This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TA0695
Cases T-695/17 and T-704/17: Judgment of the General Court of 16 June 2021 — Italy and Spain v Commission (Rules on languages — Notice of open competitions for the recruitment of German-language translators, French-language translators, Italian-language translators and Dutch-language translators — Restriction of the choice of languages 2 and 3 in the competitions to German, English and French — Regulation No 1 — Article 1d(1) and (6), Article 27 and Article 28(f) of the Staff Regulations — Discrimination based on language — Interests of the service — Proportionality — Obligation to state reasons)
Kawżi T-695/17 u T-704/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – L-Italja u Spanja vs Il-Kummissjoni (“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa għar-reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Ġermaniża, dik Franċiża, Taljana u Olandiża – Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwi 2 u 3 tal-kompetizzjonijiet għall-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1) u (6), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Interessi tas-servizz – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni”)
Kawżi T-695/17 u T-704/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – L-Italja u Spanja vs Il-Kummissjoni (“Sistema lingwistika – Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa għar-reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Ġermaniża, dik Franċiża, Taljana u Olandiża – Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwi 2 u 3 tal-kompetizzjonijiet għall-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1) u (6), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa – Interessi tas-servizz – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni”)
ĠU C 310, 2.8.2021, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2021 – L-Italja u Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawżi T-695/17 u T-704/17) (1)
(“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa għar-reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Ġermaniża, dik Franċiża, Taljana u Olandiża - Limitazzjoni tal-għażla tal-lingwi 2 u 3 tal-kompetizzjonijiet għall-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1) u (6), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa - Interessi tas-servizz - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2021/C 310/20)
Lingwi tal-kawżi: it-Taljan u l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent fil-Kawża T-695/17: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)
Rikorrent fil-Kawża T-704/17: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: L. Aguilera Ruiz, aġent)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, D. Milanowska, N. Ruiz García u L. Vernier, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa organizzati sabiex jinħolqu listi ta’ riserva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi (AD 5) tal-lingwa Ġermaniża (EPSOAD/343/17), tal-lingwa Franċiża (EPSO/AD/344/17), tal-lingwa Taljana (EPSO/AD/345/17), u tal-lingwa Olandiża (EPSO/AD/346/17) (ĠU 2017, C 224 A, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Il-Kawżi T-695/17 u T-704/17 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
2) |
L-avviż ta’ kompetizzjonijiet miftuħa organizzati bil-ħsieb li jiġu stabbiliti listi ta’ riserva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi (AD 5) tal-lingwa Ġermaniża (EPSOAD/343/17), tal-lingwa Franċiża (EPSO/AD/344/17), tal-lingwa Taljana (EPSO/AD/345/17), u tal-lingwa Olandiża (EPSO/AD/346/17) hija annullata. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana fil-Kawża T-695/17 u dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja, fil-Kawża T-704/17. |