Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0282

    Kawża C-282/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – Proċeduri kriminali kontra ZX (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva 2012/13/UE – Dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali – Artikolu 6(3) – Dritt tal-persuni suspettati jew tal-persuni li jkunu s-suġġett ta’ proċeduri kriminali li jiġu informati dwar id-drittijiet tagħhom – Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix rimedju proċedurali sabiex jiġu rrimedjati, wara seduta preliminari, in-nuqqas ta’ preċiżjoni u n-nuqqas ta’ kompletezza li jivvizzjaw il-kontenut tal-att ta’ akkuża)

    ĠU C 513, 20.12.2021, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 513/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iSpetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – Proċeduri kriminali kontra ZX

    (Kawża C-282/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2012/13/UE - Dritt għal informazzjoni fi proċeduri kriminali - Artikolu 6(3) - Dritt tal-persuni suspettati jew tal-persuni li jkunu s-suġġett ta’ proċeduri kriminali li jiġu informati dwar id-drittijiet tagħhom - Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix rimedju proċedurali sabiex jiġu rrimedjati, wara seduta preliminari, in-nuqqas ta’ preċiżjoni u n-nuqqas ta’ kompletezza li jivvizzjaw il-kontenut tal-att ta’ akkuża)

    (2021/C 513/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Spetsializiran nakazatelen sad

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    ZX

    fil-preżenza ta’: Spetsializirana prokuratura

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix rimedju proċedurali li jippermetti li jiġu rrimedjati, wara s-seduta preliminari f’kawża kriminali, in-nuqqas ta’ preċiżjoni u n-nuqqas ta’ kompletezza li jivvizzjaw il-kontenut tal-att ta’ akkuża u li jippreġudikaw id-dritt tal-persuna li tkun is-suġġett ta’ proċeduri kriminali li tingħata informazzjoni ddettaljata dwar l-akkuża

    2)

    L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2012/13 u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti tar-rinviju għandha, sa fejn huwa possibbli, tagħti interpretazzjoni konformi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-emenda tal-akkuża, li tippermetti lill-prosekutur pubbliku jirrimedja n-nuqqas ta’ preċiżjoni u n-nuqqas ta’ kompletezza li jivvizzjaw il-kontenut tal-att ta’ akkuża waqt is-seduta għall-għoti tas-sentenza filwaqt li jitħarsu b’mod attiv u reali d-drittijiet tad-difiża tal-persuna li tkun is-suġġett ta’ proċeduri kriminali. Huwa biss fil-każ li l-qorti tar-rinviju tqis li interpretazzjoni konformi f’dan is-sens ma tidhirx possibbli li għandha tħalli mhux applikata d-dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi li l-proċedura ġudizzjarja tiġi sospiża u li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-prosekutur pubbliku sabiex dan ifassal att ta’ akkuża ġdid.


    (1)  ĠU C 287, 31.8.2020.


    Top