 — I.G. v Agenția Județeană de Ocupare a Forței de Muncă Ilfov
Kawża C-524/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Awwissu 2021 – IG vs Agenţia Judeţeană de Ocupare a Forţei de Muncă Ilfov
Kawża C-524/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Awwissu 2021 – IG vs Agenţia Judeţeană de Ocupare a Forţei de Muncă Ilfov
ĠU C 513, 20.12.2021, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 513/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fl-24 ta’ Awwissu 2021 – IG vs Agenţia Judeţeană de Ocupare a Forţei de Muncă Ilfov
(Kawża C-524/21)
(2021/C 513/26)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: IG
Konvenut: Agenţia Judeţeană de Ocupare a Forţei de Muncă Ilfov
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/94 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom (1), fir-rigward tal-kunċett awtonomu ta’ “stat ta’ insolvenza”, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva, jiġifieri l-Artikolu 15(1) u (2) tal-Legea nr. 200/2006 privind constituirea și utilizarea Fondului de garantare pentru plata creanțelor salariale (il-Liġi Nru 200/2006 dwar it-Twaqqif u l-Użu tal-Fond ta’ Garanzija għall-Ħlas ta’ Djun Salarjali) flimkien mal-Artikolu 7 tan-Normele metodologice de aplicare a Legii nr. 200/2006 (ir-Regoli Metodoloġiċi għall-Applikazzjoni tal-Liġi Nru 200/2006), fl-interpretazzjoni mogħtija mill-Înalta Curte de Casație și Justiție – Completul pentru dezlegarea unor chestiuni de drept (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja – Sezzjoni Kompetenti għar-Riżoluzzjoni ta’ Kwistjonijiet ta’ Liġi, ir-Rumanija), permezz tad-Deċiżjoni Nru 16/2018, li tgħid li l-perijodu ta’ 3 xhur, fir-rigward ta’ liema il-Fond ta’ Garanzija jista’ jieħu responsabbiltà u jħallas id-djun salarjali tal-persuna li timpjega li hija insolventi, jirreferi esklużivament għad-data tal-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza? |
2) |
Id-dispożizzjonijiet [tat-tieni subparagrafu] tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/94 jipprekludu l-Artikolu 15(1) u (2) tal-Liġi Nru 200/2006 dwar it-Twaqqif u l-Użu tal-Fond ta’ Garanzija għall-Ħlas ta’ Djun Salarjali, fl-interpretazzjoni mogħtija mill-Înalta Curte de Casație și Justiție – Completul pentru dezlegarea unor chestiuni de drept (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja – Sezzjoni Kompetenti għar-Riżoluzzjoni ta’ Kwistjonijiet ta’ Liġi), permezz tad-Deċiżjoni Nru 16/2018, li tgħid li l-perijodu massimu ta’ 3 xhur, fir-rigward ta’ liema il-Fond ta’ Garanzija jista’ jieħu responsabbiltà u jħallas id-djun salarjali tal-persuna li timpjega li hija insolventi, jinsab fl-intervall ta’ riferiment ta’ 3 xhur immedjatament qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza u ta’ 3 xhur immedjatament wara l-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza? |
3) |
Hija konformi mal-għan soċjali tad-Direttiva 2008/94 u mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2008/94, prassi amministrattiva nazzjonali li permezz tagħha, skont deċiżjoni tal-Curții de Conturi (il-Qorti tal-Awdituri, ir-Rumanija) u fl-assenza ta’ regoli nazzjonali speċifiċi li jobbligaw il-ħlas lura mill-ħaddiem, tiġi rkuprata mingħand il-ħaddiem is-somma li allegatament tħallset għall-perijodi mhux inklużi fil-qafas legali jew li kienet mitluba barra mit-terminu legali ta’ preskrizzjoni? |
4) |
Fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “abbuż” fl-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2008/94, l-irkupru mingħand il-ħaddiem, bil-għan li jiġi osservat it-terminu ta’ preskrizzjoni ġenerali, ta’ drittijiet salarjali mħallsa mill-Fond permezz tal-istralċjarju ġudizzjarju, jikkostitwixxi ġustifikazzjoni oġġettiva suffiċjenti? |
5) |
Interpretazzjoni u prassi amministrattiva nazzjonali, li permezz tagħhom id-djun salarjali li l-ħlas lura tagħhom qed jintalab mill-ħaddiema jiġu assimilati ma’ dejn fiskali li jġarrab interessi u penali għal ħlas tardiv, huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet u mal-iskop tad-Direttiva 2008/94? |