Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0415

    Kawża T-415/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – KT vs BEI (Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Proċedura dixxiplinari – Tkeċċija għal raġuni gravi – Drittijiet tad-difiża – Smigħ tax-xhieda – Delega ta’ setgħat – Preparazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata – Terminu raġjonevoli – Imparzjalità – Protezzjoni tad-data personali – Proporzjonalità)

    ĠU C 310, 2.8.2021, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 310/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – KT vs BEI

    (Kawża T-415/20) (1)

    (Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Proċedura dixxiplinari - Tkeċċija għal raġuni gravi - Drittijiet tad-difiża - Smigħ tax-xhieda - Delega ta’ setgħat - Preparazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata - Terminu raġjonevoli - Imparzjalità - Protezzjoni tad-data personali - Proporzjonalità)

    (2021/C 310/32)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: KT (rappreżentant: L. Levi, avocate)

    Konvenut: Il-Bank Ewropew għall-Investiment (rappreżentanti: K. Carr u M. Loizou, aġenti, assistiti minn A. Duron, avocate)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BEI tal-24 ta’ Marzu 2020 li timponi fuq ir-rikorrenti, bħala sanzjoni dixxiplinarja, tkeċċija għal raġuni gravi, mingħajr avviż minn qabel, iżda b’allowance tat-tluq.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    KT hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI).


    (1)  ĠU C 297, 7.9.2020


    Top